European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2473

4.11.2026

REGOLAMENT (UE) 2026/2473 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2026

li jemenda r-Regolament (UE) 2023/2124 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-Ftehim għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (3) (“il-Ftehim tal-GFCM”) jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni multilaterali biex jiġu promossi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aħjar użu tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f’livelli li jitqiesu bħala sostenibbli u b’riskju baxx li l-istokkijiet jinqerdu, li huma bbażati fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli, u li jqisu r-rieżamijiet regolari tal-aspetti ekonomiċi u soċjali tal-industrija tas-sajd.

(2)

L-Unjoni, kif ukoll il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, Malta, ir-Rumanija u s-Slovenja huma Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-GFCM.

(3)

Ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) huma vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti tagħha. Għaldaqstant, ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM huma vinkolanti fuq l-Unjoni u għalhekk jenħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni b’tali mod li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tal-Unjoni vis-à-vis operaturi minn Partijiet Kontraenti oħra tal-GFCM, sakemm dawk ir-rakkomandazzjonijiet ma jkunux diġà koperti minn dispożizzjonijiet eżistenti tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ilmijiet tal-Unjoni jkunu bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni, filwaqt li tippromwovi kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi tal-Unjoni u l-operaturi tal-pajjiżi terzi. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM iridu għalhekk jiġu trasposti b’mod strett, sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha, mingħajr ma jitgħabbew lil hinn mill-obbligi legali stabbiliti minn dawk ir-Rakkomandazzjonijiet.

(4)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li r-Rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM jiġu implimentati bis-sħiħ u f’waqthom fid-dritt tal-Unjoni, biex b’hekk l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha bħala sieħeb internazzjonali affidabbli, u li tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi u effettiva tagħhom fl-Unjoni, filwaqt li jingħataw ċarezza u prevedibbiltà għall-operaturi tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

(5)

Għal dawk ir-raġunijiet u peress li n-natura permanenti tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM tirrikjedi wkoll strument legali permanenti għall-implimentazzjoni tagħhom fid-dritt tal-Unjoni, huwa xieraq li dawk ir-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz ta’ att leġiżlattiv, li jiżgura ċarezza legali u prevedibbiltà għall-operaturi tal-Unjoni fl-ilmijiet koperti mill-Ftehim tal-GFCM.

(6)

Sabiex jissaħħu l-koerenza u l-effiċjenza tal-miżuri fir-rigward tas-sallura Ewropea (Anguilla anguilla) adottati mill-GFCM, jenħtieġ li dawk ir-regoli jitqiesu flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni li jkopru wkoll il-parti taċ-ċiklu tal-ħajja fl-ilma ħelu tas-sallur Ewropew, inkluż fl-ilmijiet tranżizzjonali u salmastri, bħal-laguni u l-estwarji, f’konformità mal-Artikolu 10(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 (5).

(7)

Ir-Regolament (UE) 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. Dak ir-Regolament jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM fid-dritt tal-Unjoni.

(8)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jimplimenta fid-dritt tal-Unjoni ċerti miżuri stabbiliti fir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM li għadhom ma humiex koperti mid-dritt tal-Unjoni.

(9)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/2 dwar l-istabbiliment ta’ żona ristretta għas-sajd fil-Fossa ta’ Jabuka/Pomo fil-Baħar Adrijatiku (is-subżona ġeografika 17), li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/3. Adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/5 dwar l-istabbiliment ta’ żona ristretta għas-sajd fil-Golf tal-Iljuni (is-subżona ġeografika 7) għall-protezzjoni tal-ġlejjeb u tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond, li tħassar ir-Rakkomandazzjoni GFCM/33/2009/1.

(10)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/9 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29). Adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/10 dwar miżuri ta’ ġestjoni għas-sajd sostenibbli tal-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29).

(11)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/13 dwar il-mitigazzjoni tal-impatti tas-sajd għall-konservazzjoni tal-għasafar tal-baħar fil-Baħar Mediterran, GFCM/44/2021/14 dwar il-mitigazzjoni tal-impatti tas-sajd għall-konservazzjoni tal-fkieren tal-baħar, GFCM/44/2021/15 dwar il-mitigazzjoni tal-impatti tas-sajd għall-konservazzjoni taċ-ċetaċji, u GFCM/44/2021/16 dwar miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali għall-konservazzjoni tal-elażmobranki fil-Baħar Mediterran.

(12)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/17 dwar skema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29).

(13)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/19 dwar l-istabbiliment ta’ lista ta’ bastimenti preżunti li wettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni GFCM/33/2009/8. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (7) ikopri biss parzjalment il-kontenut ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni.

(14)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli ta’ stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18).

(15)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/2 dwar pjan ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran, li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/4.

(16)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/3 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-paġella ħamra fil-Baħar Alboran (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 3), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/4, GFCM/43/2019/2 u GFCM/41/2017/2.

(17)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli ta’ stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Kanal ta’ Sqallija (is-subżoni ġeografiċi 12 sa 16), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/12 u GFCM/42/2018/5.

(18)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar fil-Kanal ta’ Sqallija (is-subżoni ġeografiċi 12 sa 16), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/7 u GFCM/43/2019/6.

(19)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/6 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar fil-Baħar Jonju (is-subżoni ġeografiċi 19 sa 21), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/8 u GFCM/42/2018/4.

(20)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/7 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmira l-gamblu aħmar kbir u l-gamblu blu u aħmar fil-Baħar Levantin (is-subżoni ġeografiċi 24 sa 27), li tħassar ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/3.

(21)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/12 dwar l-istabbiliment ta’ sett ta’ regoli minimi għas-sajd rikreattiv sostenibbli fil-Baħar Mediterran.

(22)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/14 dwar ir-regolamentazzjoni tat-trażbord fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM.

(23)

Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/15 dwar skema konġunta internazzjonali ta’ spezzjoni u sorveljanza barra mill-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali fl-Istrett ta’ Sqallija (is-subżoni ġeografiċi 12 sa 16), li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/8 u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/6. Adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/16 dwar skemi internazzjonali konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza barra mill-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali fil-Baħar Jonju (is-subżoni geografiċi 19 sa 21).

(24)

Fis-sessjoni annwali tagħha fl-2023, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/16 dwar pjan ta’ ġestjoni fit-tul għas-sallura Ewropea fil-Baħar Mediterran, li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/45/2022/1 u GFCM/42/2018/1.

(25)

Sabiex jiġi żgurat li t-tagħmir biex jinġabar il-ħut (FADs) mitlufa ma jikkontribwixxux aktar għat-tniġġis tal-plastik fil-baħar, jenħtieġ li l-kannizzati jinbnew esklużivament b’materjali bijodegradabbli mill-15 ta’ Awwissu 2027.

(26)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni u tal-iskambju ta’ informazzjoni mas-Segretarjat tal-GFCM u fir-rigward tal-format u tat-trażmissjoni ta’ applikazzjonijiet għat-trasferiment ta’ jiem mitlufin minħabba l-maltemp fl-istaġun magħluq għas-sajd tal-lampuki u r-rapport dwar tali trasferiment, u r-rapport fil-kuntest tal-ġbir ta’ data dwar is-sajd tal-lampuki. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(27)

Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Ftehim tal-GFCM, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni fid-dritt tal-Unjoni tal-emendi li saru vinkolanti għall-Unjoni għall-miżuri eżistenti tal-GFCM li diġà ġew implimentati fid-dritt tal-Unjoni, fir-rigward tat-trażmissjoni tal-lista ta’ bastimenti awtorizzati lis-Segretarjat tal-GFCM għall-fini tar-Reġistru tal-GFCM; id-derogi mill-miżuri ta’ konservazzjoni għall-qroll aħmar; l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ dokumentazzjoni tal-qbid (CDS) għall-qroll aħmar u għall-barbun imperjali; il-miżuri tal-Istat tal-port; it-tabella, il-mappa u l-koordinati ġeografiċi tas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM; il-proċeduri ta’ spezzjoni fl-Istat tal-port għall-bastimenti; dikjarazzjoni ta’ trażbord; ir-rapporti tal-osservazzjonijiet u l-matriċijiet statistiċi tal-GFCM. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (9). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(28)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/2124 jiġi emendat skont dan.

(29)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u ta l-opinjoni tiegħu fil-25 ta’ Ġunju 2024,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2023/2124

Ir-Regolament (UE) 2023/2124 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, l-Artikolu 2, il-punti (1) sa (4), tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (*1), l-Artikolu 2, il-punti (1) sa (13), tar-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) u l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3):

(*1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal- 20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1022/oj)."

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1241/oj).”;"

(b)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(9)

‘żona ristretta għas-sajd’ tfisser żona definita ġeografikament li fiha ċerti attivitajiet tas-sajd speċifiċi huma temporanjament ipprojbiti jew ristretti sabiex jittejbu l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM;

(10)

‘punt ta’ ħatt l-art deżinjat’ tfisser port, jew post qrib ix-xatt, terminal offshore jew installazzjoni oħra għall-ħatt l-art, għat-trażbord, għall-ippakkjar, jew għall-ipproċessar, jew għar-riforniment jew għall-forniment mill-ġdid ta’ bastimenti tas-sajd, fejn ikunu permessi operazzjonijiet ta’ ħatt l-art, trażbordi, ippakkjar jew ipproċessar tal-prodotti tas-sajd, deżinjati mill-Partijiet Kontraenti tal-GFCM u mill-partijiet mhux kontraenti li jikkooperaw fl-ambitu tal-iskema reġjonali dwar miżuri tal-Istat tal-port biex jiġu miġġielda l-attivitajiet ta’ sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM;

(11)

‘ċertifikat tal-qbid’ tfisser dokument uffiċjali li jakkumpanja kunsinna u li jkun ivvalidat mill-awtorità kompetenti, li jippermetti li tingħadda informazzjoni akkurata u li tista’ tiġi vverifikata dwar il-prodotti tas-sajd tul il-katina tal-provvista;

(12)

‘skema ta’ dokumentazzjoni tal-qbid’ jew ‘CDS’ tfisser sistema stabbilita f’konformità mal-obbligi internazzjonali rilevanti, bil-fini primarju li tgħin biex jiġi ddeterminat, tul il-katina tal-provvista, jekk prodott tas-sajd joriġinax minn qabdiet li huma konformi mal-miżuri internazzjonali, reġjonali u nazzjonali applikabbli ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni.”

;

(2)

l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd li jaqbdu s-sallura (Anguilla anguilla), jiġifieri s-sajd immirat, inċidentali u rikreattiv, fl-ilmijiet kollha tal-Baħar Mediterran kif previst fl-Anness I, inklużi l-ilma ħelu u l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni u salmastri, bħal laguni u estwarji.”

;

(3)

fl-Artikolu 12, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ traċċabbiltà għall-ħatt l-art, għall-bejgħ u għall-esportazzjonijiet li tippermetti li l-qabdiet jiġu ttraċċati mill-punt ta’ ħatt l-art deżinjat sad-destinazzjoni finali, irrispettivament jekk il-kampjuni jinbiegħux ħajjin, mejtin jew ittrasformati.

5.   L-Istati Membri għandhom iżommu u jżommu aġġornata lista tas-swali tal-irkant, il-korpi jew il-persuni awtorizzati minn dak l-Istat Membru biex iwettqu l-ewwel tqegħid fis-suq tas-sallura.”

;

(4)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Ġbir tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha d-data disponibbli, inkluż stimi ta’ fejn ikun magħruf li jseħħ sajd IUU. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandha tgħaddi l-informazzjoni tas-sajd IUU lis-Segretarjat tal-GFCM malajr kemm jista’ jkun.

2.   Sal-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-data relatata ma’ attivitajiet ta’ tismin lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik id-data lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

3.   Fuq bażi volontarja, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni, li għandha tgħaddiha lis-Segretarjat tal-GFCM.”

(5)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 14a

Miżuri ta’ ġestjoni tal-flotta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ġenerali tal-flotta jew l-isforz tas-sajd tal-flotot, li joperaw bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, li jistadu b’mod attiv għal stokkijiet ewlenin elenkati fl-Artikolu 13 ma taqbiżx, f’tunnellaġġ gross (GT), is-saħħa tal-magna (kW) u l-għadd ta’ bastimenti, kif irreġistrati kemm fir-reġistri nazzjonali kif ukoll f’dawk tal-GFCM, matul id-durata tal-pjan ta’ ġestjoni rilevanti, l-għadd ta’ bastimenti jew l-isforz tas-sajd għall-bastimenti bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti li jistadu għall-gambli tal-fond matul il-perjodu mill-2014 sal-2017, jew matul perjodu ieħor ta’ tliet snin konsekuttivi bħall-perjodu mill-2015 sal-2018, dment li ż-żieda, fit-termini ta’ GT, kW u numru ta’ bastimenti, ma taqbiżx il-50 % meta mqabbla mal-perjodu ta’ referenza tal-2014-2017.”

;

(6)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-bastimenti tas-sajd kollha li huma awtorizzati biex jistadu għall-ispeċijiet elenkati fl-Artikolu 13 għal sena partikolari u li qed jistadu attivament għalihom. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Dik il-lista għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.”

;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-bastimenti li joperaw bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss jekk dawk l-attivitajiet jiġu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoriżazzjonijiet kompetenti.”

;

(7)

fl-Artikolu 16, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

qabda totali u qbid skartat.”

;

(8)

l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Restrizzjonijiet temporali”

;

(b)

jitħassar il-paragrafu 1;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmiraw għal ġlejjeb tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar għandhom jieqfu jistadu għal 30 jum konsekuttiv bejn Marzu u Diċembru ta’ kull sena.”

;

(d)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dawn ir-restrizzjonijiet temporali msemmija fil-paragrafu 1a. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.”

;

(9)

l-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Obbligi ta’ rappurtar

Minkejja l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, is-sajjieda jew il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu b’mod attiv fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jiddikjaraw il-qabdiet kollha u l-qabda aċċessorja tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar, irrispettivament mill-piż ħaj tal-qabda.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jimmonitorja l-konsum tal-limiti ta’ qbid tiegħu u, sal-ħmistax-il jum ta’ kull xahar għax-xahar preċedenti, jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-rapporti dwar il-qabdiet, li jibdew mid-data meta 80 % tal-kwota tiegħu tkun ġiet eżawrita.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

Meta jkun intlaħaq il-limitu ta’ qbid, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprojbixxi kwalunkwe qbid ulterjuri tal-istokkijiet ewlenin elenkati fl-Artikolu 13.”

;

(10)

l-Artikolu 20 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Is-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-bastimenti kollha b’tul totali (LOA) ta’ aktar minn 12-il metru li jistadu b’mod attiv fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) abbażi ta’ satellita.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, Stat Membru jista’ jippermetti lil bastiment ta’ anqas minn 15-il metru LOA jopera mingħajr VMS sat-8 ta’ Jannar 2026, dment li tali bastiment jopera esklużivament fl-ilmijiet fuq in-naħa tal-art tal-limitu estern tal-ilmijiet territorjali ta’ dak l-Istat Membru jew ma jqattax aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn tiegħu lejn il-port.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw immedjatament lill-Kummissjoni kwalunkwe deroga li huma japplikaw skont it-tieni paragrafu kif ukoll kwalunkwe mezz ta’ kontroll li huma jużaw għall-monitoraġġ tal-bastimenti ta’ inqas minn 15-il metru LOA. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.”

;

(11)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 21a

Miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adegwati ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima bl-għan li jiżguraw li l-isfruttament tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar ikun f’livell li jiżgura li l-popolazzjoni tilħaq, u tinżamm, f’livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, f’konformità mal-pjan ta’ ġestjoni rilevanti għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar.

2.   Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe modifika li ssir f’dawk il-miżuri jew pjanijiet lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-miżuri jew il-pjanijiet u modifiki tagħhom lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ April ta’ kull sena.”

;

(12)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 23a

Miżuri ta’ ġestjoni tal-flotta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ġenerali tal-flotta għall-flotot li joperaw bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ li jistadu b’mod attiv għal stokkijiet ewlenin elenkati fl-Artikolu 22 ma taqbiżx, f’termini ta’ GT, kW u l-għadd ta’ bastimenti, kif irreġistrati kemm fir-reġistri nazzjonali kif ukoll f’dawk tal-GFCM, matul id-durata tal-pjan ta’ ġestjoni rilevanti, il-kapaċità tal-flotta għall-bastimenti bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti li jistadu għal gamblu aħmar kbir u l-gamblu blu u aħmar fis-sena 2019.”

;

(13)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-listi tal-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tagħhom u li huma awtorizzati biex jistadu għall-ispeċijiet elenkati fl-Artikolu 22 għal sena partikolari u li qed jistadu attivament għalihom. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-listi lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Dawk il-listi għandhom jinkludu, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.”

;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-bastimenti li joperaw bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss jekk dawk l-attivitajiet jiġu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.”

;

(14)

fl-Artikolu 25, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

qabda totali u qbid skartat.”

;

(15)

l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Restrizzjonijiet temporali”

;

(b)

jitħassar il-paragrafu 1;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmiraw għal ġlejjeb tal-gamblu aħmar kbir u l-gamblu blu u aħmar għandhom jieqfu jistadu għal 30 jum konsekuttivi bejn Marzu u Diċembru ta’ kull sena.”

;

(d)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni ir-restrizzjonijiet temporali msemmija fil-paragrafu 1a. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.”

;

(16)

l-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Obbligi ta’ rapportar

Minkejja l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, is-sajjieda jew il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu b’mod attiv fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jiddikjaraw il-qabdiet kollha u l-qabda aċċessorja tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar, irrispettivament mill-piż ħaj tal-qabda.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jimmonitorja l-konsum tal-limiti ta’ qbid. Mid-data li fiha 80 % tal-kwota tkun ġiet eżawrita, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni rapporti ta’ kull xahar dwar il-qbid.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien. Tali rapporti għandhom jintbgħatu sal-15-il jum ta’ kull xahar għax-xahar preċedenti. Meta jkun intlaħaq il-limitu ta’ qbid, l-Istat Membru għandu jipprojbixxi kwalunkwe qbid ulterjuri tal-istokkijiet ewlenin elenkati fl-Artikolu 22.”

;

(17)

l-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Is-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-bastimenti kollha b’LOA ta’ aktar minn 12-il metru li jistadu b’mod attiv fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom ikunu mgħammra b’VMS abbażi ta’ satellita.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, Stat Membru jista’ jippermetti bastiment ta’ anqas minn 15-il metru LOA jopera mingħajr VMS abbażi ta’ satellita sat-8 ta’ Jannar 2026, dment li tali bastiment jopera esklużivament fl-ilmijiet fuq in-naħa tal-art tal-limitu estern tal-ilmijiet territorjali ta’ dak l-Istat Membru jew ma jqattax aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn tiegħu lejn il-port.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw immedjatament lill-Kummissjoni kwalunkwe deroga li tapplika skont it-tieni paragrafu kif ukoll kwalunkwe mezz ta’ kontroll li jużaw għall-monitoraġġ ta’ bastimenti ta’ anqas minn 15-il-metru LOA. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.”

;

(18)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 30a

Miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adegwati ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima bl-għan li jiżguraw li l-isfruttament tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar ikun f’livell li jiżgura li l-popolazzjoni tilħaq, u tinżamm, f’livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, f’konformità mal-pjan ta’ ġestjoni rilevanti għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar.

2.   Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe modifika li ssir f’dawk il-miżuri jew pjanijiet lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-miżuri jew il-pjanijiet u modifiki tagħhom lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ April ta’ kull sena.

Artikolu 30b

Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza

1.   L-Istati Membri jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima fil-qafas ta’ Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza (‘l-Iskema’) li tkopri l-ilmijiet li jaqgħu barra mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 19, 20 u 21 (il-Baħar Jonju), kif definit fl-Anness I (‘iż-żona ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza’).

