Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0063 - 0064
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2001 tat-28 ta' Frar 2001 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/709/KE tas-6 ta' Novembru 2000 dwar il-kriterji minimi li għandhom jittieħdu kont tagħhom mill-Istati Membri meta jinnominaw korpi bi qbil ma' l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas tal-Komunità għal firem elettroniċi [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 5g (Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XI għall-Ftehim: "5ga. 32000 R 0709: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/709/KE tas-6 ta' Novembru 2000 dwar il-kriterji minimi li għandhom jittieħdu kont tagħhom mill-Istati Membri meta jinnominaw korpi bi qbil ma' l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas tal-Komunità għal firem elettroniċi (ĠU L 289, tas-16.11.2000, p. 42)." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/709/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 117, tas-26.4.2001, p. 21. [2] ĠU L 289, tas-16.11.2000, p. 42. [3] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------