Official Journal L 222 , 17/08/2001 P. 0001 - 0019
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2018/93 fuq l-għoti ta' statistiċi tal-qbid u attività mill-Istati Membri li jistadu fil-Majjistral ta' l-Atlantiku IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2018/93 tat-30 ta' Ġunju 1993 fuq l-għoti ta' statistiċi ta' qbid u attivita mill-Istati Membri li jistadu fil-Majjistral ta' l-Atlantiku [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 4 tiegħu, Billi: (1) Id-Disa' Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni fuq Negozju Internazzjonali fl-Ispeċi fil-Perikolu ta' Estinzjoni (CITES) fl-1994 talbet li jsiru l-kontrolli fuq informazzjoni dwar il-qbid u n-negozju ta' l-ispeċi tal-ħut elasmobranch (klieb il-baħar, xkatli u rajjiet) miġbura mill-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja tal-Ġnus Maqgħuda (FAO) u aġenziji reġjonali tas-sajd. (2) Il-Kunsill Xjentifiku ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd fil-Majjistral ta' l-Atlantiku (NAFO) identifika l-ħut elasmobranch li jidhru fil-qbid fil-Majjistral ta' l-Atlantiku u talab il-Partijiet Kuntrattwali ta' NAFO sabiex jirraportaw dan il-qbid fuq il-kwestjonarji Statlant 21A u 21B immexxija mill-FAO. (3) L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2018/93, l-ekwivalenti kwestjonarji 21A u 21B hawn fuq imsemmija, jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jilħaq l-obligazzjonijiet tal-Komunità Ewropea bħala Parti Kuntrattwali tal-Konvenzjoni NAFO. (4) Il-Kunsill Xjentifiku tan-NAFO adotta ċertu bidliet għad-deskrizzjoni ta' sottoarji u taqsimiet tal-Majjistral ta' l-Atlantiku, u bidliet u żiediet għad-definizzjonijiet u l-kodifika li tiġi użata fl-għoti ta' l-informazzjoni tal-qbid. (5) L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2018/93 jipprovdi li l-Istati Membri, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jistgħu jagħtu informazzjoni f'format differenti jew fuq mezz differenti minn dak imsemmi fl-Anness V tar-Regolament. (6) Diversi Stati Membri talbu li jagħtu l-informazzjoni f'format differenti jew b'mezz differenti minn dak speċifikat fl-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 2018/93 (l-ekwivalenti tal-kwestjonarji Statlant hawn fuq imsemmija). (7) Il-miżuri provveduti taħt dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq l-Istatistika Agrikola mwaqqaf b'Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE [2], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Minflok l-Anness I, III u IV tar-Regolament (KEE) Nru 2018/93 għandhom jidħlu l-Annessi I, II u III ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-informazzjoni skond il-format mniżżel fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata ta' wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 2001. Għall-Kummissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 186, tat-28.7.1993, p. 1. [2] ĠU L 179, tas-7.8.1972, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I ELENKU TA' L-ISPEĊI LI ĠEW RELATATI FL-ISTATISTĊI TAL-QBID KUMMERĊJALI GĦALL-MAJJISTRAL TA' L-ATLANTIKU L-Istati Membri għandhom jirraportaw il-qbid nominali ta' dawk l-ispeċi mmarkati b'asterisk. L-irrelatar ta' qbid nominali ta' l-ispeċi li jibqgħu mhuwiex obbligatorju fir-rigward ta' l-identifikazzjoni ta' l-ispeċi individwali. Madankollu, fejn l-informazzjoni għall-ispeċi individwali mhiex mogħtija l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fil-kategoriji aggregati. L-Istati Membri jistgħu jagħtu informazzjoni għall-ispeċi li mhumiex fil-lista basta l-ispeċi huma identifikati b'mod ċar. Nota: "m.i.m.i" hija l-abbrevjazzjoni għal "mhux identifikati mkien ieħor" Isem Malti | Identifikatur 3-alfa | Isem xjentifiku | ĦUT TA' MAL-KOSTA Merluzz atlantiku | COD (*) | Gadus morhua | Bakkaljaw | HAD (*) | Melanogrammus aeglefinus | Redfish Atlantiku n.e.i. | RED (*) | Sebastes spp. | Hake tal-fidda | HKS (*) | Merluccius bilinearis | Hake ħamra | HKR (*) | Urophics chuss | Saithe (= pollock) | POK (*) | Pollachius virens | Redfish tad-deheb | REC (*) | Sebastes marinus | Redfish bil-munqar | REB (*) | Sebastes mentella | Plaice Amerikan (L. R. dab) | PLA (*) | Hippoglossoides platessoides | Witch Flounder | WIT | Glyptocephalus cynoglossus | Flounder tad-denb isfar | YEL (*) | Pleuronectes ferruginea | Greenland halibut | GHL (*) | Reinharditius hippoglossoides | Halibut atlantiku | HAL) (*) | Hippoglossus hippoglossus | Flounder tax-xitwa | FLW (*) | Pseudopleuronectes americanus | Flounder tas-sajf | FLS (*) | Paralichthys dentatus | Windowpane flounder | FLD (*) | Scophthalmus aquosos | Flatfishes n.e.i. | FLX | Pleuronectiformes | Angler amerikan | ANG (*) | Lophius americanus | Searobins atlantiċi | SRA | Prionotus spp. | Tomcod atlantiku | TOM | Microgadus tomcod | Antimora blu | ANT | Antimora rostrata | Whiting blu (= poutassou) | WHB | Micromesistius poutassou | Cunner | CUN | Tautogolabrus adspersus | Cusk (= tusk) | USK | Brosme brosme | Merluzz ta' Greenland | GRC | Gadus ogac | Ling blu | BLI | Molva dypterygia | Ling | LIN (*) | Molva molva | Lumpfish (= lumpsucker) | LUM (*) | Cyclopterus lumpus | Kingfish tat-tramuntana | KCF | Menticirrhus saxatilis | Puffer tat-tramuntana | PUF | Spheroides maculatus | Eelpouts n.e.i. | ELZ | Lycodes spp. | Pout ta' l-oċean | OPT | Macrozoarces americanus | Merluzz polari | POC | Boreogadus saida | Roundnose grenadier | RNG | Coryphaenoides rupestris | Roughhead grenadier | RHG | Macrourus berglax | Sandeels (= sand lances) | SAN | Ammodytes spp. | Sculpins n.e.i. | SCU | Myoxocephalus spp. | Scup | SCP | Stenotomus chrysops | Tautog | TAU | Tautoga onitis | Tilefish | TIL | Lopholatilus chamaeleonticeps | Hake abjad | HKW (*) | Urophycis tenuis | Wolf-fishes n.e.i. | CAT (*) | Anarhichas spp. | Wolf-fish atlantiku | CAA (*) | Anarhichas lupus | Wolf-fish ittikkjat | CAS (*) | Anarhichas minor | Ħut tal-kosta n.e.i. | GRO | Osteichthyes | ĦUT PELAĠIKU Aringi atlantiċi | HER (*) | Clupea harengus | Mackarel atlantiku | MAC (*) | Scomber scombrus | Butterfish atlantiku | BUT | Peprilus triacanthus | Menhaden atlantiku | MHA | Brevoortia tyrannus | Saury atlantilku | SAU | Scomberesox saurus | Inċova tal-bajja | ANB | Anchoa mitchilli | Bluefish | BLU | Pomatomus saltarix | Crevalle Jack | CVJ | Caranx hippos | Tumbrell | FRI | Auxis thazard | King Mackarel | KGM | Scomberomorus cavalla | Mackarel Atlantiku Spanjol | SSM (*) | Scomberomorus maculates | Sailfish | SAI | Istiophorus platypterus | Marlin abjad | WHM | Tetrapturus albidus | Marlin blu | BUM | Makaira nigricans | Pixxispad | SWO | Xiphias gladius | Tonn albacore | ALB | Thunnus alalunga | Bonito atlantiku | BON | Sarda sarda | Tunnaġġ żgħir | LTA | Euthynnus allettaratus | Tonn bigeye | BET | Thunnus obesus | Tonn bluefish tat-tramuntana | BFT | Thunnus thynnus | Tonn skipjack | SKJ | Katsuwonus pelamis | Tonn tal-pinen sofor | YFT | Thunnus albacares | Tunas n.e.i. | TUN | Scombridae | Ħut pelaġiku n.e.i. | PEL | Osteichthyes | ĦUT B'PINEN OĦRA Alewife | ALE | Alosa pseudoharengus | Amberjacks n.e.i. | AMX | Seriola spp. | Conger amerikan | COA | Conger oceanicus | Sallura amerikana | ELA | Anguilla rostrata | Shad amerikan | SHA | Alosa sapidissima | Argentines n.e.i. | ARG | Argentina spp. | Croaker atlantiku | CKA | Micropogonias undulates | Needlefish atlantiku | NFA | Strongylura marina | Aringi thread ta' l-Atlantiku | THA | Opisthonema oglinum | Baird's slickhead | ALC | Alepocephalus bairdii | Black drum | BDM | Pogonias cromis | Bass tal-Baħar l-Iswed | BSB | Centropristis striata | Aringa blueback | BBH | Alosa aestivalis | Capelin | CAP (*) | Mallotus villosus | Char n.e.i. | CHR | Salvelinus spp. | Cobia | CBA | Rachycentron canadum | Common (= Florida) pompano | POM | Trachinotus carolinus | Gizzard shad | SHG | Dorosoma cepedianum | Grunts n.e.i. | GRX | Pomodasyidae | Hickory Shad | SHH | Alosa mediocris | Lanternfish | LAX | Notoscopelus spp. | Mulletti n.e.i. | MUL | Mugilidae | Harvestfish tat-tramuntana ta' l-Atlantiku | HVF | Peprilus alepidotus (= Paru) | Pigfish | PIG | Orthopristis chrysoptera | Rainbow smelt | SMR | Osmerus mordax | Red drum | RDM | Sciaenops ocellatus | Red porgy | RPG | Pargus pargus | Rough shad | RSC | Trachurus lathami | Sand perch | PES | Diplectrum formosum | Sheepshead | SPH | Archsargus probatocephalus | Spot croaker | SPT | Leiostormus xanthurus | Spotted weakfish | SWF | Cynoscion nebulosus | Squeteague | STG | Cynoscion regalis | Stripped bass | STB | Morone saxatilis | Stugeons n.e.i. | STU | Acipenseridae | Tarpon | TAR | Tarpon (= megalops) atlanticus | Trota n.e.i. | TRO | Salmo spp. | White perch | PEW | Morone Americana | Alfonsinos | ALF | Beryx spp. | Spiny (= picked) dogfish | DGS (*) | Squalus acanthias | Dogfishes n.e.i. | DGX (*) | Squalidae | Porbeagle | POR (*) | Lamna nasus | Klieb il-baħar kbar n.e.i. | SHX | Squaliformes | Kelb il-baħar shortfin mako | SMA | Isurus oxyrinchus | Kelb il-baħar atlantiku sharpnose | RHT | Rhizoprionodan terraevovae | Black dogfish | CFB | Centroscyllium fabricii | Kelb il-baħar boreali (Greenland) | GSK | Somniousus microcephalus | Kelb il-baħar basking | BSK | Cetorhinus maximus | Skate żgħir | RJD | Leucoraja erinacea | Barndoor skate | RJB | Dipturus laevis | Skate tax-xitwa | RJT | Leucoraja ocellata | Thorny skate | RJR | Amblyraja radiata | Smooth skate | RJS | Malacoraja senta | Spinytail (spinetail) skate | RJQ | Bathyraja spinicauda | Skate artiku | RJG | Amblyraja hyperborean | Skates n.e.i. | SKA (*) | Raja spp. | Finfishes n.e.i. | FIN | Osteichthyes | INVERTEBRI Klamar bil-pinen twal | SQL (*) | Loligo pealei | Klamar bil-pinen qosra | SQI (*) | Illex illecebrosus | Klamari n.e.i. | SQU (*) | Loliginidae, Ommastrephidae | Razor clam atlantiku | CLR | Ensis directus | Clam iebes | CLH | Mercenaria mercenaria | Occan quahog | CLQ | Arctica islandica | Clam artab | CLS | Mya arenaria | Surf clam | CLB | Spisula solidissima | Clams n.e.i. | CLX | Prionodesmacea, Teleodesmacea | Scallop tal-bajja | SCB | Argopecten irradians | Calico scallop | SCC | Argopecten gibbus | Scallop Islandiż | ISC | Chlamys islandica | Scallop tal-baħar | SCA | Placopecten magellanicus | Scallops n.e.i. | SCX | Pectinidae | Gajdra cupped amerikana | OYA | Crassostrea virginica | Masklu blu | MUS | Mytilus edulis | Whelks n.e.i. | WHX | Busycon spp. | Periwinkles n.e.i. | PER | Littorina spp. | Molluski marini | MOL | Mollusca | Granċ tal-blat atlantiku | CRK | Cancer irroratus | Granċ blu | CRB | Callinectes sapidus | Granċ aħdar | CRG | Carcinus maenas | Granċ Jonah | CRJ | Cancer borealis | Granċ reġina | CRQ | Chinoecetes opilio | Granċ aħmar | CRR | Geryon quinquedens | Granċ stone king | KCT | Lithodes maia | Granċijiet marini n.e.i. | CRA | Reptantia | Awwista amerikana | LBA | Homarus americanus | Gamblu kbir tat-tramuntana | PRA (*) | Pandulus borealis | Gamblu aesop | AES | Pandulus montagui | Gambli penaeus n.e.i. | PEN (*) | Penaeus spp. | Gambli roża (= pandalid) | PAN (*) | Pandulus spp. | Krostaċei marini n.e.i. | CRU | Crustacea | Rizzi | URC | Strongylocentrotus spp. | Dud marini n.e.i. | WOR | Polychaeta | Granċ horseshoe | HSC | Limulus polythemus | Invertebri marini n.e.i. | INV | Invertebrata | ALKA Alka kannella | SWB | Phaeophyceae | Alka ħamra | SWR | Rhodophyceae | Alka n.e.i. | SWX | Algae | FOKI Foka harp | SHE | Pagophilus groenlandicus | Foka hooded | SEZ | Cystophora cristata | -------------------------------------------------- L-ANNESS II DESKRIZZJONI TAS-SUBERJI U TAQSIMIET UŻATI GĦALL-ISKOP TA' STATISTIĊI TAS-SAJD U REGOLAMENTI FIL-MAJJISTRAL TA' L-ATLANTIKU Is-suberji xjentifiċi u statistiċi, taqsimiet u suddiviżjonijiet maħsuba fl-Artikolu XX tal-Konvenzjoni ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Majjistral ta' l-Atlantiku huma kif ġej: Suberja 0 Dik il-biċċa tal-Medda tal-Konvenzjoni delinejata fin-nofsinhar bl-linja li testendi għal-lvant mill-punt 61°00′ latitudini tat-tramuntana u 65°00′ lonġitudini tal-punent għall-punt ta' 61°00′ latitudni ta' tramuntana u 59°00′ lonġitudni tal-punent, u minn hemm f'direzzjoni lejn ix-xlokk matul il-linja tar-rombu sal-punt ta' 60°12′ latitudni tat-tramuntana u 57°13′ lonġitudni tal-punent; minn hawn delinejat mill-lvant minn serje ta' linji ġeodesiċi li jgħaqqdu il-punti segwenti: Numru tal-Punt | Latitudni | Lonġitudni | 1 | 60°12′0 | 57°13′0 | 2 | 61°00′0 | 57°13′1 | 3 | 62°00′5 | 57°21′1 | 4 | 62°02′3 | 57°21′8 | 5 | 62°03′5 | 57°22′2 | 6 | 62°11′5 | 57°25′4 | 7 | 62°47′2 | 57°41′0 | 8 | 63°22′8 | 57°57′4 | 9 | 63°28′6 | 57°59′7 | 10 | 63°35′0 | 58°02′0 | 11 | 63°37′2 | 58°01′2 | 12 | 63°44′1 | 57°58′8 | 13 | 63°50′1 | 57°57′2 | 14 | 63°52′6 | 57°56′6 | 15 | 63°57′4 | 57°53′5 | 16 | 64°04′3 | 57°49′1 | 17 | 64°12′2 | 57°48′2 | 18 | 65°06′0 | 57°44′1 | 19 | 65°08′9 | 57°43′9 | 20 | 65°11′6 | 57°44′4 | 21 | 65°14′5 | 57°45′1 | 22 | 65°18′1 | 57°45′8 | 23 | 65°23′3 | 57°44′9 | 24 | 65°34′8 | 57°42′3 | 25 | 65°37′7 | 57°41′9 | 26 | 65°50′9 | 57°40′7 | 27 | 65°51′7 | 57°40′6 | 28 | 65°57′6 | 57°40′1 | 29 | 66°03′5 | 57°39′6 | 30 | 66°12′9 | 57°38′2 | 31 | 66°18′8 | 57°37′8 | 32 | 66°24′6 | 57°37′8 | 33 | 66°30′8 | 57°38′3 | 34 | 66°36′1 | 57°39′2 | 35 | 66°37′9 | 57°39′6 | 36 | 66°41′8 | 57°40′6 | 37 | 66°49′5 | 57°43′0 | 38 | 67°21′6 | 57°52′7 | 39 | 67°27′3 | 57°54′9 | 40 | 67°28′3 | 57°55′3 | 41 | 67°29′1 | 57°56′1 | 42 | 67°30′7 | 57°57′8 | 43 | 67°35′3 | 58°02′2 | 44 | 67°39′7 | 58°06′2 | 45 | 67°44′2 | 58°09′9 | 46 | 67°56′9 | 58°19′8 | 47 | 68°01′8 | 58°23′3 | 48 | 68°04′3 | 58°25′0 | 49 | 68°06′8 | 58°26′7 | 50 | 68°07′5 | 58°27′2 | 51 | 68°16′1 | 58°34′1 | 52 | 68°21′7 | 58°39′0 | 53 | 68°25′3 | 58°42′4 | 54 | 68°32′9 | 59°01′8 | 55 | 68°34′0 | 59°04′6 | 56 | 68°37′9 | 59°14′3 | 57 | 68°38′0 | 59°14′6 | 58 | 68°56′8 | 60°02′4 | 59 | 69°00′8 | 60°09′0 | 60 | 69°06′8 | 60°18′5 | 61 | 69°10′3 | 60°23′8 | 62 | 69°12′8 | 60°27′5 | 63 | 69°29′4 | 60°51′6 | 64 | 69°49′8 | 60°58′2 | 65 | 69°55′3 | 60°59′6 | 66 | 69°59′8 | 61°00′0 | 67 | 70°01′6 | 61°04′2 | 68 | 70°07′5 | 61°08′1 | 69 | 70°08′8 | 61°08′8 | 70 | 70°13′4 | 61°10′6 | 71 | 70°33′1 | 61°17′4 | 72 | 70°35′6 | 61°20′6 | 73 | 70°48′2 | 61°37′9 | 74 | 70°51′8 | 61°42′7 | 75 | 71°12′1 | 62°09′1 | 76 | 71°18′9 | 62°17′5 | 77 | 71°25′9 | 62°25′5 | 78 | 71°29′4 | 62°29′3 | 79 | 71°31′8 | 62°32′0 | 80 | 71°32′9 | 62°33′5 | 81 | 71°44′7 | 62°49′6 | 82 | 71°47′3 | 62°53′1 | 83 | 71°52′9 | 63°03′9 | 84 | 72°01′7 | 63°21′1 | 85 | 72°06′4 | 63°30′9 | 86 | 72°11′0 | 63°41′0 | 87 | 72°24′8 | 64°13′2 | 88 | 72°30′5 | 64°26′1 | 89 | 72°36′3 | 64°38′8 | 90 | 72°43′7 | 64°54′3 | 91 | 72°45′7 | 64°58′4 | 92 | 72°47′7 | 65°00′9 | 93 | 72°50′8 | 65°07′6 | 94 | 73°18′5 | 66°08′3 | 95 | 73°25′9 | 66°25′3 | 96 | 73°31′1 | 67°15′1 | 97 | 73°36′5 | 68°05′5 | 98 | 73°37′9 | 68°12′3 | 99 | 73°41′7 | 68°29′4 | 100 | 73°46′1 | 68°48′5 | 101 | 73°46′7 | 68°51′1 | 102 | 73°52′3 | 69°11′3 | 103 | 73°57′6 | 69°31′5 | 104 | 74°02′2 | 69°50′3 | 105 | 74°02′6 | 69°52′0 | 106 | 74°06′1 | 70°06′6 | 107 | 74°07′5 | 70°12′5 | 108 | 