2.   L-Istati Membri jistgħu jassenjaw spetturi u mezzi ta’ spezzjoni, u jwettqu spezzjonijiet fl-ambitu tal-Iskema. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha wkoll jistgħu jassenjaw spetturi tal-Unjoni għall-Iskema.

3.   Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza u spezzjoni għall-UE u jistgħu jfasslu, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, pjan ta’ eżerċizzju konġunt biex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligu tagħha fl-ambitu tal-Iskema. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u mal-perjodi u maż-żoni ġeografiċi li fihom iridu jintużaw dawk ir-riżorsi.

4.   Kull Stat Membru għandu, sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, jinnotifika lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha, il-lista tal-ismijiet tal-ispetturi tiegħu awtorizzati biex iwettqu l-attivitajiet ta ’ spezzjoni u sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll l-ismijiet tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u għas-sorveljanza li beħsiebhom jassenjaw għall-Iskema għas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sal-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena jew mill-aktar fis possibbli qabel il-bidu ta’ dawk l-attivitajiet ta’ spezzjoni u sorveljanza.

5.   L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom iġorru karta ta’ spettur tal-GFCM maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, li għandha tkun fil-forma stipulata fl-Anness IV.

6.   Il-bastimenti li jwettqu dmirijiet ta’ imbarkazzjoni u ta’ spezzjoni skont l-Iskema għandhom itajru bandiera speċjali jew pennell, kif deskritt fl-Anness V.

7.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull pjattaforma ta’ spezzjoni intitolata ttajjar il-bandiera tiegħu u li topera fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 iżżomm kuntatt sigur, ta’ kuljum fejn possibbli, ma’ kull pjattaforma ta’ spezzjoni oħra li topera f’dik iż-żona, biex jiskambjaw informazzjoni neċessarja għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet.

8.   Kull Stat Membru bi preżenza ta’ spezzjoni jew ta’ sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi lil kull pjattaforma ta’ spezzjoni, mad-dħul tagħha f’dik iż-żona, b’lista ta’ osservazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Anness VII u tal-imbarkazzjonijiet u l-ispezzjonijiet li jkun għamel fil-perjodu ta’ 10 ijiem preċedenti, li tinkludi d-dati, il-koordinati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Artikolu 30c

Twettiq ta’ spezzjonijiet

1.   L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom:

(a)

qabel l-imbarkazzjoni, jinnotifikaw lill-bastiment tas-sajd bl-isem tal-bastiment ta’ spezzjoni;

(b)

juru, fuq il-bastiment ta’ spezzjoni u fuq il-bastiment ta’ imbarkazzjoni, il-pennell deskritt fl-Anness V;

(c)

jillimitaw kull tim ta’ spezzjoni għal massimu ta’ tliet spetturi.

2.   Mal-imbarkazzjoni fuq il-bastiment, l-ispetturi għandhom jipproduċu l-karta tal-identità għall-ispetturi ta’ GFCM deskritta fl-Anness IV lill-kaptan ta’ dak il-bastiment tas-sajd. L-ispezzjonijiet għandhom isiru b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-GFCM u, fejn possibbli, bil-lingwa mitkellma mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd.

3.   L-ispetturi għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni fil-format stipulat fl-Anness VI.

4.   L-ispetturi għandhom jiffirmaw ir-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment, li għandu jkollu d-dritt iżid mar-rapport kwalunkwe osservazzjoni li hu, il-kaptan tal-bastiment, iqis xieraq. Il-kaptan tal-bastiment għandu wkoll jiffirma r-rapport.

5.   Għandhom jingħataw kopji tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u lill-awtoritajiet tat-tim tal-ispezzjoni, li għandhom jgħaddu kopji lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat u lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-kopja tar-rapport lis-Segretarjat tal-GFCM.

6.   Id-daqs tat-tim tal-ispezzjoni u t-tul tal-ispezzjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-uffiċjal kmandant tal-bastiment ta’ spezzjoni, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha.

Artikolu 30d

Ksur

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu li huma ksur:

(a)

l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

(b)

interferenza mas-sistema ta’ monitoraġġ abbażi ta’ satellita; u

(c)

operat mingħajr VMS.

2.   Fil-każ ta’ kwalunkwe imbarkazzjoni u spezzjoni ta’ bastiment tas-sajd li matulhom l-ispetturi jidentifikaw ksur, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment ta’ spezzjoni għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha, li għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd taħt spezzjoni, kemm b’mod dirett kif ukoll permezz tas-Segretarjat tal-GFCM. Għandhom jinfurmaw ukoll lil kwalunkwe bastiment ta’ spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun magħruf li jinsab fil-viċinanza.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd għandu jiżgura li, wara spezzjoni li fiha jkun ġie identifikat ksur, il-bastiment tas-sajd ikkonċernat iwaqqaf l-attivitajiet kollha tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd jipproċedi fi żmien 72 siegħa lejn port magħżul minnu, fejn għandha tinbeda investigazzjoni.

4.   Fil-każ li xi ksur ġie skopert matul spezzjoni, l-azzjonijiet meħuda u s-segwitu mwettaq mill-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jgħaddu l-azzjoni u s-segwitu li jkun sar lis-Segretarjat tal-GFCM.

5.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaġixxu fuq ir-rapporti ta’ spezzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 30c(3), l-iskeda ta’ informazzjoni dwar l-osservazzjonijjiet, kif previst fl-Anness VII u d-dikjarazzjonijiet li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet dokumentarji mill-ispetturi fuq bażi simili bħalma jaġixxu fuq rapporti u dikjarazzjonijiet ta’ spetturi nazzjonali.”

;

(19)

l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-listi tal-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tagħhom u li huma awtorizzati biex jistadu għall-ispeċijiet elenkati fl-Artikolu 31 għal sena partikolari u li qed jistadu attivament għalihom. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-listi lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Dawk il-listi għandhom jinkludu, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.”

;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Il-bastimenti li joperaw bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss jekk dawk l-attivitajiet jiġu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.”

;

(20)

l-Artikolu 35 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 35

Attivitajiet tas-sajd

Sal-15 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li joperaw fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għas-sena preċedenti f’format aggregat. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dak ir-rapport lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena. Dak ir-rapport għandu jinkludi tal-anqas il-punti li ġejjin:

(1)

il-jiem ta’ operazzjoni;

(2)

iż-żona operattiva;

(3)

il-qabda totali u l-qbid skartat tal-ispeċijiet ewlenin elenkati fl-Artikolu 31.”

;

(21)

l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Restrizzjonijiet temporali”

;

(b)

jitħassar il-paragrafu 1;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmiraw għal ġlejjeb tal-gamblu aħmar kbir u l-gamblu blu u aħmar għandhom jieqfu jistadu għal 30 jum konsekuttivi bejn Marzu u Diċembru ta’ kull sena.”

;

(d)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni ir-restrizzjonijiet temporali msemmija fil-paragrafu 1a. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.”

;

(22)

l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw il-punti ta’ ħatt l-art li fihom il-bastimenti li jistadu attivament fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima jħottu l-art. Għal kull port deżinjat, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-ħinijiet u l-postijiet permessi għall-ħatt l-art u t-trażbord.”

;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla fil-lista ta’ punti ta’ ħatt l-art deżinjati msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena.”

;

(23)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 37a

Miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adegwati ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima bl-għan li jiżguraw li l-isfruttament tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar ikun f’livell li jiżgura li l-popolazzjoni tilħaq, u tinżamm, f’livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, f’konformità mal-pjan ta’ ġestjoni rilevanti għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar.

Artikolu 37b

Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza

1.   L-Istati Membri jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima fil-qafas ta’ Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza (‘l-Iskema’) li tkopri l-ilmijiet li jaqgħu barra mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 12, 13, 14, 15 u 16 (il-Kanal ta’ Sqallija), kif iddefiniti fl-Anness I (‘iż-żona ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza’).

2.   L-Istati Membri jistgħu jassenjaw spetturi u mezzi ta’ spezzjoni, u jwettqu spezzjonijiet fl-ambitu tal-Iskema. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha wkoll jistgħu jassenjaw spetturi tal-Unjoni għall-Iskema.

3.   Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza u spezzjoni għall-UE u tista’ tfassal, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, pjan ta’ eżerċizzju konġunt biex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligu tagħha fl-ambitu tal-Iskema. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u mal-perjodi u maż-żoni ġeografiċi li fihom iridu jintużaw dawk ir-riżorsi.

4.   Sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, il-lista tal-ismijiet tal-ispetturi awtorizzati tiegħu biex iwettqu l-attivitajiet ta’ spezzjoni u sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll l-ismijiet tal-bastimenti u tal-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u għas-sorveljanza li beħsiebhom jassenjaw għall-Iskema għas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni jew lkorp maħtur minnha għandhom jibgħatu dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sal-1 ta’ Diċembru kull sena jew mill-aktar fis possibbli qabel il-bidu ta’ dawk l-attivitajiet ta’ spezzjoni u sorveljanza.

5.   L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom iġorru karta ta’ spettur tal-GFCM maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, li għandha tkun fil-forma stabbilita fl-Anness IV.

6.   Il-bastimenti li jwettqu dmirijiet ta’ imbarkazzjoni u ta’ spezzjoni skont l-Iskema għandhom itajru bandiera speċjali jew pennell, kif deskritta fl-Anness V.

7.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull pjattaforma għall-ispezzjoni intitolata ttajjar il-bandiera tiegħu u li topera fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 iżżomm kuntatt sigur, ta’ kuljum fejn possibbli, ma’ kull pjattaforma għall-ispezzjoni oħra li topera f’dik iż-żona, biex jiskambjaw informazzjoni neċessarja għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet.

8.   Kull Stat Membru bi preżenza ta’ spezzjoni jew ta’ sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi lil kull pjattaforma għall-ispezzjoni, mad-dħul tiegħu f’dik iż-żona, lista ta’ osservazzjonijiet stabbilita skont l-Anness VII u ta’ imbarkar u ta’ spezzjonijiet li jkun għamel fil-perjodu ta’ 10 ijiem preċedenti, inkluż id-dati, il-koordinati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Artikolu 37c

Twettiq ta’ spezzjonijiet

1.   L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom:

(a)

qabel l-imbarkazzjoni, jinnotifikaw lill-bastiment tas-sajd bl-isem tal-bastiment ta’ spezzjoni;

(b)

juru, fuq il-bastiment ta’ spezzjoni u fuq il-bastiment ta’ imbarkazzjoni, il-pennell deskritt fl-Anness V;

(c)

jillimitaw kull tim ta’ spezzjoni għal massimu ta’ tliet spetturi.

2.   Mal-imbarkazzjoni fuq il-bastiment, l-ispetturi għandhom jipproduċu l-karta tal-identità għall-ispetturi tal-GFCM deskritta fl-Anness IV lill-kaptan ta’ dak il-bastiment. L-ispezzjonijiet għandhom isiru b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-GFCM u, fejn possibbli, bil-lingwa mitkellma mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd.

3.   L-ispetturi għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni fil-format stabbilit fl-Anness VI.

4.   L-ispetturi għandhom jiffirmaw ir-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment li għandu jkollu d-dritt iżid mar-rapport kwalunkwe osservazzjoni li hu, il-kaptan tal-bastiment, iqis xieraq. Il-kaptan tal-bastiment għandu wkoll jiffirma r-rapport.

5.   Għandhom jingħataw kopji tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u lill-awtoritajiet tat-tim ta’ spezzjoni, li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi kopji tiegħu lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat u lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-kopja tar-rapport lis-Segretarjat tal-GFCM.

6.   Id-daqs tat-tim ta’ spezzjoni u t-tul tal-ispezzjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-uffiċjal kmandant tal-bastiment ta’ spezzjoni, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha.

Artikolu 37d

Ksur

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu li huma ksur:

(a)

l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

(b)

interferenza mas-sistema ta’ monitoraġġ abbażi ta’ satellita; u

(c)

operat mingħajr VMS.

2.   Fil-każ ta’ kwalunkwe imbarkazzjoni u spezzjoni ta’ bastiment tas-sajd li matulhom l-ispetturi jidentifikaw ksur, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment ta’ spezzjoni għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, li għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd taħt spezzjoni, kemm b’mod dirett kif ukoll permezz tas-Segretarjat tal-GFCM. Għandhom jinfurmaw ukoll lil kwalunkwe bastiment ta’ spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun magħruf li jinsab fil-viċinanza.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd għandu jiżgura li, wara spezzjoni li fiha jkun ġie identifikat ksur, il-bastiment tas-sajd ikkonċernat iwaqqaf l-attivitajiet kollha tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd jipproċedi fi żmien 72 siegħa lejn port magħżul minnu, fejn għandha tinbeda investigazzjoni.

4.   Fil-każ li xi ksur ġie skopert matul spezzjoni, l-azzjonijiet meħuda u s-segwitu mogħti mill-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jgħaddu l-azzjoni u s-segwitu li jkun sar lis-Segretarjat tal-GFCM.

5.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaġixxu fuq ir-rapporti ta’ spezzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 37c(3), l-iskeda ta’ informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet, kif previst fl-Anness VII, u d-dikjarazzjonijiet li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet dokumentarji mill-ispetturi fuq bażi simili bħalma jaġixxu fuq rapporti u dikjarazzjonijiet ta’ spetturi nazzjonali.”

;

(24)

fl-Artikolu 44, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Meta jintlaħaq il-livell ta’ qabdiet skattatur tal-qroll aħmar kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jagħlqu ż-żona kkonċernata għal kwalunkwe sajd għall-qroll aħmar għal raġunijiet ta’ prekawzjoni. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni immedjatament. Il-Kummissjoni għandha tinforma kemm jista’ jkun malajr lis-Segretarjat tal-GFCM.”

;

(25)

l-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Vetturi li jitħaddmu mill-bogħod (ROVs)”

;

(b)

jitħassru l-paragrafi 1 u 2;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-użu ta’ vetturi mħaddma mill-bogħod (ROVs) għandu jkun permess sa tmiem il-programm ta’ riċerka tal-GFCM għal skopijiet xjentifiċi biss u fi ħdan programmi ta’ riċerka awtorizzati mill-Istati Membri mmexxija minn istituzzjonijiet xjentifiċi. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal miżuri aktar stretti adottati mill-Istati Membri.”

;

(26)

fl-Artikolu 49, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, qabel id-dħul fi kwalunkwe port, u tal-anqas erba’ sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, jew tal-anqas siegħa qabel tali wasla jekk il-post għas-sajd ikun anqas minn erba’ sigħat mill-port tal-wasla, kaptani ta’ bastimenti tas-sajd jew ir-rappreżentanti tagħhom jew sajjieda awtorizzati, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet rilevanti bl-informazzjoni li ġejja:”

;

(27)

l-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassru l-paragrafi 1 u 2;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-Iskema ta’ Dokumentazzjoni tal-Qbid (CDS) tal-qroll aħmar ibbażata fuq il-karta tul il-katina tal-provvista kollha sabiex jiżguraw it-traċċabbiltà tal-qroll aħmar (Corallium rubrum) miġbur fil-Baħar Mediterran u biex jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU.

4.   Is-CDS tal-qroll aħmar ibbażata fuq il-karta stabbilita f’konformità mal-paragrafu 3 għandha tkun mingħajr preġudizzju għal sistemi nazzjonali oħra ta’ traċċabbiltà fis-seħħ li jiżguraw l-istess livell ta’ kontroll fuq it-traċċabbiltà tal-prodotti tal-qroll aħmar mill-Istati Membri u għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness X.

5.   Is-CDS tal-qroll aħmar ibbażata fuq il-karta għandha tapplika għall-ewwel ħatt l-art, għall-esportazzjonijiet u għar-riesportazzjonijiet. Il-kummerċ domestiku m’għandux ikun inkluż fil-katina tal-validazzjoni stabbilita fil-paragrafu 9.

6.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta’ tikkettar sabiex tiġi żgurata rabta bejn id-dokumenti tas-CDS ivvalidati f’konformità mal-pararafu 9 u l-kunsinni tal-qroll aħmar li magħhom huma relatati.

7.   Kull kunsinna ta’ qroll aħmar li hija importata, esportata jew riesportata għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat tal-qbid stabbilit fl-Anness X jew dokument ekwivalenti, bħaċ-ċertifikat tal-qbid fis-seħħ fl-Istati Membri esportaturi kkonċernati.

8.   Kull ċertifikat tal-qbid għandu jkollu numru ta’ identifikazzjoni uniku għad-dokument. Tali numru għandu jkun speċifiku għall-Istati tal-bandiera u għandu jiġi assenjat lil kull sajjied jew bastiment tal-qbid awtorizzat. Iċ-ċertifikati ta’ qbid ma għandhomx ikunu trasferibbli għal sajjied ieħor jew bastiment tal-qbid awtorizzat ieħor.

9.   L-Istati Membri għandhom jivvalidaw iċ-ċertifikati tal-qbid meta l-informazzjoni kollha li tinsab fis-CDS tal-qroll aħmar tkun ġiet stabbilita bħala preċiża mill-verifika tad-dokumenti ta’ sostenn u l-kunsinna korrispondenti.

10.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha dwar s-CDS tagħhom, kif ukoll rekwiżiti possibbli ta’ tikkettar u identifikazzjoni, u rekwiżiti ta’ traċċabbiltà u traċċar għall-qbid tal-qroll aħmar. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.

L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-Istati Membri li jkunu diġà nnotifikaw ir-rapporti tagħhom qabel l-24 ta’ Novembru 2026.

11.   Ir-riesportazzjoni ta’ prodotti tal-qroll aħmar importati taħt ċertifikat tal-qbid f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tkun awtorizzata permezz tal-validazzjoni, min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li minnhom għandha ssir ir-riesportazzjoni, tat-taqsima ‘riesportazzjoni’ taċ-ċertifikat tal-qbid stabbilit fl-Anness X jew kopja tiegħu li fiha l-prodotti tal-qroll aħmar li għandhom jiġu riesportati huma inklużi bħala parti mill-prodotti importati.

12.   Meta Stat Membru jidentifika nuqqas ta’ konformità mill-operaturi mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, huwa għandu jinforma lill-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.

13.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha l-awtoritajiet kompetenti maħtura minnhom responsabbli mill-validazzjoni, l-iċċekkjar u l-verifika taċ-ċertifikati tal-qbid u s-siġilli ta’ validazzjoni tagħhom, kif ukoll il-punti ta’ kuntatt tas-CDS tagħhom u informazzjoni oħra rilevanti għall-implimentazzjoni tas-CDS. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat tal-GFCM, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri b’dik l-informazzjoni l-oħra rilevanti għall-implimentazzjoni tas-CDS.

14.   L-Istati Membri għandhom jaħżnu ċ-ċertifikati vvalidati tal-qbid tal-qroll aħmar ibbażati fuq il-karta għal perjodu ta’ għaxar snin.

15.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport dwar l-implimentazzjoni tas-CDS tal-qroll aħmar ibbażata fuq il-karta, u fih jipprovdu informazzjoni dettaljata u data statistika dwar, fost oħrajn, il-kwantitajiet annwali vvalidati, il-kwantitajiet annwali nnegozjati, l-għadd ta’ ċertifikati tal-qbid ivvalidati, u kwalunkwe element rilevanti meqjus li jipprovdi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tas-CDS. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-rapporti tagħhom lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha mhux aktar tard minn 45 jum qabel kull sessjoni annwali tal-GFCM. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jissottomettu dawk ir-rapporti lis-Segretarjat tal-GFCM mhux aktar tard minn 30 jum qabel kull sessjoni annwali tal-Kumitat ta’ Konformità.”

