Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 6 flimkien mal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l‑proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista [għal provvisti] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 110) - Kuntratt għall-provvista ta’ softwer għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur konkluż mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti bejn żewġ korpi amministrati mil-liġi pubblika responsabbli għas-servizzi għal ipproċessar ta’ data għall-muniċipalitajiet.
Dispożittiv
1) Billi d-Datenzentrale Baden-Württemberg ta kuntratt għall-provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur permezz ta’ proċedura nnegozzjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti, ir‑Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista [għal provvista].
2) Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.