|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1211 |
2.6.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1211
tat-2 ta’ Ġunju 2026
li jemenda għat-357 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Mejju 2026, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), li jneħħi seba’ entrati mil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplikaw il-miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/881/oj.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” jitħassru:
|
(1) |
“Majeed Abdul Chaudhry (psewdonimi affidabbli: (a) Majeed, Abdul, (b) Majeed Chaudhry Abdul, (c) Majid, Abdul); Data tat-twelid: (a) 15.4.1939; (b) 1938. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: Allegatament miet. Data ta’ inklużjoni fil-lista msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 24.12.2001.” |
|
(2) |
“Mohammed Tufail (psewdonimi affidabbli: (a) Tufail, S.M., (b) Tufail, Sheik Mohammed). Data tat-twelid: 5.5.1930. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: (a) Serva bħala direttur ta’ Ummah Tameer e-Nau (UTN); (b) Allegatament miet. Data ta’ inklużjoni fil-lista msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 24.12.2001.” |
|
(3) |
“MUSTAFA HAJJI MUHAMMAD KHAN (kitba oriġinali: مصطفى حجي محمد خان) Psewdonimi affidabbli: (a) حسن غول (Hassan Ghul; Hassan Gul; Hasan Gul), (b) Khalid Mahmud Psewdonimi inqas affidabbli: (a) Ahmad Shahji, (b) Mustafa Muhammad, (c) Abu Gharib al-Madani, (d) أبو شيماء (Abu-Shaima; Abu-Shayma). Data tat-twelid: (a) (Bejn Awwissu u Settembru 1977) (b) 1976. Post tat-twelid: (a) Al-Madinah, l-Arabja Sawdija, (b) Sangrar, Provinċja ta’ Sindh, il-Pakistan. Nazzjonalità: (a) il-Pakistan, (b) l-Arabja Sawdija. Tagħrif ieħor: Faċilitatur, kurrier u operatur ta’ Al-Qaida. Mill-2010, iffaċilita l-attivitajiet għal operaturi għolja ta’ Al-Qaida bbażati fil-Pakistan. Allegatament maqtul f’attakk bid-droni fl-1 ta’ Ottubru 2012 f’Waziristan, il-Pakistan. Data ta’ inklużjoni fil-lista msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 14.3.2012.” |
|
(4) |
“Hafiz Abdul Salam Bhuttavi (psewdonimi affidabbli: (a) Hafiz Abdul Salam Bhattvi, (b) Hafiz Abdusalam Budvi, (c) Hafiz Abdussalaam Bhutvi, (d) Abdul Salam Budvi, (e) Abdul Salam Bhattwi, (f) Abdul Salam Bhutvi, (g) Mullah Abdul Salaam Bhattvi, (h) Molvi Abdursalam Bhattvi). Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Data tat-twelid: 1940. Post tat-twelid: Bahawalpur, Provinċja ta’ Punjab, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: (A) Membru fundatur ta’ Lashkar-e-Tayyiba u viċi kap ta’ Lashkar-e-Tayyiba Hafiz Muhammad Saeed, (b) Ikkonfermat mejjet. Data ta’ inklużjoni fil-lista msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 14.3.2012.” |
|
(5) |
“Aamir Ali Chaudhry (kitba oriġinali: عامر علی چوہدری) (psewdonimi affidabbli: (a) Aamir Ali Chaudary, (b) Aamir Ali Choudry, (c) Amir Ali Chaudry; psewdonimi inqas affidabbli: (a) Huzaifa). Data tat-twelid: 3.8.1986. Nazzjonalità: Pakistana. Numru tal-passaport: BN 4196361 (numru tal-passaport Pakistani maħruġ fit-28.10.2008, jiskadi fis-27.10.2013. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 33202-7126636-9 (il-Pakistan). Tagħrif ieħor: (a) Espert fl-elettronika u l-isplussivi għal Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP); (b) Involut fl-ippjanar tal-attakki għal TTP. Ipprovda appoġġ finanzjarju u loġistiku għal TTP u pparteċipa f’taħriġ tal-militanti sponsorjat minn TTP.; (c) Allegatament miet. Data ta’ inklużjoni fil-lista msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 18.10.2012.” |
|
(6) |
“Maulana Fazlullah (psewdonimi affidabbli: (a) Mullah Fazlullah, (b) Fazal Hayat; psewdonimi inqas affidabbli: Mullah Radio). Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Kuza Bandai village, Swat Valley, il-Provinċja Khyber Pakhtunkhawa, il-Pakistan. Indirizz: reġjun tal-fruntiera Afganistan/Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Ikkonfermat mejjet fit-13 ta’ Ġunju 2018, (b) Kmandant ta’ Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP) mis-7.11.2013, (c) Mexxa it-TTP lokali fil-wied tal-Majjistral ta’ Swat fil-Pakistan mill-2007 sal-2009. Data ta’ inklużjoni fil-lista msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 7.4.2015.” |
|
(7) |
“ABDUL REHMAN MAKKI (psewdonimi affidabbli: (a) Abdur Rehman Makki; (b) Abdur Rahman Makki; (c) Abdul Rahman Makki; (d) Hafiz Abdul Rahman Makki; (e) Hafiz Abdul Rehman Makki; (f) Hafiz Abdul Rehman). Data tat-twelid: 10.12.1954. Post tat-twelid: Bahawalpur, Provinċja ta’ Punjab, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Nru tal-passaport (a) CG9153881 (Passaport Pakistani maħruġ fit-2.11.2007; (b) A5199819 (Passaport Pakistani). Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali (a) 6110111883885 (Pakistani); (b) 34454009709 (Pakistani). Indirizz: Tayyiba Markaz, Muridke, il-Provinċja Punjab, il-Pakistan. Tagħrif ieħor: Viċi Amir/Kap ta’ LASHKAR-E-TAYYIBA (LET) magħruf ukoll bħala JAMAT-UD-DUWA (JUD) u Kap tal-Fergħa tal-Affarijiet Politiċi JUD/LET. Serva wkoll bħala kap tad-dipartiment tar-relazzjonijiet barranin tal-LET u membru ta’ Shura (fil-korp tat-tmexxija). Ħaten tal-Kap ta’ JUD/LET Hafiz Muhammad Saeed. Isem il-missier huwa Hafiz Abdullah Bahwalpuri. Data ta’ inklużjoni fil-lista msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 16.1.2023.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1211/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)