;

(28)

fl-Artikolu 56(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

id-dijametru ta’ kull kolonja maħsuda jew il-medja tad-dijametru skont il-ħatt.”

;

(29)

l-Artikolu 57 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 57

Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-taqsima tapplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd minn bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ tal-Unjoni li jimmiraw stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ ewlenin tal-merluzz (Merluccius merluccius) u tal-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), fil-Kanal ta’ Sqallija, fil-GSAs 12, 13, 14, 15 u 16 kif previst fl-Anness I.”

;

(30)

fl-Artikolu 58, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe modifika li ssir f’dawk il-miżuri jew il-pjanijiet lill-Kummissjoni. Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-miżuri jew pjanijiet u modifiki tiegħu lis-Segretarjat tal-GFCM.”

;

(31)

l-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassru l-paragrafi 1 u 2;

(b)

jiżdiedu il-paragrafi li ġejjin:

“3.   L-attivitajiet tas-sajd bil-konzijiet tal-qiegħ, bl-għeżula u bil-pariti li jimmiraw ġlejjeb tal-merluzz għandhom jitwaqqfu għal 30 jum konsekuttivi bejn Marzu u April ta’ kull sena. Sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw data lill-Kummissjoni dwar dawn ir-restrizzjonijiet temporali. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.

4.   Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, l-attivitajiet tas-sajd bil-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ, irrispettivament mil-LOA tal-bastimenti, ma għandhomx ikunu permessi bejn il-kosta u l-isobath ta’ fond ta’ 200 m fil-GSA 14 (il-Golf ta’ Gabès).

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-istħarriġiet eżistenti fuq il-baħar, kif ukoll il-monitoraġġ ta’ żoni ġodda, inkluż il-blat u l-inklinazzjonijiet fil-fruntieri tal-medda ċatta ta’ Malta. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kontinwazzjoni tal-istħarriġiet xjentifiċi fil-GSAs 12, 13 u 14 bil-ħsieb li jikkonferma ż-żoni ta’ tkabbir tal-merluzz fil-Golf ta’ Hammamet u fil-Golf ta’ Tuneż bħala żoni ristretti għas-sajd (FRAs) temporanji jew permanenti potenzjali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jimmappjaw ekosistemi tal-baħar vulnerabbli (VMEs) bil-ħsieb li jiżguraw il-protezzjoni tagħhom mit-tkarkir fil-Kanal ta’ Sqallija.

L-Istati Membri għandhom jissottomettu d-data meħtieġa għall-evalwazzjoni ta’ FRAs ġodda fil-Kanal tan-Nofsinhar ta’ Sqallija sa mhux aktar tard minn xahar qabel il-laqgħa tal-2024 tal-GFCM Kumitat Sottoreġjonali għall-Mediterran Ċentrali u jappoġġaw dik il-ħidma ta’ evalwazzjoni.”

;

(32)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 60a

Miżuri ta’ ġestjoni tal-flotta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ġenerali tal-flotta għall-flotot li joperaw bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ li jistadu b’mod attiv għal stokkijiet ewlenin elenkati fl-Artikolu 57, ma taqbiżx, f’GT, kW u l-għadd ta’ bastimenti, kif irreġistrati kemm fir-reġistri nazzjonali kif ukoll f’dawk tal-GFCM, matul id-durata tal-pjan ta’ ġestjoni rilevanti, il-kapaċità tal-flotta għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ fis-sena 2021.”

;

(33)

l-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassru l-paragrafi 1 u 2;

(b)

jiżdiedu il-paragrafi li ġejjin:

“3.   Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-listi tal-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tagħhom li huma awtorizzati biex jistadu u li jistadu b’mod attiv għall-ispeċijiet elenkati fl-Artikolu 57. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-listi lis-Segretarjat tal-GFCM. Dawk il-listi għandhom jinkludu, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.

4.   Kull Stat Membru għandu iżommu u jaġġornaw reġistru tal-bastimenti elenkati f’konformità mal-paragrafu 3.

5.   Sal-15 ta’ Awwissu ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni rapport dwar l-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima f’format aggregat. Dak ir-rapport għandu jinkludi, tal-anqas, l-għadd ta’ jiem ta’ sfruttament, iż-żona ta’ sfruttament, il-qabdiet u l-qabdiet skartati tal-merluzz u tal-gamblu abjad.

6.   Sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi lis-Segretarjat tal-GFCM ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 5.

7.   Il-bastimenti li joperaw bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss jekk dawn jiġu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.”

;

(34)

l-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw il-punti ta’ ħatt l-art li fihom għandu jsir il-ħatt l-art tal-merluzz u tal-gamblu abjad mill-Istrett ta’ Sqallija, b’konformità mal-Artikolu 43(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

L-Istati Membri għandhom jgħaddu kwalunkwe bidla fil-lista ta’ punti ta’ ħatt l-art deżinjati msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru ta’ kull sena. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Għal kull punt ta’ ħatt l-art deżinjat imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-ħinijiet u l-postijiet permessi għall-ħatt l-art u t-trażbord. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll il-kopertura tal-ispezzjoni ta’ tali attivitajiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord matul il-ħinijiet kollha f’dawk il-punti ta’ ħatt l-art deżinjati kollha.”

;

(35)

fl-Artikolu 65, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaġixxu fuq ir-rapporti ta’ spezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 64(3), l-iskedi ta’ informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet kif previsti fl-Anness VII, u d-dikjarazzjonijiet li jirriżultaw minn spezzjonijiet dokumentarji minn spetturi fuq bażi simili bħalma jaġixxu fuq rapporti u dikjarazzjonijiet tal-ispetturi nazzjonali stabbiliti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.”

;

(36)

l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi lista tal-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma awtorizzati biex jistadu għall-ispeċijiet elenkati fl-Artikolu 66 permezz tas-sajd bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti, bix-xbieki tat-tkarkir bit-travu, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi u bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti tewmin.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-bastimenti li joperaw fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss b’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti. Il-bastimenti awtorizzati b’LOA ta’ aktar minn 12-il metru għandhom ikunu mgħammra b’VMS abbażi ta’ satellita.”

;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konsum tal-limitu tal-isforz, jew il-limitu tal-isforz espress f’jiem ta’ sajd skont il-grupp tal-isforz f’konformità mal-Anness XIII, u jikkomunikaw lill-Kummissjoni f’rapport ta’ kull xahar l-eżawriment tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.”

;

(37)

fl-Artikolu 72, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-bastimenti tat-tkarkir awtorizzati li jistadu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima b’LOA ta’ aktar minn 12-il metru għandhom ikunu mgħammra b’VMS abbażi ta’ satellita. Minkejja l-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament, il-bastimenti tat-tkarkir awtorizzati ta’ inqas minn 9 metri f’LOA għandhom ikunu mgħammra b’sistema xierqa ta’ ġeolokalizzazzjoni.”

;

(38)

l-Artikolu 73 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 73

Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-taqsima tapplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd permezz ta’ bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li għandhom fil-mira l-istokkijiet pelaġiċi żgħar ewlenin tas-sardin (Sardina pilchardus) u l-inċova (Engraulis encrasicolus) fil-GSAs 17 u 18 kif previst fl-Anness I.”

;

(39)

fl-Artikolu 74, il-paragrafu 5 jitħassar;

(40)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 74a

Data xjentifika u kummerċjali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data xjentifika u d-data kummerċjali kollha miġbura f’sena speċifika tiġi pprovduta sal-1 ta’ April tas-sena ta’ wara lis-Segretarjat tal-GFCM. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 74b

Obbligi ta’ rapportar

Il-qabdiet tal-ispeċijiet fil-mira kif ukoll il-qabdiet ta’ speċijiet mhux fil-mira li jaqbżu l-50 kg għandhom jiġu ddikjarati b’mezzi elettroniċi minn bastimenti b’tul ta’ aktar minn 12-il metru LOA u minn bastimenti li jaqbdu aktar minn 10 000 kg fis-sena, irrispettivament mit-tul tagħhom.

Artikolu 74c

Miżuri ta kontroll u ta’ infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw il-punti ta’ ħatt l-art li fihom għandu jsir il-ħatt l-art minn bastimenti li jistadu b’mod attiv għall-inċova u għas-sardin. Għal kull punt ta’ ħatt l-art deżinjat, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-ħinijiet u l-postijiet permessi għall-ħatt l-art u t-trażbord.

2.   Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd iħottu jew jittrażbordaw kwalunkwe kwantità ta’ qabdiet ta’ inċova u ta’ sardin li jinqabdu b’tartaruni tal-borża jew xbieki tat-tkarkir pelaġiku fil-Baħar Adrijatiku fi kwalunkwe post għajr il-punti ta’ ħatt l-art deżinjati msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla fil-lista ta’ punti ta’ ħatt l-art deżinjati msemmija fil-paragrafu 1. Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.

Artikolu 74d

Miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adegwati ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima bl-għan li jiżguraw li l-isfruttament tal-inċova u tas-sardin ikun f’livell li jiżgura li l-popolazzjoni tilħaq, u tinżamm, f’livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, f’konformità mal-pjan ta’ ġestjoni rilevanti għall-inċova u għas-sardin.

2.   Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe modifika li ssir f’dawk il-miżuri jew il-pjanijiet. Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-miżuri jew pjanijiet u modifiki tagħhom lis-Segretarjat tal-GFCM.

Artikolu 74e

Miżuri ta’ ġestjoni tal-flotta

1.   Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-listi tal-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tagħhom li huma awtorizzati biex jistadu għal stokkijiet pelaġiċi żgħar ewlenin imsemmija fl-Artikolu 73 permezz ta’ xbieki tat-tkarkir pelaġiku u tartaruni tal-borża fil-Baħar Adrijatiku. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-listi lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena.

2.   Il-bastimenti li joperaw fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss b’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 74f

Għeluq spazjali jew temporali

1.   Matul il-perjodu tranżizzjonali għall-pjan ta’ ġestjoni tal-GFCM msemmi f’din it-taqsima, l-Istati Membri għandhom japplikaw għeluq temporali speċifiku fil-livell tal-flotta bl-għan li jipproteġu l-istokkijiet ewlenin elenkati fl-Artikolu 73 matul il-perjodu ta’ riproduzzjoni. Tali għeluq ma għandux għalfejn jiġi applikat fl-istess ħin għat-tartaruni tal-borża u għax-xbieki tat-tkarkir pelaġiku. Madankollu, dawn għandhom ikopru ż-żoni tad-distribuzzjoni sħiħa tal-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku u jaffettwaw il-flotot kollha li jkollhom fil-mira pelaġiċi żgħar, għal perjodi ta’ mhux anqas minn 30 jum suċċessivi għal kull segment tal-flotta. Matul il-perjodu tal-għeluq, għandu jiġi pprojbit għall-bastimenti li jappartjenu għal flotot soġġetti għal għeluq milli jibdlu l-irkaptu, bħal mit-tartarun tal-borża għal xbieki tat-tkarkir pelaġiku jew viċi versa, sabiex jimmiraw pelaġiċi żgħar. Tali għeluq għandu jsir f’konformità mal-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

(a)

mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena għas-sardin; u

(b)

mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena għall-inċova.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għeluq temporali jista’ jiġi implimentat għal perjodi ta’ mhux anqas minn 15-il jum suċċessivi għall-flotot nazzjonali ta’ anqas minn 15-il tartarun tal-borża jew xbieki tat-tkarkir pelaġiku li jistadu b’mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar.

3.   Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-għeluq spazjali għal bastimenti ta’ LOA ta’ aktar minn 12-il metru għal perjodi ta’ mhux anqas minn 9 xhur. Tali għeluq għandu jkopri 30 %tal-ilmijiet territorjali jew interni identifikati bħala importanti għall-protezzjoni ta’ klassijiet ta’ ħut li ma tantx għandhom żmien.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull sena lill-Kummissjoni l-għeluq temporali u spazjali, applikat skont dan l-Artikolu fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom bl-għan li jipproteġu ż-żoni ta’ riproduzzjoni u ta’ tkabbir tal-istokkijiet pelaġiċi żgħar. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

Artikolu 74g

Monitoraġġ xjentifiku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ xjentifiku adegwat fuq bażi annwali tal-istatus u l-bijomassa ta’ stokk riproduttiv tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 73.”

;

(41)

jiddaħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 75a

Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza

1.   L-Istati Membri jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima fil-qafas ta’ Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza (‘l-Iskema’) li tkopri l-ilmijiet li jaqgħu barra mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku), kif iddefinit fl-Anness I (‘iż-żona ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza’).

2.   L-Istati Membri jistgħu jassenjaw spetturi u mezzi ta’ spezzjoni, u jwettqu spezzjonijiet fl-ambitu tal-Iskema. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha wkoll jistgħu jassenjaw spetturi tal-Unjoni għall-Iskema.

3.   Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza u spezzjoni għall-UE u jistgħu jfassal, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, pjan ta’ eżerċizzju konġunt biex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligu tagħha fl-ambitu tal-Iskema. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u mal-perjodi u maż-żoni ġeografiċi li fihom iridu jintużaw dawk ir-riżorsi.

4.   Kull Stat Membru għandu, sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, jinnotifika lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur minnha, il-lista tal-ismijiet tal-ispetturi awtorizzati biex iwettqu l-attivitajiet ta’ spezzjoni u sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll l-ismijiet tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u għas-sorveljanza li beħsiebhom jassenjaw għall-Iskema għas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sal-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena jew mill-aktar fis possibbli qabel il-bidu ta’ dawk l-attivitajiet ta’ spezzjoni u sorveljanza.

5.   L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom iġorru karta ta’ spettur tal-GFCM maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, li għandha tkun fil-forma stabbilita fl-Anness IV.

6.   Il-bastimenti li jwettqu dmirijiet ta’ imbarkazzjoni u ta’ spezzjoni skont l-Iskema għandhom itajru bandiera speċjali jew pennell, kif deskritta fl-Anness V.

7.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull pjattaforma għall-ispezzjoni intitolata ttajjar il-bandiera tiegħu u li topera fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 iżżomm kuntatt sigur, ta’ kuljum fejn possibbli, ma’ kull pjattaforma għall-ispezzjoni oħra li topera f’dik iż-żona, biex jiskambjaw informazzjoni neċessarja għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet.

8.   Kull Stat Membru bi preżenza ta’ spezzjoni jew ta’ sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi lil kull pjattaforma għall-ispezzjoni, mad-dħul tiegħu f’dik iż-żona, b’lista ta’ osservazzjonijiet stabbilita skont l-Anness VII u ta’ imbarkar u ta’ spezzjonijiet li jkun għamel fil-perjodu ta’ 10 ijiem preċedenti, inkluż id-dati, il-koordinati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Artikolu 75b

Twettiq ta’ spezzjonijiet

1.   L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom:

(a)

qabel l-imbarkazzjoni, jinnotifikaw lill-bastiment tas-sajd bl-isem tal-bastiment ta’ spezzjoni;

(b)

juru, fuq il-bastiment ta’ spezzjoni u fuq il-bastiment ta’ imbarkazzjoni, il-pennell deskritt fl-Anness V;

(c)

jillimitaw kull tim ta’ spezzjoni għal massimu ta’ tliet spetturi.

2.   Mal-imbarkazzjoni fuq il-bastiment, l-ispetturi għandhom jipproduċu l-karta tal-identità għall-ispetturi tal-GFCM deskritta fl-Anness IV lill-kaptan ta’ dak il-bastiment tas-sajd. L-ispezzjonijiet għandhom isiru b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-GFCM u, fejn possibbli, bil-lingwa mitkellma mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd.

3.   L-ispetturi għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni fil-format stabbilit fl-Anness VI.

4.   L-ispetturi għandhom jiffirmaw ir-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment, li għandu jkollu d-dritt iżid mar-rapport kwalunkwe osservazzjoni li hu, il-kaptan tal-bastiment, iqis xieraq. Il-kaptan tal-bastiment għandu wkoll jiffirma r-rapport.

5.   Għandhom jingħataw kopji tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u lill-awtoritajiet tat-tim ta’ spezzjoni, li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi kopji tiegħu lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat u lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-kopja tar-rapport lis-Segretarjat tal-GFCM.

6.   Id-daqs tat-tim ta’ spezzjoni u t-tul tal-ispezzjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-uffiċjal kmandant tal-bastiment ta’ spezzjoni, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha.

Artikolu 75c

Ksur

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu li huma ksur:

(a)

l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

(b)

interferenza mas-sistema ta’ monitoraġġ abbażi ta’ satellita; u

(c)

operat mingħajr VMS.

2.   Fil-każ ta’ kwalunkwe imbarkazzjoni u spezzjoni ta’ bastiment tas-sajd li matulhom l-ispetturi jidentifikaw ksur, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment ta’ spezzjoni għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha li għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd taħt spezzjoni, kemm b’mod dirett kif ukoll permezz tas-Segretarjat tal-GFCM. Għandhom jinfurmaw ukoll lil kwalunkwe bastiment ta’ spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun magħruf li jinsab fil-viċinanza.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd għandu jiżgura li, wara spezzjoni li fiha jkun ġie identifikat ksur, il-bastiment tas-sajd ikkonċernat iwaqqaf l-attivitajiet kollha tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd jipproċedi fi żmien 72 siegħa lejn port magħżul minnu, fejn għandha tinbeda investigazzjoni.

4.   Fil-każ li xi ksur ġie skopert matul spezzjoni, l-azzjonijiet meħuda u s-segwitu mogħti mill-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jgħaddu l-azzjoni u s-segwitu li jkun sar lis-Segretarjat tal-GFCM.

5.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaġixxu fuq ir-rapporti ta’ spezzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 75b(3), l-iskeda ta’ informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet, kif previst fl-Anness VII, u d-dikjarazzjonijiet li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet dokumentarji mill-ispetturi fuq bażi simili bħalma jaġixxu fuq rapporti u dikjarazzjonijiet ta’ spetturi nazzjonali.”

;

(42)

tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:

“Taqsima II

Il-Baħar l-Iswed

Artikolu 75d

Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-taqsima tapplika għall-attivitajiet tas-sajd li fil-mira tagħhom ikollhom il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar l-Iswed, fil-GSA 29 kif previst fl-Anness I.

Artikolu 75e

Monitoraġġ xjentifiku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq bażi annwali monitoraġġ xjentifiku adegwat tal-istatus tal-ispeċijiet inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima.

Artikolu 75f

Lista ta’ bastimenti awtorizzati u attivi

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena l-lista tal-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tagħhom li huma awtorizzati biex jistadu għal-laċċa kaħla u li jistadu b’mod attiv għaliha għas-sena partikolari. Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM. Dik il-lista għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żieda, tħassir minnha jew modifika fil-listi tagħhom dwar flotot tas-sajd għal-laċċa kaħla, fi kwalunkwe ħin li tali bidliet jistgħu jseħħu u tal-anqas kull xahar. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-bidliet lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

3.   Il-bastimenti mhux elenkati mill-Istati Membri ma għandhomx jaqbdu, iżommu abbord, jittrażbordaw, iħottu l-art, jaħżnu jew ibigħu l-laċċa kaħla.

Artikolu 75g

Obbligi ta’ rapportar għall-kaptani tal-bastimenti

1.   Il-kaptani tal-bastimenti li jistadu għal-laċċa kaħla għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri darbtejn fis-sena u sal-1 ta’ Lulju u sal-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, rapport dettaljat dwar l-attivitajiet tas-sajd ta’ dawk il-bastimenti. Dak ir-rapport għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-jiem ta’ operazzjoni;

(b)

iż-żona operattiva;

(c)

il-qabda totali tal-laċċa kaħla.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Lulju u sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lis-Segretarjat tal-GFCM darbtejn fis-sena u sal-31 ta’ Lulju u sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.