74°10′0 | 70°23′1 | 109 | 74°12′5 | 70°33′7 | 110 | 74°24′0 | 71°25′7 | 111 | 74°28′6 | 71°45′8 | 112 | 74°44′2 | 72°53′0 | 113 | 74°50′6 | 73°02′8 | 114 | 75°00′0 | 73°16′3 | 115 | 75°05′ | 73°30′ | u minn hawn lejn it-tramuntana għal parallel ta' 78°10′ latitudni tat-tramuntana; u delinejat mill-punent minn linja li tibda fl-61°00′ latitudni tat-tramuntana u 65°00′ lonġitudini tal-punent u li testendi f'direzzjoni lejn il-majjistral tul il-linja tar-rombu għax-xatt tal-Gżira ta' Baffin fl-East Bluff (61°55′ lonġitudni tal-punent u 66°20′ lonġitudni tal-lvant), u minn hemm f'direzzjoni lejn it-tramuntana tul ix-xatt tal-Gżira ta' Baffin Island, tal-Gżira ta' Bylot, tal-Gżira ta' Devon u tal-Gżira ta' Ellesmere u li jsegwi l-meridjan ta' 80° lonġitudni tal-punent fl-ilmijiet bejn dawk il-gzejjer għal 78°10′ latitudni ta' tramuntana; u delinejat fit-tramuntana mill-parallel ta' 78°10′ latitudni ta' tramuntana. Suberja 0 hija magħmula minn żewġ taqsimiet Taqsima 0 A Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 66°15′ latitudni ta' tramuntana. Taqsima 0 B Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 66°15′ latitudni ta' tramuntana. Suberja 1 Dik il-biċċa tal-Medda tal-Konvenzjoni li tinsab fil-lvant tas-suberja 0 u għat-tramuntana u l-lvant ta' linja ta' rombu li tgħaqqad il-punt f'60°12′ latitidni ta' tramuntana u 57°13′ lonġitudni tal-punent bil-punt fit-52°15′ latitudni ta' tramuntana u 42°00′ lonġitudni tal-punent. Suberja 1 hija magħmula minn sitt taqsimiet Taqsima 1A Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 68°50′ latitudni ta' tramuntana (Christianshaab). Taqsima 1B Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn il-parrallel ta' 66°15′ latitudni ta' tramuntana (5 mili nawtiċi mit-tramuntana ta' Umanarsugssuak) u l-parrallel ta' 68°50′ latitudni ta' tramuntana (Christianshaab). Taqsima 1Ċ Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn il-parrallel ta' 64°15′ latitudni ta' tramuntana (4 mili nawtiċi mit-tramuntana ta' Godthaab) u l-parrallel ta' 66°15′ latitudni ta' tramuntana (5 mili nawtiċi minn Umanarsugssuak). Taqsima 1D Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn il-parrallel ta' 62°30′ latitudni ta' tramuntana (Frederikshaab Glacier) u l-parrallel ta' 64°15′ latitudni ta' tramuntana (4 mili nawtiċi mit-tramuntana ta' Godthaab). Taqsima 1E Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn il-parrallel ta' 60°45′ latitudni ta' tramuntana (Cape Desolation) u l-parrallel ta' 62°30′ latitudni ta' tramuntana (Frederikshaab Glacier). Taqsima 1F Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fin-nofsinhar tal-parrallel ta' 60°45′ latitudni ta' tramuntana (Cape Desolation). Suberja 2 Dik il-biċċa tal-Medda tal-Konvenzjoni li tinsab fuq il-lvant tal-meridjan ta' 64°30′ lonġitudini tal-punent fil-medda ta' Hudson Strait, fin-nofsinhar tas-suberja 0, fin-nofsinhar u l-punent tas-suberja 1 u fit-tramuntana tal-parrallel ta' 52°15′ latitudni ta' t-tramuntana. Suberja 2 hija magħmula minn tlett taqsimiet Taqsima 2G Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 57°40′ latitudni ta' tramuntana (Cape Mugford). Taqsima 2H Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn il-parrallel ta' 55°20′ latitudni ta' tramuntana (Hopedale) u l-parrallel ta' 57°40′ latitudni ta' tramuntana (Cape Mugford). Taqsima 2J Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 55°20′ latitudni ta' tramuntana (Hopedale). Suberja 3 Dik il-biċċa tal-Medda tal Konvenzjoni li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 52°15′ latitudni ta' tramuntana u fil-lvant ta' linja li testendi għal fuq it-tramuntana minn Cape Bauld fuq ix-xatt tat-tramuntana ta' Newfoundland għal 52°15′ latitudni ta' tramuntana; lejn it-tramuntana tal-parallel ta' 39°00′ latitudni ta' t-tramuntana; u fil-lvant u t-tramuntana tal-linja tar-rombu li tibda fid-39°00′ latitudni tat-tramuntana 50°00′ lonġitudni tal-punent u li jestendi f'direzzjoni lejn il-Majjistral sabiex jgħaddi għall-punt ta' 43°30′ latitudni ta' t-tramuntana, 55°00′ lonġitudni tal-punent fid-direzzjoni tal-punt fi 47°50′ latitudni ta' t-tramuntana, 60°00′ lonġitudni tal-punent sakemm jaqsam linja dritta li tgħaqqad Cape Ray, 47°37,0′ latitudni ta' t-tramuntana; 59°18,0′ lonġitudni fil-punent fix-xatt ta' Newfoundland, ma′ Cape North, 47°02,0′ latitudni ta' t-tramuntana; 60°25,0′ lonġitudni fil-punent tal-Gzira ta' Cape Breton; minn hemm f'direzzjoni fil-grigal tul il-linja msemmija għal Cape Ray, 47°37,0′ latitudni ta' t-tramuntana, 59°18,0′ lonġitudni tal-punent. Suberja 3 hija magħmula minn sitt taqsimiet Taqsima 3K Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 49°15′ latitudni ta' tramuntana (Cape Freels, Newfoundland). Taqsima 3L Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn ix-xatt ta' Newfoundland minn Cape Freels sa Cape Santa Marija u l-linja deskritta kif ġej: bidu f'Cape Freels, minn hemm lejn il-lvant għall-meridjan ta' 46°30′ lonġitudni tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar għall-parallel ta' 