|
18.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1407
tas-16 ta’ Awwissu 2022
li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2382 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tal-informazzjoni f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 34(9) u 35(12) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Sloven u t-Taljan tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382 (2) fihom żbalji fl-Anness VI, fil-Parti 2, fit-Taqsima “Sistemi u Kontrolli”, il-punt 3 u fl-Anness VII, fil-Parti 2, fit-Taqsima “Sistemi u Kontrolli”, il-punt 3 fir-rigward tal-informazzjoni partikolari li l-operaturi jeħtiġilhom jinnotifikaw skont id-dispożizzjonijiet kkonċernati. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk li l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Sloven u t-Taljan tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2382 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2382 huwa kkoreġut kif ġej:
|
1. |
Fl-Anness VI, fil-Parti 2, fit-Taqsima “Sistemi u Kontrolli”, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
2. |
Fl-Anness VII, fil-Parti 2, fit-Taqsima “Sistemi u Kontrolli”, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382 tal-14 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tal-informazzjoni f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 20.12.2017, p. 6).