Artikolu 75h

Miżuri addizzjonali

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri spazjali jew temporali addizzjonali għal dawk previsti f’dan ir-Regolament biex jipproteġu ż-żoni ta’ aggregazzjoni ta’ żgħar tal-laċċa kaħla.

Artikolu 75i

Kontroll, monitoraġġ u sorveljanza tas-sajd għal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li jiġu stabbiliti mekkaniżmi adegwati għar-reġistrazzjoni ta’ kull bastiment tas-sajd fir-reġistru tal-flotta nazzjonali tiegħu ugħar-reġistrazzjoni ta’ dawk il-qabdiet tal-l-bastimenti u tal-isforz tas-sajd tal-laċċa kaħla permezz tal-ġurnali ta’ abbord tagħhom.

2.   Is-sajjieda jew il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu b’mod attiv għal-laċċa kaħla għandhom jiddikjaraw il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji kollha, irrispettivament mill-piż ħaj tal-qabda.

Artikolu 75j

Punti deżinjati għall-ħatt l-art

1.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-punti tal-ħatt l-art li fihom għandhom isiru l-ħatt l-art u t-trażbord minn bastimenti li jistadu b’mod attiv fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima.

2.   Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd iħottu jew jittrażbordaw kwalunkwe kwantità ta’ speċijiet inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima fi kwalunkwe post għajr il-punti ta’ ħatt l-art deżinjati msemmija fil-paragrafu 1.”

;

(43)

l-Artikolu 76 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 76

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd bix-xlief, konzijiet tal-qiegħ u mħallta, li fil-mira tagħhom ikollhom il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran, il-GSAs 1, 2 u 3 kif previst fl-Anness I.”

;

(44)

l-Artikolu 77 jitħassar;

(45)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 77a

Għeluq spazjali jew temporali

1.   Matul il-perjodu tranżizzjonali għall-pjan ta’ ġestjoni tal-GFCM msemmi f’din it-taqsima, l-Istati Membri għandhom japplikaw għeluq temporali speċifiku fil-livell tal-flotta, bl-għan li jipproteġu l-istokk ewlieni msemmi fl-Artikolu 76 matul il-perjodi ta’ riproduzzjoni. Tali għeluq ma għandux bżonn li jiġi applikat simultanjament għal tip differenti ta’ rkaptu tas-sajd. Madankollu, dan għandu jkopri ż-żoni ewlenin tad-distribuzzjoni tal-paġella ħamra fil-Baħar Alboran imsemmija fl-Artikolu 76 u jaffettwa l-bastimenti kollha kkonċernati minn dan il-Kapitolu għal perjodi ta’ mhux anqas minn 60 jum suċċessiv għal kull segment tal-flotta. L-għeluq għandu jsir minn Jannar sa Marzu ta’ kull sena. Kull Stat Membru għandu jissottometti l-perjodu ta’ għeluq u l-lista tal-bastimenti kkonċernati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull sena lill-Kummissjoni l-għeluq temporali msemmi fil-paragrafu 1, li japplika fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, bl-għan li jiġu protetti ż-żoni ta’ riproduzzjoni u ta’ tkabbir għall-istokk tal-paġella ħamra.”

;

(46)

l-Artikolu 78, huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassru l-paragrafi 1 u 2;

(b)

jiżdiedu il-paragrafi li ġejjin:

“2a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ġenerali tal-flotta ma taqbiżx, f’termini ta’ GT, kW u l-għadd ta’ bastimenti, kif irreġistrati kemm fir-reġistri nazzjonali kif ukoll f’dawk tal-GFCM, il-kapaċità tal-flotta għas-sajd fuq medja tal-perjodu mill-2018 sal-2021.

2b.   L-Istati Membri għandhom jadattaw għall-opportunitajiet tas-sajd il-kapaċità ġenerali tal-flotta li għandhom il-flotot li jistadu għall-paġella ħamra li joperaw bi xlief, konzijiet tal-qiegħ u mħallta f’termini ta’ GT, kW u l-għadd ta’ bastimenti, kif irreġistrati kemm fir-reġistri nazzjonali kif ukoll f’dawk tal-GFCM.”

;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-listi ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma awtorizzati biex għal dik is-sena jistadu għall-paġella ħamra fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-listi lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Dawk il-listi għandhom jinkludu, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.”

;

(d)

jitħassar il-paragrafu 4.

(47)

l-Artikolu 79 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 79

Miżuri ta’ kontroll u ta’ infurzar

-1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu biex jiżguraw li l-bastimenti li jistadu b’mod attiv fil-Baħar Alboran jiddikjaraw il-qabdiet kollha tal-istokk ewlieni, imsemmija fl-Artikolu 76.

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw il-punti ta’ ħatt l-art li fihom huwa awtorizzat il-ħatt tal-paġella ħamra.

1a.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu kwalunkwe bidla fil-lista ta’ punti ta’ ħatt l-art deżinjati msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena. Il-ħatt l-art tal-istokk ewlieni msemmi fl-Artikolu 76 jsir biss f’dawk il-punti ta’ ħatt l-art deżinjati.

1b.   L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-ħatt l-art permess għal kull punt ta’ ħatt l-art deżinjat imsemmi fil-paragrafu 1.

2.   Qabel id-dħul fi kwalunkwe port, ħlief għal bastimenti fuq skala żgħira, u mill-inqas erba’ sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd jew ir-rappreżentanti tagħhom, jew sajjieda awtorizzati, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet rilevanti bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-ħin stmat tal-wasla tagħhom fil-port;

(b)

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem tal-bastiment tas-sajd; u

(c)

il-piż ħaj stmat miżmum abbord.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tiġi ppreżentata mill-kaptan tal-bastimenti tas-sajd jew mir-rappreżentanti tagħhom, jew minn sajjieda awtorizzati sa siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, meta l-postijiet għas-sajd ikunu anqas minn erba’ sigħat ’il bogħod mill-port tal-wasla.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, is-sajjieda jew il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu b’mod attiv fl-ambitu ta’ din it-taqsima għandhom jirrapportaw il-qabdiet ta’ kuljum tagħhom, irrispettivament mill-piż ħaj tal-qabda u għandhom jirreġistraw jew jistmaw il-qabdiet ta’ dik l-ispeċi.

4a.   Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd iħottu jew jittrażbordaw kwalunkwe stokk ewlieni msemmi fl-Artikolu 76 li tinqabad fil-Baħar Alboran fi kwalunkwe post għajr il-punti ta’ ħatt l-art deżinjati msemmija fil-paragrafu 1.

5.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi programm ibbażat fuq l-analiżi tar-riskju, biex jivverifika l-ħatt l-art fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu u biex jivvalida l-ġurnali ta’ abbord tal-bastimenti kkonċernati.

6.   L-operazzjonijiet ta’ trażbord fil-baħar għandhom ikunu pprojbiti.

7.   Il-bastimenti li joperaw bix-xlief, konzijiet tal-qiegħ u mħallta li jaqbdu l-istokk ewlieni msemmi fl-Artikolu 76 fil-Baħar Alboran għandhom ikunu permessi biss jekk dawk l-attivitajiet ikunu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.

8.   Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-bastimenti awtorizzati kollha fl-ambitu ta’ dan il-Kapitolu b’LOA ta’ aktar minn 10 metri għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ VMS jew bi kwalunkwe sistema oħra ta’ ġeolokalizzazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet ta’ kontroll isegwu l-attività tagħhom f’kull ħin matul il-vjaġġi tas-sajd.”

;

(48)

jitħassar l-Artikolu 80;

(49)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 80a

Monitoraġġ xjentifiku

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jew id-data kollha dwar is-sajd xjentifiku (stħarriġ tal-echo) jew kummerċjali (qbid u skartar), miġbura kull sena, tiġi pprovduta lis-Segretarjat tal-GFCM sal-1 ta’ April tas-sena ta’ wara.

2.   Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-data kummerċjali stabbilita fil-paragrafu 1.

Artikolu 80b

Miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fl-ambitu ta’ dan il-Kapitolu biex jiżguraw il-konservazzjoni adegwata tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 76.

2.   Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe modifika li ssir f’dawk il-miżuri jew il-pjanijiet lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-miżuri jew il-pjanijiet u l-modifiki tagħhom lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ April ta’ kull sena.”

;

(50)

l-Artikolu 81 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 81

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għall-attivitajiet tas-sajd pelaġiku li għandhom fil-mira l-lampuka (Coryphaena hippurus), permezz ta’ rkaptu biex jinġemal-ħut (FADs) u tas-sajd rikreattiv, fil-Baħar Mediterran, fil-GSAs 1 sa 27 kif previsti fl-Anness I.”

;

(51)

l-Artikolu 83 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 83

Miżuri ta’ ġestjoni tranżizzjonali

Sal-31 ta’ Diċembru 2026, għandu jiġi stabbilit reġim tranżizzjonali tas-sajd għas-sajd bl-użu tal-FADs.

Matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit limitu ta’ qbid abbażi tal-ħatt l-art irrapportat lis-Segretarjat tal-GFCM jew:

(a)

abbażi tal-medja ta’ kwalunkwe sentejn ta’ ħatt l-art matul il-perjodu 2018 sal-2022; jew

(b)

abbażi tal-ħatt l-art fl-2022.”

;

(52)

fl-Artikolu 84, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-data msemmija fil-paragrafu 2, kif speċifikat fl-Anness XXV, lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Lulju ta’ kull sena. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dik id-data lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena.”

;

(53)

l-Artikolu 85 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 85

Miżuri ta’ ġestjoni nazzjonali

Sabiex tiġi żgurata l-konservazzjoni adegwata tal-lampuki, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fil-GSAs 1 sa 27.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni msemmija fl-ewwel paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lis-Segretarjat tal-GFCM dwar dawk il-miżuri ta’ ġestjoni jew dawk il-pjanijiet ta’ ġestjoni.

Fejn xieraq, jekk dawn il-miżuri ta’ ġestjoni jew pjanijiet ta’ ġestjoni msemmija fl-ewwel paragrafu jiġu modifikati, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw tali modifiki lill-Kummissjoni sal-15 ta’ April tas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lis-Segretarjat tal-GFCM dwar il-modifiki ta’ dawk il-miżuri ta’ ġestjoni jew tal-pjanijiet ta’ ġestjoni sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara.”

;

(54)

l-Artikolu 86 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“-1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ġenerali tal-flotta għall-flotot li joperaw b’FADs u li jistadu b’mod attiv għall-istokk ewlieni ma taqbiżx, f’termini ta’ GT, kW u l-għadd ta’ bastimenti kif irreġistrati kemm fir-reġistri nazzjonali kif ukoll f’dawk tal-GFCM, sa tmien snin mid-data tal-adozzjoni inizjali tal-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 85(1), il-kapaċità tal-flotta għas-sajd tal-lampuki b’FADs fis-sena 2019.”

;

(b)

il-paragrafu 2 jitħassar;

(55)

fl-Artikolu 87, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Lulju ta’ kull sena, l-għadd ta’ bastimenti involuti fis-sajd, kif ukoll it-total ta’ ħatt u ta’ trażbord ta’ lampuki mwettqa fis-sena preċedenti mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom f’kull GSA kif stabbilit fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena.”

;

(56)

fl-Artikolu 88, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Mill-15 ta’ Awwissu 2027, l-FADs għandhom jinbnew esklużivament b’materjali bijodegradabbli.”

;

(57)

fl-Artikolu 89, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tagħhom u li jisfruttaw il-lampuki jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd tagħhom bl-FADs.

4.   F’każ ta’ telf ta’ FAD, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jiġbru u jirrappurtaw l-aħħar pożizzjoni rreġistrata tal-FAD mitluf kif ukoll id-data tal-aħħar pożizzjoni rreġistrata tiegħu, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu u kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ sid l-FAD.”

;

(58)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 89a

Miżuri speċifiċi biex jiġi indirizzat sajd IUU

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi adegwati għar-reġistrazzjoni ta’ kull bastiment tas-sajd f’reġistru tal-flotta nazzjonali tiegħu, għar-reġistrazzjoni tal-qbid u tal-isforz tas-sajd ta’ dawk il-bastimenti fil-ġurnal ta’ abbord tagħhom u għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u tal-ħatt l-art ta’ dawk il-bastiment permezz ta’ stħarriġiet u teħid ta’ kampjuni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd, imwettqa f’konformità mar-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw portijiet jew punti ta’ ħatt l-art oħra li fihom għandu jsir il-ħatt l-art minn bastimenti li jistadu b’mod attiv għal-lampuki fil-Baħar Mediterran. Għal kull port jew punt ta’ ħatt l-art deżinjat ieħor, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jispeċifikaw il-ħinijiet u l-punti permessi għall-ħatt l-art u t-trażbord.

3.   L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet abbażi ta’ analiżi tar-riskju. Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd iħottu l-art jew jittrażbordaw kwalunkwe kwantità ta’ lampuki maqbuda fil-Baħar Mediterran fi kwalunkwe post għajr il-portijiet jew il-punti ta’ ħatt l-art deżinjati msemmija fil-paragrafu 2.

4.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ April 2024 u sussegwentement fit-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, kwalunkwe bidla fil-listi tal-portijiet deżinjati jew tal-punti ta’ ħatt l-art deżinjati msemmija fil-paragrafu 2.

5.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU, b’mod partikolari permezz tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u l-ġbir ta’ intelligence għall-ġlieda kontra attivitajiet tas-sajd IUU.

Artikolu 89b

Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza

1.   L-Istati Membri jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza fl-ambitu ta’ din it-taqsima fil-qafas ta’ Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza (‘l-Iskema’) li tkopri l-ilmijiet li jaqgħu barra mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 1 sa 27 (il-Baħar Mediterran), kif iddefinit fl-Anness I (‘iż-żona ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza’).

2.   L-Istati Membri jistgħu jassenjaw spetturi u mezzi ta’ spezzjoni, u jwettqu spezzjonijiet fl-ambitu tal-Iskema. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha wkoll jista’ jassenja spetturi tal-Unjoni għall-Iskema.

3.   Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandu jikkoordina l-attivitajiet ta’ sorveljanza u spezzjoni għall-UE u jista’ jfassal, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, pjan ta’ eżerċizzju konġunt biex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligu tagħha fl-ambitu tal-Iskema. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u mal-perjodi u maż-żoni ġeografiċi li fihom iridu jintużaw dawk ir-riżorsi.

4.   Kull Stat Membru għandu, sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, jinnotifika lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha l-lista tal-ismijiet tal-ispetturi awtorizzati jwettqu l-attivitajiet ta’ spezzjoni u sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll l-ismijiet tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u għas-sorveljanza li beħsiebhom jassenjaw għall-Iskema għas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jibgħatu dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sal-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena jew mill-aktar fis possibbli qabel il-bidu ta’ dawk l-attivitajiet ta’ spezzjoni u sorveljanza.

5.   L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom iġorru karta ta’ spettur tal-GFCM maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, li għandha tkun fil-forma stabbilita fl-Anness IV.

6.   Il-bastimenti li jwettqu dmirijiet ta’ imbarkazzjoni u ta’ spezzjoni skont l-Iskema għandhom itajru bandiera speċjali jew pennell, kif deskritta fl-Anness V.

7.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull pjattaforma għall-ispezzjoni intitolata ttajjar il-bandiera tiegħu u li topera fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 iżżomm kuntatt sigur, ta’ kuljum fejn possibbli, ma’ kull pjattaforma għall-ispezzjoni oħra li topera f’dik iż-żona, biex jiskambjaw informazzjoni neċessarja għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet.

8.   Kull Stat Membru bi preżenza ta’ spezzjoni jew ta’ sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi lil kull pjattaforma għall-ispezzjoni, mad-dħul tiegħu f’dik iż-żona, lista ta’ osservazzjonijiet stabbilita skont l-Anness VII u ta’ imbarkar u ta’ spezzjonijiet li jkun għamel fil-perjodu ta’ 10 ijiem preċedenti, inkluż id-dati, il-koordinati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Artikolu 89c

Twettiq ta’ spezzjonijiet

1.   L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom:

(a)

qabel l-imbarkazzjoni, jinnotifikaw lill-bastiment tas-sajd bl-isem tal-bastiment ta’ spezzjoni;

(b)

juru, fuq il-bastiment ta’ spezzjoni u fuq il-bastiment ta’ imbarkazzjoni, il-pennell deskritt fl-Anness V;

(c)

jillimitaw kull tim ta’ spezzjoni għal massimu ta’ tliet spetturi.

2.   Mal-imbarkazzjoni fuq il-bastiment, l-ispetturi għandhom jipproduċu l-karta tal-identità għall-ispetturi tal-GFCM deskritta fl-Anness IV lill-kaptan ta’ dak il-bastiment. L-ispezzjonijiet għandhom isiru f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-GFCM u, fejn possibbli, fil-lingwa mitkellma mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd.

3.   L-ispetturi għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni fil-format stabbilit fl-Anness VI.

4.   L-ispetturi għandhom jiffirmaw ir-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment, li għandu jkollu d-dritt iżid mar-rapport kwalunkwe osservazzjoni li hu, il-kaptan tal-bastiment, iqis xieraq. Il-kaptan tal-bastiment għandu wkoll jiffirma r-rapport.

5.   Għandhom jingħataw kopji tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u lill-awtoritajiet tat-tim tal-ispezzjoni, li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi kopji tiegħu lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat u lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja tar-rapport lis-Segretarjat tal-GFCM.

6.   Id-daqs tat-tim tal-ispezzjoni u t-tul tal-ispezzjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-uffiċjal kmandant tal-bastiment ta’ spezzjoni filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha.

Artikolu 89d

Ksur

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu li huma ksur:

(a)

l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

(b)

interferenza mas-sistema ta’ monitoraġġ abbażi ta’ satellita; u

(c)

operat mingħajr VMS.

2.   Fil-każ ta’ kwalunkwe imbarkazzjoni u spezzjoni ta’ bastiment tas-sajd li matulhom l-ispetturi jidentifikaw ksur, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment ta’ spezzjoni għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha li għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd taħt spezzjoni, kemm b’mod dirett kif ukoll permezz tas-Segretarjat tal-GFCM. Għandhom jinfurmaw ukoll lil kwalunkwe bastiment ta’ spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun magħruf li jinsab fil-viċinanza.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd għandu jiżgura li, wara spezzjoni li fiha jkun ġie identifikat ksur, il-bastiment tas-sajd ikkonċernat iwaqqaf l-attivitajiet kollha tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd jipproċedi fi żmien 72 siegħa lejn port magħżul minnu, fejn għandha tinbeda investigazzjoni.

4.   Fil-każ li xi ksur jiġi skopert matul spezzjoni, l-azzjonijiet meħuda u s-segwitu mogħti mill-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jgħaddi l-azzjoni meħuda u s-segwitu mogħti lis-Segretarjat tal-GFCM.

5.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaġixxu fuq ir-rapporti ta’ spezzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 89c (3), l-iskeda ta’ informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet kif previst fl-Anness VII, u d-dikjarazzjonijiet li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet dokumentarji mill-ispetturi fuq bażi simili bħalma jaġixxu fuq rapporti u dikjarazzjonijiet ta’ spetturi nazzjonali.”

;

(59)

fl-Artikolu 91(2), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

l-irkaptu/i ewlieni/ewlenin użat(i) għall-barbun imperjali, għas-segment tal-flotta u għall-unità operazzjonali;”

;

(60)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 94a

Traċċabiltà tal-barbun imperjali

1.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw is-CDS tal-barbun imperjali bbażata fuq il-karta tul il-katina tal-provvista kollha sabiex jiżguraw it-traċċabbiltà tal-barbun imperjali maqbud fil-Baħar l-Iswed u biex jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU.