46°00′ latitudni ta' t-tramuntana, minn hemm lejn il-punent għall-meridjan ta' 54°30′ lonġitudni tal-punent, minn hemm tul il-linja ta' r-rombu għall-Cape Santa Marija, Newfoundland. Taqsima 3M Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 49°15′ latitudni tat-tramuntana u fil-lvant għall-meridjan ta' 46°30′ lonġitudni tal-punent. Taqsima 3N Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 46°00′ latitudni tat-tramuntana bejn il-meridjan ta' 46°30′ lonġitudni tal-punent u l-meridjan ta' 51°00′ lonġitudni tal-punent. Taqsima 3O Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 46°00′ latitudni ta' tramuntana u bejn il-meridjan ta' 51°00′ lonġitudni tal-punent u l-meridjan ta' 54°30′ lonġitudni tal-punent. Taqsima 3P Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fin-nofsinhar tax-xatt ta' Newfoundland u fil-punent tal-linja minn Cape New Mary, Newfoundland għall-punt ta' 46°00′ latitudni tat-tramuntana, 54°30′ lonġitudni tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar għall-fruntiera tas-suberja. Taqsima 3P hija maqsuma f'żewġ suddiviżjonijiet: 3 Pn — suddiviżjonijiet tal-majjistral — dik il-biċċa tad-taqsima 3P li qegħda fil-majjistral tal-linja li testendi minn 47°30,7 latitudni ta' tramuntana; 57°43,2′ lonġitudni tal-punent, qrib il-lbiċ għall-ponta ta' 46°50,7 latitudni tat-tramuntana u 58°49,0 lonġitudini tal-punent; 3Ps — suddiviżjonijiet tax-xlokk — dik il-biċċa tad-taqsima 3P li qiegħda fix-xlokk tal-linja definita għas-suddiviżjonijiet 3Pn. Suberja 4 Dik il-biċċa tal-Medda tal-Konvenzjoni li qiegħda fit-tramuntana tal-parallel ta' 39°00 latitudni ta' tramuntana, lejn il-punent tas-suberja 3, u fil-lvant tal-linja deskritta kif ġej: bil-bidu tiegħu fit-tmiem tal-fruntiera internazzjonali bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Kanada fil-Kanal ta' Grand Manan, fil-ponta li tinsab fl-44°46°35,346″ latitudni ta' tramuntana; 66 54 11, 253 lonġitudni fil-punent; minn hemm lejn in-nofsinhar fil-parallel ta' 43°50 latitudni ta' tramuntana; minn hemm fil-punent tal-meridjan ta' 67°24°27,24 lonġitudni tal-punent; minn hemm tul linja ġeodetika f'direzzjoni lejn il-majjistral għall-punta ta' latitudnita tramuntana u 67° 44′35″ lonġitudni tal-punent; minn hemm tul linja ġeodetika f'direzzjoni len ix-xlokk għall-punta ta' 42°31′08″ latitudni′ ta' tramuntana u 67° 28′05 lonġitidni tal-punent minn hemm tul linja ġeodetika għall-punt ta' 42°20 latitudni ta' tramuntana u 67 18 13, 15 lonġitudni tal-punent; minn hemm fil-lvant għall-punt ta' 66°00 lonġitudni fil-punent; minn hemm tul linja ta' rombu f'direzzjoni lejn ix-xlokk fil-punt ta' 42°00 latitudni ta' tramuntana u 65°40 lonġitudni fil-punent u minn hemm għan-nofsinhar għall-parallel ta' 39°00 latitudni ta' tramuntana. Suberja 4 hija magħmula minn sitt taqsimiet Taqsima 4R Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn ix-xatt ta' Newfoundland minn Cape Bauld sa Cape Ray u l-linja deskritta kif ġej: bil-bidu f'Cape Bauld, minn hemm fit-tramuntana għall-parallel ta' 52°15 latitudni ta' tramuntana, minn hemm lejn il-punent għax-xatt tal-Labrador għat-tmiem tal-fruntiera tal-Labrador u l-Quebec, minn hemm tul linja ta' rombu f'direzzjoni tal-lbiċ għall-punt ta' 49°25 latitudni ta' tramuntana, 60°00 lonġitudni tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar għall-punt ta' 47 50 latitudni ta' tramuntana, 60°00 lonġitudni tal-punent, minn hemm tul linja ta' rombu f'direzzjoni lejn ix-xlokk għall-punt li fiha d-delinejament tas-suberja 3 jidħol ġol-linja dritta li tgħaqqad il-Cape North, Nova Scotia ma' Cape Ray, Newfoundland, minn hemm għal Cape Ray, Newfoundland. Taqsima 4S Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn ix-xatt tan-nofsinhar tal-Quebec mit-tmiem tal-fruntiera tal-Labrador-Quebec għall-Pte. Des Monts u linja deskritta kif ġej: bil-bidu fil-Pte. Des Monts, minn hemm lejn il-lvant għall-punt ta' 49°25 latitudni ta' tramuntana, 64°40 lonġitudni tal-punent minn hemm tul linja ta' rombu f'direzzjoni ta' xlokk il-lvant għall punta ta 47°50 latitudni ta' t-tramuntana, 60°00′ lonġitudni tal-punent, minn hemm lejn it-tramuntana għall punt ta' 49°25 latitudni tat-tramuntana, 60°00 lonġitudni tal-punent, minn hemm tul linja ta' rombu f'direzzjoni tal-grigal għat-tmiem tal-fruntiera Labrador-Quebec. Taqsima 4T Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn ix-xtut ta' Nova Scotia, New Brunswick u Quebec minn Cape North sa Pte.des Monts u linja deskritta kif ġej: bil-bidu fil-Pte. Des Monts, minn hemm lejn il-lvant għall-punt ta' 49°25 latitudni ta' tramuntana, 64°40 lonġitudni tal-punent minn hemm tul linja ta' rombu f'direzzjoni tax-xlokk għall punta ta 47°50 latitudni ta' t-tramuntana, 60°00' lonġitudni tal-punent, minn hemm lejn linja tar-rombu f'direzzjoni tan-nofsinhar għal Cape North, Nova Scotia. Taqsima 4V Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn ix-xatt ta' Nova Scotia bejn il-Cape Northu Fourchu u linja deskritta kif ġej: bil-bidu f'Fourchu, minn hemm tul linja ta' rombu f'direzzjoni tal-lvant għall-punt ta' 45°40 latitudni fit-tramuntana, 60°00 lonġitudni fil-punent, minn hemm għan-nofsinhar tul il-meridjan ta' 60°00 lonġitudni fil-punent għall-parallel ta' 44°10 latitudni ta' t-tramuntana, minn hemm fil-lvant għall meridjan ta' 59°00 lonġitudni tal-punent, minn hemm fin-nofsinhar għall-parallel ta' 39°00 latitudni ta' tramuntana, minn hemm tul il-fruntiera bejn is-suberji 3 u 4 u f'linja li tkompli f'direzzjoni tal-grigal għall-punt ta' ta' 47°50 latitudni ta' t-tramuntana, 60°00 lonġitudni tal-punent, u minn hemm tul linja ta' rombu f'direzzjoni fin-nofsinhar għal Cape North, Nova Scotia. Taqsima 4V hija maqsuma f'żewġ suddiviżjonijiet: 4Vn — suddiviżjoni ta t-tramuntana — dik il-biċċa tat-taqsima 4V li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 45°40 fil-latitudni ta' tramuntana; 4Vs — suddiviżjoni tan-nofsinhar — dik il-biċċa tad-taqsima 4V li tinsab fin-nofsinhar tal-parallel ta' 45°40 fil-latitudni ta' tramuntana. Taqsima 4W Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn ix-xatt ta' Nova Scotia minn Halifax għal Fourchu u l-linja deskritta kif ġej: bil-bidu f'Fourchu, minn hemm tul linja ta' rombu f'direzzjoni tal-lvant għall-punt ta' 45°40 latitudni fit-tramuntana, 60°00 lonġitudni fil-punent, minn hemm għan-nofsinhar tul il-meridjan ta' 60°00 lonġitudni fil-punent għall-parallel ta' 44°10 latitudni ta' t-tramuntana, minn hemm fil-lvant għall meridjan ta' 59°00 lonġitudni tal-punent, minn hemm fin-nofsinhar għall-parallel ta' 39°00 latitudni ta' tramuntana, minn hemm għal punent għall-meridjan ta' 63°20 lonġitudni tal-punent, minn hemm lejn it-tramuntana għall-punt tat-tali meridjan ta' 44°20 latitudni ta' tramuntana, minn hemm tul linja ta' rombu f'direzzjoni tal-majjistral għal Halifax, Nova Scotia. Taqsima 4X Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn id-delinejament fil-punent ta' suberja 4 u x-xtut ta' New Brunswick u Nova Scotia mit-tmiem tad-delinejament bejn New Brunswick u Maine għal Halifax, u l-linja deskritta kif ġej: bil-bidu f'Halifax, minn hemm tul linja ta' rombu f'direzzjoni lejn ix-xlokk fil-punt ta' 44°20 latitudni ta' tramuntana u 63°20 lonġitudni fil-punent u minn hemm għan-nofsinhar għall-parallel ta' 39 00 latitudni ta' tramuntana, u minn hemm lejn il-punent għall-meridjan ta' 65°40 lonġitudni tal-punent. Suberja 5 Dik il-biċċa tal-Medda tal-Konvenzjoni li qiegħda fil-punent tad-delinejament tal-punent ta' suberja 4, għat-tamuntana tal-parallel ta' 39°00 latitudni ta' tramuntana, u fuq l-lvant tal-meridjan ta' 71°40 lonġitudni tal-punent. Suberja 5 hija magħmula minn żewġ taqsimiet Taqsima 5Y Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab bejn il-kosti ta' Maine, new Hampshire u Massachusetts mill-fruntiera bejn Maine u New Brunswick sa 70°00 lonġitudni fil-punent fuq Cape Cod (qrib 42° latitudni ta' t-tramuntana) u b'linja deskritta kif ġej: fil-bidu fil-ponta ta' Cape Cod f'70° lonġitudni fil-punent (qrib 42° latitudni ta' tramuntana), minn hemm lejn it-tramuntana ta' 42°20 latitudni ta' tramuntana, minn hemm fuq il-lvant għal 67°18°13,15 lonġitudni fil-punent fid-delinejament tas-suberji 4 u 5, u minn hemm tul dik il-fruntiera għall-fruntiera tal-Kanada u l-Istati Uniti Taqsima 5Z Dik il-porzjon tas-suberja li tinsab fin-nofsinhar u fil-lvant tad-taqsima 5Y. Taqsima 5Z hija maqsuma f'żewġ suddiviżjonijiet: suddiviżjonijiet tal-lvant u suddiviżjonijiet tal-punent mfissra kif ġej: 5Ze — suddiviżjoni tal-lvant — dik il-biċċa tad-taqsima 5Z li tinsab fil-lvant tal-meridjan ta' 70°00 lonġitudni tal-punent; Taqsima 5Ze hija sottodiviża f'żewġ sottounitajiet [1]: 5Zu (ilmijiet ta' l-Istati Uniti) hija dik il-parti tas-suddiviżjoni 5Ze fil-punent tal-linji geodetiċi li jgħaqqdu il-punti bil-koordinati segwenti: Latitudni tat-Tramuntana | Lonġitudni tal-Punent | | | A | 44°11′12 | 67°16′46 | B | 42°53′14 | 67°44′35 | C | 42°31′08 | 67°28′05 | D | 40°27′05 | 65°41′59 | 5Zc (ilmijiet Kanadiżi) hija dik il-parti tas-suddiviżjoni 5Ze fil-lvant fuq linji ġeodetiċi hawn fuq imsemmija; 5Zw — suddiviżjoni tal-punent — dik il-biċċa tad-taqsima 5Z li tinsab fil-punent tal-meridjan ta' 70°00 lonġitudni tal-punent. Suberja 6 Dik il-parti tal-Medda tal-Konvenżjoni li hija delinejata b'linja li tibda fil-punt tax-xatt ta' Rhode Island f'71°40 lonġitudni tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar għal 39°00 latitudni ta' t-tramuntana, minn hemm lejn il-lvant għal 42°00 lonġitudni tal-punent, minn hemm lejn in-nofsinhar f'35°00 latitudni ta' tramuntana, minn hemm lejn il-punent fix-xatt ta' l-Amerika ta' Fuq, minn hemm lejn it-tramuntana tul ix-xatt ta' l-Amerika ta' Fuq għal punt ta' Rhode Island f'71°40 lonġitudni tal-punent. Suberja 6 hija magħmula minn tmien taqsimiet Taqsima 6A Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fit-tramuntana tal-parallel ta' 39°00' latitudni ta' tramuntana u lejn il-punent tas-suberja 5. Taqsima 6B Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fil-punent ta' 70°00 lonġitudni tal-punent, fin-nofsinhar