2.   Is-CDS tal-barbun imperjali bbażata fuq il-karta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għal sistemi nazzjonali oħra ta’ traċċabbiltà fis-seħħ li jiżguraw l-istess livell ta’ kontroll fuq it-traċċabbiltà tal-barbun imperjali mill-Istati Membri u għandha tinkludi l-informazzjoni ddettaljata fl-Anness XXIV.

3.   Is-CDS tal-barbun imperjali bbażata fuq il-karta għandha tapplika għall-ewwel ħatt l-art, esportazzjonijiet u riesportazzjonijiet. Il-kummerċ fuq livell nazzjonali mhuwiex inkluż fil-katina ta’ validazzjoni stabbilita fil-paragrafu 5.

4.   Kull ċertifikat tal-qabda għandu jkollu numru ta’ identifikazzjoni uniku għad-dokument. Dak in-numru għandu jkun speċifiku għall-Istati Membri tal-bandiera u għandu jiġi assenjat lil kull bastiment tas-sajd. Iċ-ċertifikati tal-qabda ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu ttrasferiti lil bastiment tas-sajd ieħor.

5.   L-Istati Membri għandhom jivvalidaw iċ-ċertifikati tal-qbid biss meta l-informazzjoni kollha li tinsab fis-CDS tal-barbun imperjali tkun ġiet stabbilita bħala preċiża mill-verifika tad-dokumenti ta’ sostenn u tal-kunsinna korrispondenti.

6.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha dwar is-CDS tagħhom, kif ukoll rekwiżiti possibbli ta’ tikkettar u identifikazzjoni, u rekwiżiti ta’ traċċabbiltà u traċċar għall-barbun imperjali. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jittrasmetti dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.

7.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha dwar l-awtoritajiet kompetenti deżinjati bħala responsabbli għall-validazzjoni, l-iċċekkjar u l-verifika taċ-ċertifikati tal-qabda u s-siġilli ta’ validazzjoni, kif ukoll il-punti ta’ kuntatt tas-CDS, u informazzjoni oħra rilevanti għall-implimentazzjoni is-CDS. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat tal-GFCM, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri dwar dik l-informazzjoni l-oħra rilevanti għall-implimentazzjoni tas-CDS.

8.   L-Istati Membri għandhom jaħżnu ċ-ċertifikati vvalidati tal-qabda tal-barbun imperjali bbażati fuq il-karta għal perjodu ta’ ħames snin.

9.   L-Istati Membri għandhom kull sena jfasslu rapport dwar l-implimentazzjoni tas-CDS tal-barbun imperjali ibbażata fuq il-karta fejn jipprovdu informazzjoni dettaljata u data statistika dwar, fost oħrajn, il-kwantitajiet annwali vvalidati, il-kwantitajiet annwali nnegozjati, l-għadd ta’ ċertifikati tal-qabda vvalidati, u kwalunkwe element rilevanti meqjus li jipprovdi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tas-CDS. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-rapporti tagħhom lill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha bil-ħsieb li jinnotifikaw lill-Kumitat ta’ Konformità. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jissottomettu dawk ir-rapporti lis-Segretarjat tal-GFCM mhux aktar tard minn 30 jum qabel is-sessjoni ta’ kull sena tal-Kumitat ta’ Konformità.”

;

(61)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 96a

Kapaċità tal-flotta u sforz tas-sajd

L-Istati Membri għandhom iżommu l-kapaċità tal-flotta tas-sajd jew l-isforz tas-sajd fil-livelli awtorizzati u eżerċitati għall-perjodu mill-2015 sal-2021 għall-isfruttament tal-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 96b

Monitoraġġ xjentifiku

1.   L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ riċerka tal-GFCM dwar il-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed u għandhom jiżguraw ta’ kull sena monitoraġġ xjentifiku adegwat tal-istatus ta’ speċijiet ta’ mazzola griża.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd, id-data dwar il-qbid, il-qabda inċidentali, l-avvenimenti ta’ rilaxx jew ta’ skartar għall-mazzola griża tiġi rreġistrata mis-sid tal-bastiment jew mill-kaptan tal-bastiment fil-ġurnal ta’ abbord, u tiġi rrapportata lill-Kummissjoni fir-rapportar nazzjonali annwali tagħhom, f’konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar ta’ data tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-GFCM, f’konformità mal-Qafas ta’ Referenza għall-Ġbir ta’ Data (DCRF) tal-GFCM. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tittieħed kwalunkwe miżura addizzjonali meħtieġa biex jittejjeb il-ġbir ta’ data għall-fini tal-monitoraġġ xjentifiku tal-ispeċijiet tal-mazzola griża.

4.   L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni affidabbli dwar l-impatti tal-għeżula tal-qiegħ li jkollhom fil-mira tagħhom il-mazzola griża fuq il-popolazzjonijiet taċ-ċetaċji fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 96c

Miżuri ta’ ġestjoni tal-flotta

1.   Sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-listi ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma awtorizzati biex jistadu u li jistadu b’mod attiv għall-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed. Din il-lista għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena. Il-bastimenti tas-sajd li jkollhom fil-mira tagħhom il-mazzola griża għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd biss jekk dawk l-attivitajiet ikunu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti u li tispeċifika l-kundizzjonijiet tekniċi li fihom jistgħu jitwettqu tali attivitajiet tas-sajd, kif stabbilit fl-Anness VIII.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żieda fil-flotot tas-sajd għall-mazzola griża, tħassir minnha jew modifika tagħha, fi kwalunkwe ħin li tali bidliet jistgħu jseħħu jew tal-anqas kull xahar. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lis-Segretarjat tal-GFCM b’dawk il-bidliet, mingħajr dewmien.

3.   Il-bastimenti mhux elenkati mill-Istati Membri ma għandhomx jaqbdu, iżommu abbord, jittrażbordaw, iħottu l-art, jaħżnu jew ibigħu l-mazzola griża.

4.   Sal-15 ta’ Lulju u l-15 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, rapporti dettaljati dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li jistadu b’mod attiv għall-mazzola griża jew li jkunu qabduha bħala qabda aċċessorja jew inċidentali.

Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:

(a)

il-jiem ta’ operazzjoni;

(b)

iż-żona ta’ operazzjoni;

(c)

il-qabda totali tal-mazzola griża.

Sat-30 ta’ Lulju u t-30 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk ir-rapporti lis-Segretarjat tal-GFCM.

Artikolu 96d

Miżuri speċifiċi biex jiġi indirizzat is-sajd IUU

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jistadu fil-GSA 29 jiddikjaraw il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji kollha tal-mazzola griża.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, is-sajjieda jew il-kaptani tal-bastimenti għandhom jiddikjaraw fil-ġurnal ta’ abbord il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji kollha tal-mazzola griża, irrispettivament mill-volum tal-qabda u tal-irkaptu użat.

Artikolu 96e

Punti ta’ ħatt l-art

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw il-punti ta’ ħatt l-art li fihom għandu jsir il-ħatt l-art mill-bastimenti li jistadu b’mod attiv għall-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed.

2.   Għal kull punt ta’ ħatt l-art deżinjat imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-ħinijiet u l-postijiet permessi tal-ħatt l-art u tat-trażbord.

3.   Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd iħottu jew jittrażbordaw kwalunkwe kwantità ta’ mazzola griża li tinqabad fil-Baħar l-Iswed fi kwalunkwe post għajr il-punti deżinjati ta’ ħatt l-art imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena kwalunkwe bidla fil-lista ta’ punti ta’ ħatt l-art deżinjati msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena.”

;

(62)

l-Artikolu 98 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni mill-attivitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet elażmobranki elenkati fl-Anness II tal-Protokoll dwar żoni protetti b’mod speċjali u d-diversità bioloġika fil-Mediterran. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu aktar azzjonijiet biex itejbu l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet elażmobranki elenkati fl-Annessi II u III ta’ dak il-Protokoll u biex itaffu jew, fejn possibbli, jeliminaw, ir-riskju ta’ qabdiet inċidentali f’operazzjonijiet tas-sajd jew il-mortalità assoċjata.”

;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Sal-15 ta’ April 2026, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, dwar tal-anqas attività waħda għal kull speċi/ġeneru elenkat fl-Anness XVII u preżenti fil-GSAs 1 sa 27, jew b’kollox dwar tal-anqas ħames azzjonijiet speċifiċi għall-ispeċijiet biex jittejjeb l-istatus ta’ konservazzjoni tal-elażmobranki, jiġu mmitigati jew, meta possibbli, jiġu eliminati r-riskju ta’ qabda inċidentali tal-elażmobranki fl-operazzjonijiet tas-sajd jew il-mortalità assoċjata. Sat-30 ta’ April 2026, il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.

5.   L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jieħdu u jadottaw miżuri ta’ mitigazzjoni biex jimminimizzaw jew, fejn possibbli, jeliminaw, il-qbid inċidentali tal-elażmobranki matul l-operazzjonijiet tas-sajd u jżidu r-rati tas-survivenza ta’ wara r-rilaxx fis-sajd b’riskju kbir ta’ qabdiet aċċessorji identifikat mill-SAC u, fejn possibbli, fis-sajd b’riskju baxx ta’ qabdiet aċċessorji. Tali miżuri għandhom ikunu akkumpanjati minn monitoraġġ xjentifiku xieraq biex tiġi stabbilita l-effikaċja tal-azzjonijiet u jistgħu jinkludu, fost oħrajn:

(a)

modifiki fl-irkaptu tas-sajd u tipi alternattivi ta’ rkaptu tas-sajd;

(b)

titjib fl-immarkar u fid-detezzjoni tal-irkaptu tas-sajd;

(c)

restrizzjonijiet tas-sajd fil-ħin u fiż-żona u għeluq, jekk dan ikun xieraq;

(d)

implimentazzjoni ta’ limiti massimi tal-qabdiet aċċessorji potenzjali; u

(e)

l-użu ta’ apparat manjetiku deterrenti, meta jkun ibbażat fuq studji xjentifiċi u wara evalwazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji.

6.   L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll, fuq bażi volontarja, tipi oħrajn ta’ ġestjoni bħall-ġestjoni bbażata fuq l-inċentivi, li tippremja lill-operaturi b’impatt baxx filwaqt li fl-istess ħin tixpruna lill-operaturi bi prestazzjoni batuta biex jadottaw prattiki aħjar jew jitilqu mill-industrija, jew il-ġestjoni ta’ inċentivi bbażata fuq is-suq li tinkludi pereżempju tikkettar li jgħid li l-elażmobranki ma tqegħdux fil-periklu jew li l-elażmobranki ġew rispettati fis-sajd b’riskju medju sa kbir ta’ interazzjonijiet ma’ elażmobranki.

7.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bastimenti tas-sajd li jaqbdu speċijiet ta’ klieb il-baħar fil-GSAs 1 sa 27 bħala qabda aċċessorja jew qabda inċidentali jillimitaw il-qabda aċċessorja ta’ klieb il-baħar elenkati fl-Anness III tal-Protokoll dwar żoni protetti b’mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran għal perċentwal massimu tal-qabda totali bħala piż għal kull vjaġġ tas-sajd jew għal mhux aktar minn tliet kampjuni.”

;

(63)

fl-Artikolu 102, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Fiż-żoni ġeografiċi tal-Baħar Mediterran (il-GSAs 1-27), fejn iseħħu l-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet ta’ għasafar tal-baħar elenkati fl-Anness II tal-Protokoll dwar żoni protetti b’mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran*, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin skont il-parir tal-SAC:

(a)

l-Istati Membri għandhom jiġbru data biex jikkaratterizzaw bis-sħiħ il-qabdiet inċidentali ta’ għasafar tal-baħar fis-sajd, inkluż il-qabda inċidentali tal-garnija tal-Baleariku (Puffinus mauretanicus) f’periklu kritiku;

(b)

l-Istati Membri għandhom jevalwaw l-effettività ta’ mill-anqas żewġ miżuri tranżizzjonali ta’ mitigazzjoni elenkati fl-Anness XVIII biex itejbu l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet ta’ għasafar tal-baħar, jimmitigaw jew, meta possibbli, jeliminaw ir-riskju ta’ qabda inċidentali ta’ għasafar tal-baħar fl-operazzjonijiet tas-sajd u l-mortalità assoċjata.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ April ta’ kull sena, id-data miġbura f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik id-data lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ April ta’ kull sena.

L-obbligu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-Istati Membri li jkunu diġà wettqu tali evalwazzjoni qabel l-24 ta’ Novembru 2026.”

;

(64)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 103a

Miżuri ta’ mitigazzjoni

1.   L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu l-passi meħtieġa biex jimplimentaw miżuri ta’ mitigazzjoni jew, meta possibbli, jeliminaw il-qabda inċidentali ta’ fkieren tal-baħar waqt operazzjonijiet tas-sajd, bħal:

(a)

modifiki fl-irkaptu tas-sajd u tipi alternattivi ta’ rkaptu tas-sajd;

(b)

restrizzjonijiet tas-sajd fil-ħin u fiż-żona u għeluq, bħal dak ibbażat pereżempju fuq miżuri ta’ rikonoxximent spazjali biex tiġi identifikata l-preżenza tal-fkieren tal-baħar;

(c)

titjib fl-immarkar u fid-detezzjoni tal-irkaptu tas-sajd, inkluż ir-riflettività akustika, bħall-użu ta’ xbieki kkuluriti, rifletturi passivi ħfief, dijametru eħxen tal-ispag għall-imballaġġ, sufri jew materjali oħrajn fix-xibka, komposti tal-metall li għandhom karatteristiċi ta’ detezzjoni akustika bħal sulfat tal-barju, u xbieki mdawlin bi stikek tad-dawl li jaħdmu bil-batteriji;

(d)

implimentazzjoni tal-limiti massimi potenzjali għall-qabdiet inċidentali u l-użu ta’ apparat għall-esklużjoni tal-fkieren b’apparat ta’ separazzjoni u ta’ ġestjoni bir-reqqa; u

(e)

regoli dwar l-imġiba u l-istrateġiji tas-sajd.

2.   L-Istati Membri huma mħeġġa jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġi evitat it-tħabbil matul l-attività ta’ depredazzjoni u biex titnaqqas il-mortalità ta’ wara r-rilaxx, permezz ta’ linji gwida u taħriġ xierqa.

3.   Sal-1 ta’ Diċembru 2026, meta l-Istati Membri jimplimentaw miżuri skont il-paragrafi 1 u 2, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar mill-inqas tnejn minn dawk il-miżuri.. F’dan ir-rigward, iż-żoni u l-flotot b’riskji akbar ta’ interazzjonijiet għandhom jitqiesu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lis-Segretarjat tal-GFCM bil-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 mingħajr dewmien.”

;

(65)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 105a

Miżuri ta’ mitigazzjoni

1.   L-Istati Membri huma mħeġġa jespandu l-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-qabda aċċessorja biex jimminimizzaw, jew, fejn possibbli, jeliminaw il-qabda inċidentali taċ-ċetaċji matul l-operazzjonijiet tas-sajd f’sajd b’riskju kbir ta’ qabda aċċessorja identifikat mill-SAC. Tali miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn monitoraġġ xieraq biex tiġi stabbilita l-effikaċja tal-azzjonijiet u jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:

(a)

modifiki fl-irkaptu tas-sajd u tipi alternattivi ta’ rkaptu tas-sajd;

(b)

titjib fl-immarkar u fid-detezzjoni tal-irkaptu tas-sajd;

(c)

restrizzjonijiet tas-sajd fil-ħin u fiż-żona u għeluq, jekk dan ikun xieraq;

(d)

implimentazzjoni ta’ limiti massimi tal-qabdiet aċċessorji potenzjali;

(e)

użu ta’ apparati akustiċi deterrenti; u

(f)

modifiki fl-imġiba u fl-istrateġiji tas-sajd.

2.   L-Istati Membri huma mħeġġa jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġi evitat it-tħabbil matul l-attività ta’ depredazzjoni u biex titnaqqas il-mortalità ta’ wara r-rilaxx, permezz ta’ linji gwida u taħriġ xierqa.

3.   L-Istati Membri huma mħeġġa jidentifikaw żoni b’riskju kbir ta’ interazzjonijiet bejn is-sajd u ċ-ċetaċji u, abbażi tal-pressjonijiet eżistenti, jistgħu jikkunsidraw li jemendaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.

4.   Il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll, fuq bażi volontarja, tipi oħrajn ta’ ġestjoni bħall-ġestjoni bbażata fuq l-inċentivi, li tippremja lill-operaturi b’impatt baxx filwaqt li fl-istess ħin tixpruna operaturi bi prestazzjoni batuta biex jadottaw prattiki aħjar jew jitilqu mill-industrija, jew ġestjoni ta’ inċentivi bbażata fuq is-suq, li tinkludi pereżempju tikkettar sikur jew li ma jagħmilx ħsara lid-dniefel fis-sajd b’riskju medju sa kbir ta’ interazzjonijiet maċ-ċetaċji.

5.   Sal-1 ta’ Diċembru 2026, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni tal-anqas tnejn mill-miżuri ta’ mitigazzjoni implimentati skont il-paragrafi 1 sa 4.

6.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lis-Segretarjat tal-GFCM bil-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 mingħajr dewmien.”

;

(66)

fl-Artikolu 106, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jirreġistraw fil-ġurnali ta’ abbord tas-sajd l-informazzjoni li ġejja:

(a)

kull każ ta’ qabda inċidentali u ta’ rilaxx ta’ tjur tal-baħar;

(b)

kull każ ta’ qabda inċidentali u ta’ rilaxx ta’ fkieren tal-baħar;

(c)

kull każ ta’ qabda inċidentali u ta’ rilaxx ta’ klieb il-baħar;

(d)

kull każ ta’ qabda inċidentali u ta’ rilaxx ta’ ċetaċji; “;

(e)

kwalunkwe każ ta’ qabda inċidentali, ta’ rilaxx jew ta’ skartar fil-GSAs 1 sa 27 ta’ speċijiet ta’ klieb il-baħar elenkati jew fl-Anness II jew III tal-Protokoll dwar żoni protetti b’mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran;

(f)

kwalunkwe każ ta’ qabdiet inċidentali ta’ elażmobranki fil-GSAs 1 sa 27.”

;

(67)

l-Artikolu 107 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 107

Stabbiliment ta’ żona ristretta għas-sajd

Hija stabbilita żona ristretta għas-sajd (FRA) fil-Lvant tal-Golf tal-Iljuni (is-subżona ġeografika 7) bl-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet ta’ riproduzzjoni u tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond.

Il-FRA msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu għandha tinqasam fiż-Żona A u fiż-Żona B u kkonfinata mil-linji li jgħaqqdu l-koordinati ġeografiċi definiti fil-Parti B tal-Anness XI.”

;

(68)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 107a

Ġestjoni u monitoraġġ tal-kapaċità tas-sajd u tal-isforz tas-sajd

1.   Bil-ħsieb li jingħata kontribut għall-protezzjoni tal- VMEs u tal-ħabitats essenzjali tal-ħut għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ bħall-merluzz, kwalunkwe bastiment tas-sajd professjonali li jkollu fil-mira l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ u li juża xbieki rmunkati, konzijiet tal-qiegħ jew tan-nofs fond jew xbieki tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit fiż-Żona A.

2.   L-attivitajiet tas-sajd li jkollhom fil-mira tagħhom stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ u li jużaw xbieki rmunkati, konzijiet tal-qiegħ jew tan-nofs fond jew xbieki tal-qiegħ għandhom ikunu pprojbiti fiż-Żona B mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April ta’ kull sena.

3.   Kwalunkwe attività tas-sajd rikreattiv għandha tkun ipprojbita fiż-Żoni A u B.”

;

(69)

l-Artikolu 108 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 108

Sforz tas-sajd

L-isforz tas-sajd annwali (jiem fuq il-baħar) eżerċitat fuq stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ minn bastimenti awtorizzati biex jistadu fil-FRA li jużaw xbieki rmunkati, konzijiet tal-qiegħ jew tan-nofs fond jew xbieki tal-qiegħ ma għandux jaqbeż il-livell tal-isforz tas-sajd eżerċitat matul il-perjodu ta’ referenza mill-2015 sal 2017.”

;

(70)

l-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sakemm l-Istati Membri ma jkunux diġà għamlu dan, huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-31 ta’ Diċembru 2008 dwar:

(a)

il-ħin massimu tal-attività tas-sajd ta’ kuljum;

(b)

in-numru massimu ta’ jiem fuq il-baħar.”

;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-Istati Membri ma għandhomx jittrasferixxu l-isforz bejn il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fil-FRA li jużaw tipi differenti ta’ rkaptu.”

;

(71)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 110a

Ġbir ta’ data u monitoraġġ xjentifiku

1.   L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw pjan ta’ monitoraġġ xjentifiku għall-FRA.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-pjan ta’ monitoraġġ xjentifiku msemmi fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sidien tal-bastimenti:

(a)

jirreġistraw fil-ġurnal ta’ abbord elettroniku jew f’dokument ekwivalenti f’konformità mal-istandards internazzjonali u mar-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ data tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-GFCM informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd, data għall-qbid tal-ispeċijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 108, qabdiet inċidentali, rilaxx jew skartar ta’ speċijiet sensittivi elenkati fl-Anness II jew III tal-Protokoll dwar żoni protetti b’mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran;

(b)

jirrapportaw lill-awtoritajiet nazzjonali l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, għan-notifika fir-rapportar nazzjonali annwali tagħhom, f’konformità mal-manwal tad- DCRF tal-GFCM.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżura addizzjonali oħra, pereżempju kopertura ta’ 5 % ta’ osservaturi abbord jew monitoraġġ elettroniku mill-bogħod sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn il-bastimenti kollha, tittieħed biex jittejjeb il-ġbir tad-data bil-ħsieb tal-monitoraġġ xjentifiku ta’ speċijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 108.

Artikolu 110b

Miżuri ta’ kontroll u ta’ infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom iżommu lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu fil-FRA.

2.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tal-GFCM, permezz tal-pjattaforma online tad-DCRF tal-GFCM, verżjoni aġġornata tal-lista msemmija fil-paragrafu 1. Għal kull bastiment, dik il-verżjoni aġġornata tal-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni ddettaljata fl-Anness VIII.

3.   Sal-15 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar il-miżuri ta’ ġestjoni meħuda fil-FRA. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kundizzjonijiet legali previsti fil-liġi nazzjonali tagħhom, kif fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2023, rigward it-tul massimu ta’ jum ta’ sajd. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien. Dak l-obbligu ma għandux japplika għall-Istati Membri li diġà kkomunikaw dawk il-kundizzjonijiet legali lill-Kummissjoni.

5.   Il-bastimenti tas-sajd li huma itwal minn 12-il metru LOA u li jkunu fi tranżitu fil-FRA għandu jkollhom transponder operazzjonali abbord għas-sistemi ta’ VMS jew għas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatiċi (AIS) li juru trażmissjoni akbar tad-data, u għandu jkollhom l-irkaptu tas-sajd kollu marbut u stivat matul id-durata kollha tat-tranżitu. Il-bastimenti tas-sajd ta’ tranżitu għandhom isegwu rotta diretta b’veloċità kostanti ta’ mhux inqas minn 6 mili nawtiċi fis-siegħa, ħlief fil-każ ta’ force majeure jew kundizzjonijiet avversi. F’tali każijiet, il-kaptan tal-bastiment għandu jinforma minnufih liċ-ċentru ta’ monitoraġġ tas-sajd (FMC) tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment sabiex ikun jista’ jinnotifika l-force majeure lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.”

;

(72)

L-Artikolu 112 jitħassar;

(73)

l-Artikolu 113 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 113

Żoni ristretti għas-sajd

Is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit f’dawn iż-żoni:

(a)

FRA ‘Lvant mill-Adventure Bank’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati previsti fil-Parti B tal-Anness XI;

(b)

FRA ‘Punent mill-Baċin ta’ Gela’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati previsti fil-Parti B tal-Anness XI;

(c)

FRA ‘Lvant mill-Malta Bank’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati previsti fil-Parti B tal-Anness XI.

Kwalunkwe attività tas-sajd tal-ħut tal-qiegħ, inkluż is-sajd rikreattiv, irrispettivament mil-LOA tal-bastimenti, ma għandhiex tkun permessa fl-FRAs imsemmija fl-ewwel paragrafu.”

;

(74)

fl-Artikolu 115, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-attività tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku li jkollha fil-mira tagħha l-inċova jew is-sardin għandha tkun ipprojbita fiż-żona konfinata b’linji li jgħaqqdu l-koordinati stabbiliti fl-Anness XI, il-Parti D.”

;

(75)

jiżdiedu t-taqsimiet li ġejjin:

“Taqsima V

Trażbord

Artikolu 120a

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, din it-taqsima tirregola l-operazzjonijiet ta’ trażbord fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM, kif previst fl-Anness I.

2.   It-trażbordi fuq il-baħar barra mill-ilmijiet tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti, ħlief fil-każ ta’ force majeure fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

3.   It-trażbordi għandhom ikunu permessi biss f’portijiet deżinjati, f’punti ta’ ħatt l-art jew f’postijiet qrib ix-xatt awtorizzati għal dak il-fini, soġġetti għal awtorizzazzjoni u għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima.

4.   It-trażbord ma għandux iseħħ jekk xi wieħed mill-bastimenti involuti jkun inkluż fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM.

5.   Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, ir-rilokazzjoni, l-attivitajiet ta’ tkarkir bil-paranzi u l-operazzjonijiet tas-sajd li jinvolvu azzjoni konġunta minn żewġ bastimenti tas-sajd jew aktar mill-Istati Membri jew mill-Partijiet Kontraenti tal-GFCM ma għandhomx jitqiesu bħala trażbord.

Artikolu 120b

Operazzjonijiet ta’ trażbord fil-port

1.   Operazzjoni ta’ trażbord fil-port għandha tkun permessa biss soġġetta għal awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru kostali u mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastimenti.

2.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ meta l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment ikunu vverifikaw li l-attivitajiet imwettqa mill-bastimenti li jkunu qegħdin jieħdu sehem fit-trażbord ikunu f’konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-GFCM u li l-bastimenti ma jkunux ġew involuti f’attivitajiet ta’ sajd IUU.

3.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinżamm abbord il-bastiment donatur u ssir disponibbli matul proċedura ta’ spezzjoni jew ta’ kontroll.

4.   Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd donatur għandu jinnotifika lill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-port dwar l-identifikazzjoni tal-bastiment riċevitur, u d-data, il-ħin u l-port fejn ser isir it-trażbord, tal-anqas 48 siegħa qabel l-operazzjoni ta’ trażbord.

5.   L-identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandu jkun fiha, tal-anqas, l-isem tal-bastiment, in-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), in-numru tar-reġistru tal-GFCM, il-marka esterna, il-port tar-reġistru u l-bandiera tal-bastiment tas-sajd.

6.   Il-kaptan tal-bastiment riċevitur, 48 siegħa qabel il-ħatt l-art, għandu jgħaddi dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat fejn ser isir il-ħatt.

7.   Mhux aktar tard minn 24 siegħa qabel ma jibda t-trażbord, il-kaptan tal-bastiment riċevitur għandu jimla u jgħaddi lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-port informazzjoni dwar il-qabdiet u l-prodott tas-sajd abbord. Il-qabdiet għandhom jiġu rrapportati billi jiġu indikati l-ispeċijiet u l-piż jew l-għadd ta’ speċijiet meta rilevanti.

8.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kaptan tal-bastiment tas-sajd donatur joħroġ it-talba biex jgħaddi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ispeċijiet skont l-identifikazzjoni tal-kodiċi alfa tal-FAO u l-forma tal-prodott;

(b)

il-qabdiet abbord li għandhom jiġu ttrażbordati, f’kg ta’ piż ħaj, f’piż ipproċessat jew f’għadd ta’ speċijiet, fejn rilevanti;

(c)

il-post ġeografiku tal-qabdiet (kif irreġistrat fil-ġurnal ta’ abbord);

(d)

il-post u d-data fejn huwa previst li jseħħ it-trażbord;

(e)

l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni, in-numru tal-IMO u l-bandiera tal-bastiment riċevitur.

9.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-bastimenti li ma jkunux qegħdin itajru l-bandiera tagħhom u li jkunu qegħdin ifittxu aċċess għall-portijiet tagħhom, u jiżguraw li tali bastimenti ma jkunux involuti f’attivitajiet ta’ sajd jew relatati mas-sajd bi ksur ta’ kwalunkwe miżura ta’ konservazzjoni tal-GFCM.

Artikolu 120c

Dikjarazzjonijiet tat-trażbord tal-GFCM

1.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd b’LOA ta’ aktar minn 15-il metru involuti f’operazzjoni ta’ trażbord għandhom jimlew dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM f’konformità mal-Anness XX u jindikaw speċifikament il-kwantitajiet kollha ta’ kull speċi trażbordata jew riċevuta b’piż ħaj ekwivalenti ta’ aktar minn 50 kg jew l-għadd ta’ speċijiet fejn rilevanti.

2.   Id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM għandu jkun fiha tal-anqas:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem kemm tal-bastiment tas-sajd donatur kif ukoll dak riċeventi;

(b)

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi u ż-żona ġeografika rilevanti tal-GFCM li fiha jkunu ttieħdu l-qabdiet;

(c)

il-kwantitajiet stmati ta’ kull speċi f’kg ta’ piż tal-prodott, imqassma skont it-tip ta’ preżentazzjoni tal-prodott, jew, fejn xieraq, l-għadd ta’ speċijiet, inkluż il-kwantitajiet jew speċijiet taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata;

(d)

il-port ta’ destinazzjoni tal-bastiment tas-sajd riċeventi;

(e)

il-port deżinjat tat-trażbord.

3.   Il-kaptani kemm tal-bastiment tas-sajd donatur kif ukoll dak riċeventi għandhom jissottomettu dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara t-trażbord:

(a)

lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom; u

(b)

jekk it-trażbord ikun sar f’port ta’ Stat Membru ieħor jew f’port ta’ Parti Kontraenti mhux tal-UE tal-GFCM, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM għandha ssir ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-port ikkonċernat.

4.   Id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM għandha tiġi ffirmata mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd riċeventi u mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd donatur.

5.   Kull wieħed mill-kaptani kemm tal-bastiment donatur u kemm tal-bastiment riċeventi għandu jkun responsabbli għall-akkuratezza tad-data rreġistrata fid-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM tiegħu.

6.   Kopja tad-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM għandha tinżamm abbord kull bastiment tas-sajd sakemm jinħattu l-art il-qabdiet u l-prodotti tas-sajd kollha.

Artikolu 120d

Miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll

1.   Il-marġni ta’ tolleranza permess fi stimi rreġistrati fid-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM tal-kwantitajiet f’kg ta’ piż ħaj ta’ ħut ittrażbordat jew riċevut għandu jkun ta’ 10 % għall-ispeċijiet kollha.

2.   L-awtoritajiet tal-Istat tal-port għandhom jirrieżaminaw l-informazzjoni li jirċievu, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastimenti tas-sajd jekk ikun meħtieġ, biex tiġi ddeterminata l-konsistenza bejn il-qabdiet, it-trażbordi u l-ħatt l-art irrapportati ta’ kull bastiment tas-sajd. Dik il-verifika għandha ssir b’mod li jiżgura li l-bastiment jesperjenza l-anqas interferenza u inkonvenjenza u li tiġi evitata d-degradazzjoni tal-ħut.

3.   Il-bastimenti tas-sajd donaturi u riċeventi kollha awtorizzati jwettqu t-trażbord għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom u jużaw VMS operazzjonali abbord kif deskritt fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (*4).

Artikolu 120e

Rapportar

1.   Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, il-lista ta’ portijiet deżinjati, punti ta’ ħatt l-art, u postijiet qrib ix-xatt fejn huma permessi l-operazzjonijiet ta’ trażbord fl-ambitu ta’ din it-taqsima.

2.   Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lis-Segretarjat tal-GFCM l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/14 sal-15 ta’ April ta’ kull sena.

4.   Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-GFCM l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Taqsima VI

Sajd rikreattiv fil-baħar Mediterran

Artikolu 120f

Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-taqsima tistabbilixxi r-regoli minimi għall-ġestjoni, għall-kontroll u għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd rikreattiv fil-Baħar Mediterran, il-GSAs 1 sa 27 kif previst fl-Anness I.

Artikolu 120g

Projbizzjonijiet

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1241, għandu jkun ipprojbit li:

(a)

ikun hemm involviment f’sajd rikreattiv mingħajr liċenzja tas-sajd jew ta’ reġistrazzjoni valida, f’konformità ma’ dan il-Kapitolu;

(b)

jinbiegħu jew jiġu nnegozjati qabdiet minn attivitajiet ta’ sajd rikreattiv;

(c)

jinżamm kwalunkwe kampjun li jappartjeni għall-ispeċijiet elenkati fl-Anness XXI;

(d)

jinżamm kwalunkwe kampjun iżgħar mid-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni adottati mill-GFCM;

(e)

isir sajd fiż-żoni protetti permezz ta’ rakkomandazzjonijiet tal-GFCM u f’konformità magħhom, b’mod partikolari l-ħabitats sensittivi u l-FRAs stabbiliti biex jipproteġu l-Ħabitats Essenzjali tal-Ħut (EFHs) u l-VMEs u ż-żoni speċifikament ipprojbiti għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri;

(f)

isir sajd taħt l-ilma b’apparat tan-nifs awtonomu;

(g)

isir sajd taħt l-ilma minn inżul ix-xemx saż-żerniq;

(h)

jinżammu fl-istess ħin lanez miżmuma bl-idejn u ħrapen u apparat tan-nifs awtonomu (pulmun tal-ilma);

(i)

isir sajd b’sustanzi tossiċi, stupefaċenti jew korrużivi, splussivi jew kurrent elettriku.

Artikolu 120h

Liċenzji

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu jew skema obbligatorja ta’ liċenzjar jew reġistru li jkopri s-sajjieda rikreattivi kollha. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lis-sajjieda bil-mixi minn tali skema.

Artikolu 120i

Kontroll u infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw sistema għall-kontroll u għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd rikreattiv li tikkomplementa l-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali eżistenti, għall-attivitajiet tas-sajd rikreattiv li jsiru mill-bastimenti.

2.   Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 tkun ibbażata fuq analiżi tar-riskju, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-theddid li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd rikreattiv għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-projbizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 120 g.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw sistema effettiva ta’ sanzjonar kontra kwalunkwe ksur ta’ dan il-Kapitolu. Is-sanzjonijiet u l-penali applikati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom iqisu l-frekwenza u t-theddid li jinħoloq għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-projbizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 120 g.

Artikolu 120j

Ġbir tad-data

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki tal-kampjuni u stħarriġiet tal-attivitajiet tas-sajd rikreattiv fl-ilmijiet tal-Unjoni, li jseħħu fit-territorju tagħhom.

Artikolu 120k

Rapportar tad-data

1.   Sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-lista ta’ speċijiet ipprojbiti għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew lokali;

(b)

il-metodi tas-sajd ipprojbiti għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew lokali;

(c)

iż-żoni speċifikament ipprojbiti għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew lokali;

(d)

il-lista ta’ speċijiet irregolati għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew lokali;

(e)

kwalunkwe miżura li tirregola l-attivitajiet tas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew lokali.

2.   Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lis-Segretarjat tal-GFCM l-informazzjoni elenkati fil-paragrafu 1.”;

(*4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat- 8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/404/oj).”;"

(76)

fl-Artikolu 122, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-ewwel kolonna tal-Anness XXIII u l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru CFR tal-bastiment kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/218, u l-marki esterni tiegħu kif imsemmija fl-istess Regolament;

(b)

il-perjodu li matulu jkun awtorizzat is-sajd jew it-trażbord;

(c)

l-irkaptu tas-sajd użat.”

;

(77)

L-Artikolu 128 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

evidenza rrapportata mill-Istati Membri li tappoġġa l-preżunzjoni ta’ attivitajiet ta’ sajd IUU, inkluż informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-bastiment ikkonċernat.”

;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Fl-ambitu ta’ din it-taqsima, bastiment tas-sajd jitqies li wettaq attivitajiet ta’ sajd IUU fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM meta Stat Membru jippreżenta evidenza li tali bastiment kien involut f’waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin bi ksur tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-GFCM:

(a)

l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

(b)

il-qbid tal-ħut fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM filwaqt li jkunu mingħajr nazzjonalità;

(c)

il-qbid tal-ħut fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM filwaqt li ma jkollhomx numru adegwat ta’ identifikazzjoni tal-bastiment;

(d)

l-involviment fis-sajd jew f’attivitajiet relatati mas-sajd, bi ksur ta’ kwalunkwe miżura oħra ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-GFCM.

5.   Meta jkun xieraq, l-Istati Membri għandhom jinvestigaw l-allegata attività ta’ sajd IUU u jimmonitorjaw il-bastimenti kkonċernati.

6.   Meta jkun xieraq, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-sid ta’ bastiment tas-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar dak il-bastiment mill-Istat Membru għall-inklużjoni tiegħu fl-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM u tal-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw jekk il-bastiment jiġi inkluż f’dik il-lista kif adottata mill-GFCM.”

;

(78)

L-Artikolu 130 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 130

Abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM

Malli jirċievu l-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM mis-Segretarjat tal-GFCM, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jimmonitorjaw mill-qrib il-bastimenti inklużi fl-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM u jiddeterminaw l-attivitajiet tagħhom u bidliet possibbli fl-isem, fil-bandiera jew fis-sid reġistrat;

(b)

jinnotifikaw lis-sid tal-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu bl-inklużjoni tiegħu fl-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM u bil-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw jekk il-bastiment jiġi inkluż fil-lista ta’ bastimenti IUU adottata tal-GFCM.

Malli jirċievu l-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM mis-Segretarjat tal-GFCM, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw il-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni kif xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu lis-Segretarjat tal-GFCM tal-anqas 30 jum qabel is-sessjoni annwali tal-GFCM.

L-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 7 ijiem qabel is-sessjoni annwali tal-GFCM kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun rilevanti għall-istabbiliment tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fir-raba’ paragrafu lis-Segretarjat tal-GFCM qabel is-sessjoni annwali tal-GFCM.”

;

(79)

fil-Kapitolu III, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 130a

Osservazzjonijiet ta’ bastimenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru, permezz ta’ operazzjonijiet ta’ infurzar u ta’ sorveljanza mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM, kemm jista’ jkun informazzjoni kull meta bastiment b’bandiera ta’ pajjiż terz jew bastiment b’nazzjonalità mhux iddeterminata jew mingħajr nazzjonalità jiġi osservat li jkun involut f’sajd jew f’attivitajiet relatati mas-sajd li jitqiesu li huma IUU.

2.   L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet ta’ bastimenti f’konformità mal-skeda ta’ informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet stabbilita fl-Anness VII.

3.   Meta jiġi osservat bastiment, l-Istat Membru li jkun osserva għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika l-iskeda ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 dwar l-osservazzjonijiet u jipprovdi kwalunkwe immaġni rreġistrata tal-bastiment ikkonċernat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew lill-Partijiet Kontraenti tal-GFCM tal-bandiera jew lill-partijiet mhux kontraenti tal-bandiera tal-bastiment osservat.