tal-parallel ta' 39°00 latitudni ta' tramuntana, u fit-tramuntana u l-punent f'linja li tiġri lejn il-punent tul il-parallel 37°00 latitudni ta' tramuntana għal 76°00 lonġitudni tal-punent u minn hemm lejn in-nofsinhar għal Cape Henry, Virginia. Taqsima 6Ċ Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fil-punent ta' 70°00 lonġitudni tal-punent u fin-nofsinhar tas-suddiviżjoni 6B. Taqsima 6D Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fil-lvant tad-taqsimiet 6B u 6Ċ u fil-punent ta' 65°00 lonġitudni tal-punent. Taqsima 6E Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fil-lvant tad-taqsima 6D u fil-punent ta' 60°00 lonġitudni tal-punent. Taqsima 6F Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fil-lvant tad-taqsima 6E u fil-punent ta' 55°00 lonġitudni tal-punent. Taqsima 6G Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fil-lvant tad-taqsima 6F u fil-punent ta' 50°00 lonġitudni tal-punent. Taqsima 6H Dik il-biċċa tas-suberja li tinsab fil-lvant tad-taqsima 6G u fil-punent ta' 42°00 lonġitudni tal-punent. [1] Dawn iż-żewġ sotto-unitajiet mhumiex irrekordjati fis-sitt pubblikazzjoni tal-Konvenzjoni NAFO (Mejju 2000), Madankollu, wara proposta tal-Kunsill Xjentifiku ta' l-NAFO, dawn ġew approvati mill-Kunsill Ġenerali tan-NAFO skond l-Artikolu XX(2) tal-Konvenzjoni NAFO. -------------------------------------------------- L-ANNESS III DEFINIZZJONIJIET U KODIFIKI LI JRIDU JIĠU UŻATI FL-GĦOTI TA' DATA FUQ QBID (a) ELENKU TA' TAGĦMIR TAS-SAJD/KATEGORIJI TA' BASTIMENTI TAS-SAJD (mill-Klassifika fuq Statistika Standard Internazzjonali fuq Tagħmir tas-Sajd (ISSCFG)) Kategorija | Abbrevjazzjoni | Xbiek kbir Xbiek tal-qiegħ — xbiek beam | TBB | — xbiek otter (ġenb jew poppa mhux speċifikat) | OTB | — xbiek otter (ġenb) | OTB 1 | — xbiek otter (poppa) | OTB 2 | — par xbiek (żewġ bastimenti) | PTB | — xbiek għall-gambli | TBS | — xbiek nephrops | TBN | — xbiek tal-qiegħ (mhux speifikati) | TB | Xbiek għal nofs l-ilma — xbiek otter (ġenb jew poppa mhux speċifikat) | OTM | — xbiek otter (ġenb) | OTM 1 | — xbiek otter (poppa) | OTM 2 | — par xbiek (żewġ bastimenti) | PTM | — xbiek għall-gambli | TMS | — xbiek għal nofs l-ilma | TM | Xbiek tewmi | OTS | Xbiek otter tewmi | OTT | Par xbiek (żewġ bastimenti) (mhux speċifikati) | PT | Xbiek otter (mhus speifikat) | OT | Xbiek oħra (mhux speċifikati) | TX | Xbiek seine Seine tal-bajja | SB | Seine tad-dgħajjes jew bastimenti | SV | – Seine daniżi | SDN | – Seine skoċċiżi | SSC | – Seine bil-par (żewġ bastimenti) | SPR | Xbiek Seine (mhux speċifikat) | SX | Xbiek "surrounding" B'linji purse (purse s eine) | PS | — operat minn bastiment wieħed | PS 1 | — operat minn żewġ bastimenti | PS 2 | Mingħajr linji purse (lampara) | LA | Gillnets u xbiek entangling Gillnets issettjati (ankrati) | GNS | Drift gillnets | GND | Encircling gillnets | GNC | Gillnets iffissati (fuq stakes) | GNF | Xbiek trammel | GTR | Xbiek gillnets- trammel flimkien | GTN | Gillnets u xbiek entangling (mhux speċifikati) | GEN | Gillnets (mhux speċifikati) | GN | Snanar u lenzi Lenzi twal issettjati | LLS | Lenzi twal drift | LLD | Lenzi twal (mhux speċifikati) | LL | Lenzi ta' l-idejn u polelines (operati bl-id) | LHP | Lenzi ta' l-idejn u polelines (mekkanizzati) | LTM | Lenzi għat-trolling | LTL | Snanar u lenzi (mhux speċifikati) | LX | Nases Poundnets stazzjonarji mhux koperti | FPN | Pots koperti | FPO | Xbiek fyke | FYK | Barrieri, ċnut, weirs, eċċ. | FWR | Stownets | FSN | Xbiek aerial | FAR | Nases (mhux speċifikati) | FIX | Falling gear Xbiek cast | FNC | Falling gear (mhux speċifikat) | FG | Dredges Dredge tad-dgħajjes | DRB | Dredge ta' l-id | DRH | Grappling u wounding Foxna | HAR | Lift nets Lift nets li portabbli | LNP | Lift nets operati minn dgħajjes | LNB | Lift nets stazzjonarji operati mix-xatt | LNS | Lift nets (mhux speċifikati) | LN | Makkinarju għall-ħsad Pompi | HMP | Dredges mekkanizzati | HMD | Makkinarju għall-ħsad (mhux speċifikat) | HMX | Gears mixxellanji | MIS | Gear mhux magħruf | NK | (b) DEFINIZZJONIJIET GĦALL-KATEGORIJI TA' SFORZ FUQ KEJL TAS-SAJD Tlett livelli ta' preċiżjoni ta' sforz fuq sajd għandu jingħata, fejn possibli. Il-Kategorija A Fishing gear | Miżura ta' sforz | Definizjonijiet | Surrounding nets (purse seine) | Numru ta' settijiet | Numru ta' drabi li l-gear ġie ssettjat jew sparat, kemm jekk inqabad xi ħaġa jew le. Din il-miżura hija approprjata meta l-qies tal-ġliba u l-imballaġġ huwa relatat ma' l-abbundanza ta' l-i stock, jew is-settijiet huma magħmula bl-addoċċ | Seine tal-bajja | Numru ta' settijiet | Numru ta' drabi li l-gear ġie ssettjat jew sparat, kemm jekk inqabad xi ħaġa jew le | Seine bid-dgħajsa | Numru ta' siegħat sajd | Numru ta' drabi li l-gear ġie ssettjat jew sparat, multiplikat bid-dewmien ta' l-issettjar jew sparar kif stmati | Xbiek kbir | Numru ta' siegħat | Numru ta' siegħat matul liema ix-xbiek kien fl-ilma (xbiek f'nofs l-ilma), jew fil-qiegħ (xbiek tal-qiegħ), u sajd | Dredges bid-dgħajsa | Numru ta' siegħat sajd | Numru ta' siegħat matul liema d-dredge kienet fil-qiegħ għas-sajd | Gillnets (issettjati jew drift) | Numru ta' unitajiet ta' sforz | Tul tax-xbiek espress f'unitajiet ta' 100 metru multiplikat bin-numru ta' settijiet magħmula (= total akkumulat ta' tul f'metri ta' xbiek użat fi żmien partikolari diviż b'100) | Gillnets (iffissati) | Numru ta' unitajiet ta' sforz | Tul tax-xbiek espress f'unitajiet ta' 100 metru multiplikat bin-numru ta' drabi li x-xibka ġiet ikklerjata | Nases (xbiek pound mhux koperti) | Numru ta' unitajiet ta' sforz | Numru ta' ġranet ta' sajd multiplikat bin-numru ta' unitajiet maqbuda | Pots koperti u xbiek fyke | Numru ta' unitajiet ta' sforz | Numru ta' lifts multiplikat bin-numru ta' unitajiet (= numru totali ta' unitajiet f'perijodu partikolari) | Lenzi twal (issettjati jew drift) | Eluf ta' snanar | Numru ta' snanar fis-sajd f'ħin partikolari diviżi b' 1000 | Lenzi ta' l-id (pole, troll, jig, eċċ) | Numru ta' ġranet bil-lenzi | Numru totali ta' lenzi użati f'perijodu partikolari | Foxni | | (Rapporta livelli ta' sforz B u Ċ biss) | Il-Kategorija B Numbru ta' ġranet ta' sajd: in-numru ta' ġranet li fihom kien hemm sajd. Għal dawk is-sajdiet li fihom it-tiftix għall-ħut huwa parti sostanzjali tal-ħidma tas-sajd, ġranet li fihom ikun hemm tiftix imma ma jsir l-ebda sajd għandhom ikunu inklużi fl-informazzjoni "ġranet tas-sajd". Il-Kategorija Ċ Għan-numru ta' ġranet fuq l-art magħduda ma ġranet ta' sajd u fit-tfittxija għanhom jiġi inklużi wkoll il-ġranet l-oħra li l-bastiment kien fuq l-art. Perċentwali ta' sforz stmat (sforz proratat) Billi l-miżuri ta' sforz korrispondenti jistgħu ma jkunux disponibbli għall-qabda totali, il-perċntwali ta' l-isforz li jkun ġie stmat għandu jiġi indikat. Dan huwa kkalkulat minn: × 100 Qabda totali (ċ) KATEGORIJI TAD-DAQS TAL-BASTIMENT (mill-Klassifika fuq Statistika Standard Internazzjonali ta' Bastimenti tas-Sajd (KSSIBS)) Il-Klassijiet ta' Tunnellaġġ Kategorija ta' tunnellaġġ gross | Kodiċi | 0 — 49.9 | 02 | 50 — 149.9 | 03 | 150 — 499.9 | 04 | 500 — 999.9 | 05 | 1,000 — 1,999.9 | 06 | 2,000 — 99,999.9 | 07 | Mhux magħruf | 00 | (d) L-ISPEĊI EWLENIEN IMFITTXIJA Din hija l-ispeċi li għaliha is-sajd kien prinċipalment dirett. Madankollu, tista ma' tikkorrispondix ma' l-ispeċi li ffurmat l-akbar parti tal-qabda. L-ispeċi għandu jkun indikat bl-użu ta' l-identifikatur 3-alpha (ara l-Anness I) -------------------------------------------------- L-ANNESS IV FORMAT GĦALL-GĦOTI TA' INFORMAZZJONI FUQ MEZZI MAGNETIĊI A. FORMAT TA' KODIFIKA Għas-sottomissjonijiet skond l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2018/93 L-informazzjoni għandha tingħata fuq reġistrazzjonijiet ta' tul varjabbli b'żewġ punti (:) bejn it-taqsimet tar-reġistrazzjonijiet. It-taqsimiet li ġejjin għandhom ikunu inklużi għal kull reġistrazzjoni: Qasam | Rimarki | Pajjiż | Kodiċi ISO 3-alfa (eż. FRA = Franza) | Sena | Ez. 2001 jew 01 | FAO post tas-sajd maġġuri | 21 = Atlantiku tal-Majjistral | Diviżjoni | Eg. 3 Pn = NAFO subdiviżjoni 3 Pn | Speċi | Identifikatur 3-alpha | Qabda | Tunnellati | Għas-sottomissjonijiet skond l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2018/93 L-informazzjoni għandha tingħata fuq reġistrazzjonijiet ta' tul varjabbli b'żewġ punti (:) bejn it-taqsiment tar-reġistrazzjoni. It-taqsimiet li ġejjin għandhom ikunu inklużi għal kull reġistrazzjoni: Qasam | Rimarki | Pajjiż | Kodiċi ISO 3-alfa (eż. FRA = Franza) | Sena | Eż. 0001 jew 2001 għas-sena 2001 | Xahar | Eż. 01 = Jannar | FAO post tas-sajd maġġuri | 21 = Atlantiku tal-Majjistral | Diviżjoni | Eż. 3 Pn = NAFO subdiviżjoni 3 Pn | Speċi maġġuri mfittxija | Identifikatur 3-alfa | Bastiment/kategorija ta' gear | Kodiċi ISSCFG (ez. OTB2 = xbiek tal-qiegħ otter) | Klassi ta' qies tal-bastiment | Kodiċi ISSCFV (ez. 04 = 150 — 499.9 GT): | Tunnellaġġ gross medju | Tunnellati | Saħħa medja tal magna | Kilowatts | Perċentwali stmata ta' sforz | Numerika | Unità | Identifikatur 3-alfa ta' speċi jew identifikatur ta' sforz (eż. COD = Merluzz atlantiku jewA = miżura ta' sforz A) | Data | Qabda (f'tunnellati metriċi) jew unitajiet ta' sforz | (a) Il-qabda għandha tiġi rreġistrata fil-piz ħaj ekwivalenti għall-qabdiet imtella' l-art. (b) Kodiċi tal-pajjiz: L-Awstrija AUT Il-Belġju BEL Id-Danimarka DNK Il-Finlandja FIN Franża FRA Il-Ġermanja DEU Il-Greċja GRC L-Irlanda IRL L-Italja ITA Il-Lussemburgu LUX L-Olanda NLD Il-Portugall PRT Spanja ESP L-Iżvezja SWE Renju Unit GBR Islanda ISL In-Norveġja NOR Il-Bulgarija BGR Ċipru CYP Ir-Repubblika Ċeka CZE L-Estonja EST L-Ungerija HUN Il-Latvja LVA IL-Litwanja LTU Malta MLT Il-Polonja POL Ir-Rumanija ROM Ir-Repubblika Slovakka SVK Is-Slovenja SVN It-Turkija TUR B. E METODU TA' GĦOTI TA' INFORMAZZJONI LILL-KUMMISSJONI EWROPEJA Kemm jista' jkun possibbli l-informazzjoni għandha tiġi trasmessa f'format elettroniku (per eżempju, bħala anness ta' l-e-mail). Fin-nuqqas ta' dan, l-għoti tal-fajl jiġi aċċettat fuq diska floppy 3,5 HD. --------------------------------------------------