Meta l-bastiment li jkun ġie osservat qiegħed itajjar il-bandiera ta’ Stat Membru, l-Istat Membru tal-bandiera għandu, mingħajr dewmien żejjed, jieħu azzjoni xierqa fir-rigward tal-bastiment kkonċernat. Kemm l-Istat Membru li jkun osserva kif ukoll l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment li jkun ġie osservat għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-osservazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), inkluż dettalji dwar kull azzjoni ta’ segwitu li tittieħed,

Jekk il-bastiment li jkun ġie osservat ikun qiegħed itajjar il-bandiera ta’ Parti Kontraenti oħra tal-GFCM, parti mhux kontraenti, ikun ta’ nazzjonalità indeterminata, jew ikun mingħajr nazzjonalità, l-Istat Membru li jkun osserva għandu, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-EFCA l-informazzjoni xierqa kollha dwar l-osservazzjonijiet. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet lis-Segretarjat tal-GFCM.

4.   Meta jiġi osservat bastiment u jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li l-bastiment ikkonċernat huwa mingħajr nazzjonalità, l-uffiċċjali tal-Istati Membri li jkunu osservaw jistgħu jimbarkaw il-bastiment biex jikkonfermaw in-nazzjonalità tiegħu. Dawk l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien ir-riżultat ta’ dik l-ispezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dak ir-riżultat lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

5.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw immedjatament lill-Kummissjoni l-informazzjoni miġbura minn imbarkazzjonijiet fuq bastimenti ta’ partijiet mhux kontraenti li jwettqu sajd jew attivitajiet relatati mas-sajd fuq speċijiet koperti mill-miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd tal-GFCM f’ilmijiet barra mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

6.   Il-bastimenti tas-sajd u ta’ appoġġ tal-Istati Membri li joperaw fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM għandhom jiġbru u jirrapportaw l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali xierqa tagħhom biex jappoġġaw l-osservazzjonijiet tal-bastimenti stabbilit imsemmija f’dan l-Artikolu.”

;

(80)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 138a

Ġestjoni tad-data, ħarsien tad-data personali u kunfidenzjalità

1.   Id-ata personali meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(1), tal-Artikolu 24(1), tal-Artikolu 30b(4) u (5), tal-Artikolu 30c, tal-Artikolu 34(1), tal-Artikolu 37b(4) u (5), tal-Artikolu 37c, tal-Artikolu 47(4), tal-Artikolu 54, tal-Artikolu 63(4) u (5), tal-Artikolu 64, tal-Artikolu 70(2), tal-Artikolu 75f(1), tal-Artikolu 78(3), tal-Artikolu 94a(1), tal-Artikolu 96c(1), l-Artikolu 126 u l-Artikolu 128(3) għandha tinġabar u tiġi pproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-finijiet li ġejjin:

(a)

il-konformità mal-obbligi li jidentifikaw informazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti tas-sajd u li jwettqu skambji tad-data dwar data tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 15, 24, 34, 47, 70, 74, 78, 94a u 96c; u

(b)

il-monitoraġġ, il-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 30b, 30c, 37b, 37c, 54, 63, 64, 126 u 128.

2.   Id-data personali li tasal f’konformità ma’ dan ir-Regolament ma għandhiex tinħażen għal aktar milli jkun meħtieġ għall-fini li tkun inġabret u, fi kwalunkwe każ, għal mhux aktar minn 5 snin mill-ġbir tagħha, ħlief għad-data personali li tkun meħtieġa biex tippermetti s-segwitu tal-ilmenti, il-ksur u l-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi, li jistgħu jinżammu sa tmiem il-proċedura, il-proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji kkonċernati jew iż-żmien meħtieġ għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet jew penali. Jekk id-data tinżamm għal perjodu ta’ żmien itwal, din għandha tiġi anonimizzata.

3.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala kontrolluri kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali li jiġbru u jgħaddu skont dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6) fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li tiġbor u tgħaddi skont dan ir-Regolament.

5.   Minbarra l-obbligi stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom kull wieħed:

(a)

jiżguraw trattament kunfidenzjali meta tingħadda u tiġi riċevuta d-data elettronika;

(b)

jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità u s-sigurtà stabbiliti fir-Rakkomandazzjonijiet tal-GFCM, inkluż protokolli ta’ kriptaġġ xierqa biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u l-awtentiċità;

(c)

meta meħtieġ, fuq it-talba tas-Segretarjat tan-GFCM, jirrettifikaw jew iħassru rapporti jew messaġġi elettroniċi pproċessati b’mod li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament;

(d)

jiżguraw li d-data elettronika tinħażen u tintuża biss għall-monitoraġġ, il-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar jew għal skopijiet oħra speċifikati f’dan ir-Regolament; u

(e)

jiżguraw li t-trażmissjoni kollha tad-data elettronika tuża sistemi ta’ komunikazzjoni tad-data ttestjati kif xieraq mas-Segretarjat tan-GFCM.

6.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom kull wieħed jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar ta’ data personali fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li jsir skont dan ir-Regolament, inkluż l-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet li għandhom dritt ta’ aċċess għal bażijiet tad-data rilevanti dwar is-sajd. B’mod partikolari, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex:

(a)

jipproteġu fiżikament id-data, inkluż billi joħolqu pjanijiet ta’ kontinġenza għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika;

(b)

jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzata tal-mezzi tad-data;

(c)

jimpedixxu l-input mhux awtorizzat tad-data u l-aċċess mhux awtorizzat, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati tad-data personali rreġistrata;

(d)

jimpedixxu l-ipproċessar mhux awtorizzat ta’ data u kwalunkwe kkuppjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta’ data;

(e)

jiżguraw li persuni awtorizzati biex jaċċessaw il-bażijiet tad-data rilevanti dwar is-sajd ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta’ identitajiet tal-utenti individwali u permezz ta’ modalitajiet ta’ aċċess kunfidenzjali biss;

(f)

jiżguraw li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tal-GFCM tista’ tingħadda d-data personali u x’data tkun ġiet proċessata fil-bażijiet tad-data rilevanti dwar is-sajd, inkluż meta, minn min u għal liema skop seħħ dan l-ipproċessar;

(g)

jipprevjenu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat tad-data personali matul it-trażmissjoni tad-data personali lejn il-bażijiet tad-data rilevanti dwar is-sajd jew minnhom jew matul it-trasport ta’ mezzi tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki xierqa ta’ kriptaġġ; u

(h)

jimmonitorjaw l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà previsti f’dan il-paragrafu u jieħdu l-miżuri organizzazzjonali meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.”

(*5)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj)."

(*6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).”;"

;

(81)

l-Artikolu 139 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 139

Delega ta’ setgħat

Sa fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni emendi għal miżuri tal-GFCM diġà implimentati li jsiru vinkolanti għall-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jemendaw dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 140, fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

l-għoti ta’ informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM skont l-Artikolu 120(4);

(b)

l-arranġamenti dwar il-lista ta’ bastimenti awtorizzati li għandha tgħaddi lis-Segretarjat tal-GFCM skont l-Artikoli 9, 10, 15, 24 u 34, l-Artikolu 47(4), l-Artikoli 61, 70, 74e u 75c, l-Artikolu 78(3), l-Artikoli 86 u 96c, l-Artikolu 116(5) u l-Artikolu 122, u d-data li għandha tiġi inkluża skont l-Annessi VIII, XIX u XXIII;

(c)

l-implimentazzjoni tas-CDS permanenti għall-qroll aħmar skont l-Artikolu 55 u l-Anness X;

(d)

il-miżuri tal-Istat tal-port stabbiliti fl-Artikoli 123 sa 127;

(e)

it-tabella, il-mappa u l-koordinati ġeografiċi tal-GSAs stabbiliti fl-Anness I;

(f)

il-proċeduri ta’ spezzjoni tal-Istat tal-port għall-bastimenti stabbiliti fl-Anness II;

(g)

il-matriċijiet ta’ statistika tal-GFCM stabbiliti fl-Anness III;

(h)

ir-referenzi għall-atti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 120(2) u l-Artikolu 120e(3);

(i)

l-istabbilment ta’ informazzjoni dwar osservazzjonijiet ta’ bastimenti fl-Anness VII; u

(j)

miżuri li jikkonċernaw il-barbun imperjali stabbilit fl-Artikoli 90 sa 94a u fl-Anness XXIV.”

;

(82)

l-Annessi VII, VIII, X u XI huma sostitwiti kif stabbilit fil-punti (1) u (2) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(83)

jiżdiedu l-Annessi XVII, XVIII, XIX, XX, XXI, XXII, XXIII, XXIV u XXV kif stabbilit fil-punt (3) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strażburgu, il-21 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

T. DOOLEY


(1)  Opinjoni tal-10 ta’ Lulju 2024 (ĠU C, C/2024/6023, 23.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6023/oj).

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Settembru 2026 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2026.

(3)   ĠU L 190, 4.7.1998, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1998/416/oj.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat- 18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1100/oj).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) (ĠU L, 2023/2124, 12.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2124/oj).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1005/oj).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).

(9)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).


ANNESS

(1)   

L-Annessi VII u VIII huma sostitwiti b’dan li ġej:

“ANNESS VII

RAPPORT TAL-OSSERVAZZJONIJIET

Rapport tal-Osservazzjonijiet

1.

Data tal-osservazzjonijiet: Ħin Jum Xahar Sena

2.

Pożizzjoni tal-bastiment osservat: Latitudni Lonġitudni Żona tas-sajd Subżona ġeografika, Diviżjoni:

3.

Isem tal-bastiment osservat:

4.

Stat tal-bandiera:

5.

Port (u pajjiż) tar-reġistru:

6.

Tip ta’ bastiment:

7.

Sinjal Internazzjonali tas-Sejħa bir-Radju:

8.

Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali:

9.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment:

10.

Numru tal-IMO:

11.

Deskrizzjoni tal-bastiment: Tul stmat totali u tunnellaġġ gross: m GT Wisa’ stmata: Kummenti oħra:

12.

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd (jekk applikabbli): Tip: Kwantità stmata (unitajiet):

13.

Sitwazzjoni tal-bastiment (jekk jogħġbok immarka): [] Sajd [] Navigazzjoni [] Sajd bl-għeżula tat-tisqif [] Forniment [] Trażbord [] Oħra (speċifika):

14.

Tip ta’ attivitajiet tal-bastiment osservat (jekk jogħġbok iddeskrivi):

Data: Ħin: Attività: Direzzjoni: Pożizzjoni:

Il-bastiment kien preżunt li qed jaqbad il-ħut fl-ilmijiet marittimi taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ stat kostali fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM mingħajr il-permess ta’ tali Stat jew bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu? [] Iva [] Le

Il-bastiment kien preżunt li qed iwettaq attivitajiet tas-sajd matul perjodi magħluqa tas-sajd jew f’żoni magħluqa? [] Iva [] Le

Il-bastiment kien preżunt li qed iwettaq attivitajiet ta’ trażbord fuq il-baħar? [] Iva [] Le

Il-bastiment kien preżunt li qed jistad mingħajr nazzjonalità? [] Iva [] Le

Il-bastiment kien preżunt li qed iwettaq attivitajiet tas-sajd mingħajr numru ta’ identifikazzjoni adegwat tal-bastiment jew waqt li kien qed jaħbi l-marki esterni tiegħu? [] Iva [] Le

Il-bastiment kien preżunt li kien involut f’sajd jew f’attivitajiet relatati mas-sajd bi ksur ta’ kwalunkwe miżura oħra ta’ konservazzjoni jew ta’ ġestjoni tal-GFCM? [] Iva [] Le

15.

Kuntatt bir-radju mal-bastiment [] Iva [] Ebda

Sommarju tal-konverżazzjoni mal-bastiment:

16.

Informazzjoni rilevanti oħra:

17.

Lista ta’ dokumenti mehmuża (bħal ritratti, rapporti rilevanti abbozzati mill-awtoritajiet kompetenti eċċ.):

18.

L-informazzjoni ta’ hawn fuq inġabret minn: Isem: Titlu: Mezzi ta’ osservazzjoni (inkluż l-isem u l-pożizzjoni tal-bastiment/tal-inġenju tal-ajru, l-isem u l-post taċ-ċentru ta’ monitoraġġ tas-sajd (ĊMS), meta jkun xieraq): Data: (jum) (xahar) (sena) Firma:

ANNESS VIII

DATA LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-LISTA TA’ BASTIMENTI

Il-lista msemmija fl-Artikoli 15, 24, 34, 47, 61, 70, 74, 74e, 75f, 77a, 78, 96c, 110b u 116 għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni li ġejja:

—

Isem tal-bastiment (il-bastiment awtorizzat jew il-bastiment awtorizzat użat għall-qbid)

—

Numru tar-reġistru tal-bastiment (kodiċi assenjat mill-Istati Membri)

—

Numru ta’ reġistrazzjoni tal-GFCM (il-kodiċi 3-alfa tal-ISO tal-pajjiż + 9 ċifri, eż. xxx000000001)

—

Port tar-reġistrazzjoni (l-isem sħiħ tal-port)

—

Isem preċedenti (jekk ikun hemm)

—

Bandiera preċedenti (jekk ikun hemm)

—

Dettalji preċedenti tat-tħassir minn reġistri oħrajn (jekk ikun hemm)

—

Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (jekk ikun hemm)

—

VMS (indika I/L)

—

Tip ta’ bastiment, tul totali (LOA) u tunnellaġġ gross (GT) u s-saħħa tal-magna espressa f’kW

—

Tagħmir ta’ sikurezza u ta’ sigurtà għall-ospitar tal-osservatur(i) abbord (indika I/L) (jekk applikabbli)

—

Speċjiet ewlenin fil-mira (jekk applikabbli)

—

Isem u indirizz tas-sid(ien) u tal-operatur(i)

—

Irkaptu/i ewlieni/ewlenin u allokazzjoni tas-segment tal-flotta u unità operazzjonali kif identifikati fid-DCRF (jekk applikabbli)

—

Perjodu staġunali awtorizzat għas-sajd: minn JJ/XX/SSSS sa JJ/XX/SSSS u l-irkaptu kkonċernat (jekk applikabbli)

—

Żona awtorizzata għas-sajd (GSAs jew rettangoli tal-grilja statistika tal-GFCM (jekk applikabbli)

—

Parteċipazzjoni fi programmi ta’ riċerka mmexxija minn istituzzjonijiet xjentifiċi nazzjonali/internazzjonali (indika I/L b’deskrizzjoni) (jekk applikabbli)

—

Għadd ta’ jiem ta’ sajd eżerċitati minn kull bastiment fis-sena preċedenti u għadd ta’ jiem ta’ sajd li jistgħu jiġu eżerċitati minn kull bastiment skont is-sena u l-irkaptu (jekk applikabbli)

—

Port deżinjat (jekk applikabbli)

—

Speċi fil-mira (jekk applikabbli).”;

(2)   

l-Annessi X u XI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“ANNESS X

ĊERTIFIKAT TAL-QBID GĦALL-ISKEMA TA’ DOKUMENTAZZJONI TAL-QBID (CDS) TAL-QROLL AĦMAR TAL-GFCM

Ċertifikat tal-qbid għall-Iskema ta’ Dokumentazzjoni tal-Qbid (CDS) tal-qroll aħmar tal-GFCM

Numru tad-dokument

Awtorità ta’ validazzjoni

1.

Isem:

Indirizz:

Tel.

Faks

2.

Isem il-Bastiment tas-Sajd:

Bandiera – Port tar-ritorn u numru ta’ reġistrazzjoni:

Sinjal tas-sejħa

Numru tal-IMO/Lloyd’s

(jekk maħruġ)

Nru tal-liċenzja tas-sajd - valida sa (data)

Nru tal-Inmarsat, Nru tal-Faks, Nru tat-Telefon,

Indirizz tal-posta elettronika (jekk maħruġ)

Port tal-ħatt l-art

Data tal-ħatt l-art minn ............................. sa............................

3.

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona tal-qbid

Data tal-qbid

Piż nett tal-esportazzjoni (kg)

Piż ħaj korrispondenti (kg)

Piż tal-ħatt l-art korrispondenti (kg)

A.

 

 

 

 

 

B.

 

 

 

 

 

C.

 

 

 

 

 

D.

 

 

 

 

 

E.

 

 

 

 

 

4.

Isem il-kaptan tal-bastiment tas-sajd

Firma:

Siġill:

5.

Isem u indirizz tal-esportatur, jekk applikabbli

Firma:

Data:

Siġill:

6.

Validazzjoni tal-awtorità tal-Istat tal-bandiera::

Isem/titlu

Firma:

Data:

Siġill (timbru):

7.

Id-dettalji tat-trasport, jekk applikabbli

Pajjiż/port/ajruport tal-esportazzjoni, oħrajn Post tat-tluq

Identifikaturi tal-mezzi tat-trasport (bastiment, titjira, trakk, eċċ.)

8.

Dikjarazzjoni tal-importatur, jekk applikabbli

Isem u indirizz tal-importatur

Firma:

Data:

Siġill:

Kodiċi NM tal-prodott

(*)

indika kif adatt

 

 

Ċertifikat ta’ riesportazzjoni, jekk applikabbli

 

Numru taċ-Ċertifikat

Data

Stat Membru

 

1.

Deskrizzjoni tal-prodott riesportat

Piż (kg)

 

Speċi

Kodiċi tal-prodott

Bilanċ mill-kwantità totali ddikjarata fiċ-ċertifikat tal-qbid

 

2.

Isem tar-riesportatur

Firma:

Data:

Siġill:

 

3.

Awtorità

 

Isem/titolu

Firma:

Data:

Siġill/timbru:

 

4.

Kontroll fuq ir-riesportazzjoni

 

Post:

Riesportazzjoni awtorizzata (*)

Verifika mitluba (*)

Dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni numru u data

 

(*)

indika kif adatt

ANNESS XI

KOORDINATI TAŻ-ŻONI RISTRETTI GĦAS-SAJD (FRAs) U TAŻ-ŻONI TA’ LQUGĦ

A.   FRAs fil-Golf tal-Iljuni

(1)

Żona A tal-FRA konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

43o00′ N; 4o49.35′ E

—

43o00′ N; 4o53.7′ E

—

42o55.896′ N; 4o53.7′ E

—

42o55.896′ N; 4o49.35′ E;

(2)

Żona B tal-FRA konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

42o40′ N; 4o20′ E

—

42o40′ N; 5o00′ E

—

43o00′ N; 4o20′ E

—

43o00′ N; 5o00′ E.

B.   Il-FRAs fl-Istrett ta’ Sqallija

(1)

Il-FRA ‘Lvant ta’ Adventure Bank’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

37o 23.850′ N, 12o 30.072′ E

—

37o 23.884′ N, 12o 48.282′ E

—

37o 11.567′ N, 12o 48.305′ E

—

37o 11.532′ N, 12o 30.095′ E;

(2)

Il-FRA ‘Punent tal-Baċin ta’ Gela’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

37o 12.040′ N, 13o 17.925′ E

—

37o 12.047′ N, 13o 36.170′ E

—

36o 59.725′ N, 13o 36.175′ E

—

36o 59.717′ N, 13o 17.930′ E;

(3)

Il-FRA ‘Lvant tal-Malta Bank’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

36o 12.621′ N, 15o 13.338′ E

—

36o 12.621′ N, 15o 26.062′ E

—

35o 59.344′ N, 15o 26.062′ E

—

35o 59.344′ N, 15o 13.338′ E.

C.   Żoni ta’ lqugħ fl-Istrett ta’ Sqallija

(1)

iż-żona ta’ lqugħ madwar il-FRA ‘Lvant ta’ Adventure Bank’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

37o 24.849′ N, 12o 28.814′ E

—

37o 24.888′ N, 12o 49.536′ E

—

37o 10.567′ N, 12o 49.559′ E

—

37o 10.528′ N, 12o 28.845′ E;

(2)

iż-żona ta’ lqugħ madwar il-FRA ‘Punent tal-Baċin ta’ Gela’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

37o 13.041′ N, 13o 16.672′ E

—

37o 13.049′ N, 13o 37.422′ E

—

36o 58.723′ N, 13o 37.424′ E

—

36o 58.715′ N, 13o 16.682′ E;

(3)

iż-żona ta’ lqugħ madwar il-FRA ‘Lvant tal-Bank ta Malta’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

36o 13.624′ N, 15o 12.102′ E

—

36o 13.624′ N, 15o 27.298′ E

—

35o 58.342′ N, 15o 27.294′ E

—

35o 58.342′ N, 15o 12.106′ E.

D.   Restrizzjonijiet fuq il-FRA ta’ Jabuka/Pomo Pit fil-Baħar Adrijatiku

(1)

hija konfinata b’linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

43o 32.044′ N, 15o 16.501′ E

—

43o 05.452′ N, 14o 58.658′ E

—

43o 03.477′ N, 14o 54.982′ E

—

42o 50.450′ N, 15o 07.431′ E

—

42o 55.618′ N, 15o 18.194′ E

—

43o 17.436′ N, 15o 29.496′ E

—

43o 24.758′ N, 15o 33.215′ E;

(2)

hija konfinata b’linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

43o 03.477′ N, 14o 54.982′ E

—

42o 49.811′ N, 14o 29.550′ E

—

42o 35.205′ N, 14o 59.611′ E

—

42o 49.668′ N, 15o 05.802′ E

—

42o 50.450′ N, 15o 07.431′ E;

(3)

hija konfinata b’linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

43o 17.436′ N, 15o 29.496′ E

—

43o 24.758′ N, 15o 33.215′ E

—

43o 20.345′ N, 15o 47.012′ E

—

43o 18.150′ N, 15o 51.362′ E

—

43o 13.984′ N, 15o 55.232′ E

—

43o 12.873′ N, 15o 52.761′ E

—

43o13.494′ N, 15o40.040′ E.

E.   Il-FRAs f’ħabitats sensittivi tal-baħar fond

(1)

Il-FRA tal-baħar fond ‘Sikka ta’ Lophelia ’l barra minn Capo Santa Maria di Leuca’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

39o 27.72′ N, 18o 10.74′ E

—

39o 27.80′ N, 18o 26.68′ E

—

39o 11.16′ N, 18o 32.58′ E

—

39o 11.16′ N, 18o 04.28′ E;

(2)

il-FRA tal-baħar fond ‘L-idrokarburi kesħin fiż-żona tad-delta tan-Nil’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

31o 30.00′ N, 33o 10.00′ E

—

31o 30.00′ N, 34o 00.00′ E

—

32o 00.00′ N, 34o 00.00′ E

—

32o 00.00′ N, 33o 10.00′ E;

(3)

il-FRA tal-baħar fond ‘L-Eratosthenes Seamount’ konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

—

33o 00.00′ N, 32o 00.00′ E

—

33o 00.00′ N, 33o 00.00′ E

—

34o 00.00′ N, 33o 00.00′ E

—

34o 00.00′ N, 32o 00.00′ E.”;

(3)   

jiżdiedu l-Annessi li ġejjin:

“ANNESS XVII

AZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ISPEĊI GĦALL-ELAŻMOBRANKI

Għall-mazzola tat-tbajja’ (Mustelus asterias, Mustelus mustelus, Mustelus punctulatus):

—

valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-mazzola tat-tbajja’ fis-sajd kollu, inkluż bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi/tan-nofs fond li jimmiraw speċijiet pelaġiċi żgħar;

—

valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-mazzola tat-tbajja’ li tinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

—

identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-mazzola tat-tbajja’;

—

identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

—

ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inkluż miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-mazzola tat-tbajja’, jekk ikun hemm; u

—

valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għall-pixxivolpi komuni (Alopias vulpinus):

—

valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-pixxivolpi komuni fis-sajd kollu;

—

valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-pixxivolpi komuni li jinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

—

identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-pixxivolpi komuni;

—

identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

—

ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inkluż miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-pixxivolpi komuni, jekk ikun hemm; u

—

valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għall-kelb griż (Carcharhinus plumbeus):

—

valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-kelb griż fis-sajd kollu;

—

valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-kelb griż li jinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

—

identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-kelb griż;

—

identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

—

ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inkluż miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-kelb griż, jekk ikun hemm; u

—

valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għaż-żagħrun (Centrophorus granulosus):

—

valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat taż-żagħrun fis-sajd kollu;

—

valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza taż-żagħrun li jinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

—

identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi taż-żagħrun;

—

identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

—

ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inkluż miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni taż-żagħrun, jekk ikun hemm; u

—

valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għall-murruna ta’ seba’ garġi (Heptranchias perlo):

—

valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-murruna ta’ seba’ garġi fis-sajd kollu;

—

valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-murruna ta’ seba’ garġi li tinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

—

identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-murruna ta’ seba’ garġi;

—

identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

—

ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inkluż miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-murruna ta’ seba’ garġi, jekk ikun hemm; u

—

valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għall-mazzola griża (Squalus acanthias):

—

valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-mazzola griża fis-sajd kollu;

—

valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-mazzola griża li tinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

—

identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-mazzola griża;

—

identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

—

ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inkluż miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-mazzola griża, jekk ikun hemm; u

—

valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għall-ħuta kaħla (Prionace glauca):

—

valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-ħuta kaħla fis-sajd kollu;

—

valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-ħuta kaħla li tinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

—

identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-ħuta kaħla;

—

identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

—

ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inkluż miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-ħuta kaħla, jekk ikun hemm; u

—

valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

ANNESS XVIII

MIŻURI TA’ MITIGAZZJONI

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni jistgħu jinkludu l-elementi li ġejjin li għandhom jiġu adattati skont l-ispeċifiċitajiet ta’ kull tip ta’ sajd:

—

L-irkaptu tas-sajd jintrama preferibbilment billejl (siegħa wara l-għabex u siegħa qabel iż-żerniq)

—

Użu ta’ rkaptu modifikat b’żieda fil-ponderazzjoni. Il-bastimenti għandhom jiġu mħeġġa jiżviluppaw konfigurazzjonijiet tal-irkaptu li jimminimizzaw ir-riskji tal-interazzjoni tat-tjur tal-baħar ma’ partijiet mix-xibka, il-linji u s-snanar li għalihom huma l-aktar vulnerabbli

—

Użu ta’ rkaptu modifikat b’mill-anqas lett tori wieħed u b’nuffara kkuluriti. Nuffara ta’ kulur jgħajjat jistgħu jkunu qosra jew twal, jew it-tnejn. Huwa rrakkomandat li n-nuffara qosra jitwaħħlu f’intervalli ta’ metru u f’intervalli twal ta’ 5 metri tul il-firxa mill-ajru tal-linja. Għall-bastimenti tas-sajd ta’ anqas minn 35 metru f’LOA, il-lett tori għandu jitwaħħal f’għoli ta’ mill-anqas 6 metri u għandu jinkludi firxa mill-ajru ta’ 75 metru, b’nuffara li jilħqu l-wiċċ tal-ilma kull 5 metri tul l-ewwel 55 metru tal-linja. Għandu jintuża apparat irmunkat xieraq biex jiskula, jimmassimizza l-firxa tal-ajru u jżomm il-linja wara l-bastiment matul irjieħ trażversali

—

Projbizzjoni tar-rilaxx tal-ġewwieni u l-qbid skartat waqt il-kalar u l-ġbid tal-irkaptu tas-sajd. Ix-xbieki u tipi oħrajn ta’ rkaptu tas-sajd għandhom jitnaddfu qabel ma jintramaw sabiex jitneħħa kwalunkwe oġġett li jista’ jattira l-għasafar tal-baħar. Barra minn hekk, il-bastimenti għandhom jadottaw proċeduri ta’ kalar u ta’ ġbid li jimminimizzaw il-ħin li l-irkaptu tas-sajd jibqa’ f’wiċċ l-ilma. Il-manutenzjoni tax-xbieki u ta’ tipi oħrajn ta’ rkaptu ma għandhiex titwettaq, sa fejn ikun possibbli, meta x-xbieki jew l-irkaptu jkunu fl-ilma

—

Żgurar ta’ taħriġ regolari għal rilaxx xieraq u sikur ta’ speċijiet maqbuda

—

Twettiq ta’ operazzjonijiet tas-sajd b’tali mod li l-kalamenti jew il-kejbils jinżlu fl-ilma kemm jista’ jkun malajr lil hinn minn kemm jistgħu jilħqu l-għasafar tal-baħar ladarba jitqiegħdu fl-ilma

—

Użu ta’ lett bl-infafar meta jintrama l-irkaptu tas-sajd biex l-għasafar tal-baħar jiġu skoraġġuti milli jersqu lejn il-kalamenti jew il-kejbils tat-tkarkir

—

Inkoraġġiment tal-użu ta’ apparat għall-esklużjoni tal-għasafar biex l-għasafar tal-baħar jiġu skoraġġuti milli jfittxu l-ikel fuq il-lixki matul il-ġbid tal-konzijiet

—

Isir kull sforz biex jiġi żgurat li l-għasafar tal-baħar maqbuda ħajjin matul l-operazzjonijiet tas-sajd jinħelsu ħajjin u s-snanar jitneħħew b’mod sikur, jekk ikun meħtieġ, mingħajr ma tiġi pperikolata ħajjithom.

ANNESS XIX

LISTA TA’ INFORMAZZJONI DETTALJATA DWAR IL-BASTIMENTI LI JISTADU FIŻ-ŻONI RISTRETTI GĦAS-SAJD (FRAs)

Il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja għal kull bastiment u għal kull FRA:

—

Isem il-bastiment (bil-karattri Latini)

—

Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali: il-kodiċi li jirrappreżenta l-identifikatur uffiċjali tal-bastiment kif irrapportat fir-reġistru tal-flotta nazzjonali (sekwenza alfanumerika)

—

Numru ta’ reġistrazzjoni tal-GFCM (il-kodiċi 3-alfa tal-ISO tal-pajjiż + 9 ċifri, eż. xxx000000001)

—

Numru tal-IMO jew numru tal-immarkar estern

—

Awtorità ta’ reġistrazzjoni: isem tal-awtorità li ħarġet ir-reġistrazzjoni tal-bastiment

—

Isem tal-FRA

—

Isem preċedenti (jekk ikun hemm)

—

Bandiera preċedenti (jekk ikun hemm)

—

Dettalji preċedenti tat-tħassir minn reġistri oħrajn (jekk ikun hemm)

—

Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (jekk ikun hemm)

—

Tip ta’ bastiment, tul totali (LOA) u tunnellaġġ gross (GT)

—

Irkaptu ewlieni użat għas-sajd fiż-żona B tal-FRA

—

Speċijiet fil-mira

—

Perjodu staġunali awtorizzat għas-sajd fil-FRA: minn JJ/XX/SSSS sa JJ/XX/SSSS u l-irkaptu kkonċernat

—

Għadd ta’ jiem ta’ sajd li jista’ jiġi eżerċitat minn kull bastiment

—

Għadd ta’ jiem ta’ sajd operati mill-bastiment fiż-żona B tal-FRA matul is-sena.

ANNESS XX

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F’DIKJARAZZJONI TAT-TRAŻBORD TAL-GFCM

Elementi

Bastiment donatur

Bastiment riċeventi

1.

Isem il-Bastiment

 

 

2.

Stat tal-Bandiera

 

 

3.

Tip ta’ bastiment (ISSCFV)

 

 

4.

IMO number, if eligible

 

 

5.

Numru tal-IMO, jekk eleġibbli

 

 

6.

ID tar-reġistrazzjoni jekk tkun differenti minn ID esterna

 

 

7.

Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju, jekk disponibbli

 

 

8.

Numru tas-servizz mobbli marittimu (MMSI), jekk disponibbli

 

 

9.

Informazzjoni dwar is-sid tal-bastiment/il-kumpanija

Isem

 

 

Indirizz

 

 

Informazzjoni ta’ kuntatt (posta elettronika u numru tat-telefown)

 

 

10.

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-bastiment

Isem tal-kaptan

 

 

Nazzjonalità

 

 

Numru tat-telefown

 

 

Posta elettronika

 

 

11.

Identifikatur tal-awtorizzazzjoni tat-trażbord, jekk ikun hemm

 

 

12.

Awtorizzazzjoni għat-trażbord maħruġa minn

 

 

13.

Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tat-trażbord

 

 

14.

Ħin u data tat-trażbord

Bidu (ħin/jum/xahar/sena)

 

Tmiem (ħin/jum/xahar/sena)

 

15.

Post tat-trażbord port/pożizzjoni fuq il-baħar (lat./lonġ.)

 

16.

Kwantitajiet abbord qabel it-trażbord

Bastiment donatur

Bastiment riċeventi

Żona/i tal-qbid

 

 

Speċi (il-kodiċijiet FAO/ASFIS)

 

 

Forma tal-prodott (tip ta’ preżervazzjoni u preżentazzjoni)

 

 

Kwantità (piż)

 

 

17.

Ħut trażbordat

Bastiment donatur

Bastiment riċeventi

Żona/i tal-qbid

 

 

Speċi (il-kodiċijiet FAO/ASFIS)

 

 

Forma tal-prodott (tip ta’ preżervazzjoni u preżentazzjoni)

 

 

Kwantità (piż)

 

 

18.

Firma

Bastiment donatur

Bastiment riċeventi

Firma tal-kaptan

 

 

ANNESS XXI

SPEĊIJIET IPPROJBITI

Mammiferi tal-baħar (l-ispeċijiet kollha)

Għasafar tal-baħar (l-ispeċijiet kollha)

Rettili tal-baħar (l-ispeċijiet kollha)

Speċijiet elenkati fl-Appendiċijiet I u II skont il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES)

Speċijiet elenkati fl-Appendiċijiet I u II skont il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċi Migratorji tal-Annimali Selvaġġi (CITES)

Speċijiet elenkati fl-Anness II skont il-Protokoll SPA/BD tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona

Speċijiet tal-baħar protetti mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri

Speċijiet tal-baħar speċifikament ipprojbiti għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri

ANNESS XXII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA DWAR QABDIET INĊIDENTALI TA’ GĦASAFAR TAL-BAĦAR

—

In-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) tal-bastiment tas-sajd, id-data, il-ħin u l-post tal-qabda, id-daqs imkejjel tal-ispeċijiet li jinqabdu mejtin u d-daqs stmat tal-ispeċijiet li jinqabdu ħajjin;

—

ir-rati ta’ mortalità inċidentali tal-għasafar tal-baħar assoċjati ma’ kull sajda, id-dettalji tal-ispeċijiet ta’ għasafar tal-baħar involuti u l-istimi tal-mortalità totali ta’ għasafar tal-baħar (fil-livell tal-GSA jew tar-rettangolu statistiku tal-GFCM, jekk possibbli);

—

miżuri biex titnaqqas jew tiġi eliminata l-mortalità inċidentali tal-għasafar tal-baħar li jkunu preżenti f’kull sajda u sa liema punt kwalunkwe waħda minn dawk il-miżuri hija volontarja jew obbligatorja, flimkien ma’ valutazzjoni tal-effettività tagħhom; u

—

programmi ta’ osservaturi xjentifiċi li jipprovdu kopertura spazjali u temporali addizzjonali tas-sajd li tippermetti stima statistikament akkurata tal-qabda inċidentali ta’ għasafar tal-baħar assoċjati ma’ kull sajd.

ANNESS XXIII

Kampijiet tad-data obbligatorji dwar il-bastimenti tas-sajd fir-reġistru tal-GFCM ta’ bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ aktar minn 15-il metru awtorizzati biex jistadu fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM

Kampijiet tad-data

Status tal-kunfidenzjalità tad-data

Pajjiż

P

Sena ta’ referenza

P

Awtorità ta’ reġistrazzjoni

P

Isem il-bastiment bil-karattri Latini

P

Isem il-bastiment preċedenti (jekk ikun hemm)

P

Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali

P

Numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

P

Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS)

(jekk applikabbli)

P

Identità tas-servizz mobbli marittimu (MMSI)

(jekk applikabbli)

P

Numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) (jekk applikabbli)

P

Status operazzjonali (indikatur tal-attività)

P

Port tar-reġistrazzjoni

P

Sena tad-dħul fl-attività tas-sajd (jekk ikun hemm)

P

Awtorizzazzjoni għas-sajd (indikatur tal-liċenzja)

P

Subżona ġeografika (GSA) (GSA ewlenija)

P

Żona statistika tas-sajd sekondarju (GSA)

(jekk ikun hemm)

P

Żona statistika tas-sajd terzjarju (GSA) (jekk ikun hemm)

P

Tip ta’ bastiment (eż. bastiment tat-tkarkir, bastiment tas-sajd bil-konz)

P

Irkaptu tas-sajd ewlieni

P

Irkaptu tas-sajd sussidjarju

P

Irkaptu tas-sajd terzjarju (jekk ikun hemm)

P

Tul totali (LOA)

P

Tunnellaġġ gross (GT)

P

Sena tal-kostruzzjoni

P

Saħħa tal-magna ewlenija (kW)

P

Sid (isem u indirizz)

R

Operatur (isem u indirizz)

(jekk differenti mis-sid)

R

Għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ

R

Għadd massimu ta’ membri tal-ekwipaġġ

R

Indikatur tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) (preżenza/assenza)

P

Awtorizzazzjoni għas-sajd f’żona ristretta għas-sajd (FRA), isem il-FRA (kif adottat mill-GFCM)

P

ANNESS XXIV

ĊERTIFIKAT TAL-QBID GĦALL-ISKEMA TA’ DOKUMENTAZZJONI TAL-QBID (CDS) TAL-BARBUN IMPERJALI TAL-GFCM

Ċertifikat tal-qbid għall-Iskema ta’ Dokumentazzjoni tal-Qbid (CDS) tal-barbun imperjali tal-GFCM fil-GSA 29

Numru tad-dokument tal-qbid

Awtorità ta’ Validazzjoni

1.

Isem il-kaptan tal-bastiment tas-sajd

Indirizz Tel./faks/email

Firma u timbru tal-kaptan tal-bastiment tas-sajd

 

2.

Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Il-bandiera u l-port tar-ritorn

Sinjal tas-sejħa/IMO

(fejn applikabbli)

Inmarsat/faks/numru tat-telefown/email

3.

Port

 

 

 

Port u pajjiż tat-tluq

Port u pajjiż tal-ħatt

4.

Kaptan il-bastiment tas-sajd

Isem

Indirizz

Tel./faks/email

Numru tal-liċenzja tas-sajd – valida sa (data)

Numru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-barbun imperjali – valida sa (data)

Firma tad-detentur

5.

Żona tal-qbid (koordinati lonġitudni, latitudni) / Data tal-qbid

Piż stmat ħaj (kg)

Piż tal-ħatt l-art verifikat (kg)

a.

 

 

b.

 

 

c.

 

 

ANNESS XXV

Varjabbli tad-data li għandhom jiġu ppreżentati lis-Segretarjat tal-GFCM skont il-gwida mill-SAC u f’konformità mal-manwal tal-Qafas ta’ Referenza għall-Ġbir tad-Data (DCRF) tal-GFCM, inkluż definizzjonijiet fuq il-post

Kampijiet tad-data

Obbligatorju (x)

Status tal-kunfidenzjalità tad-data (*1)

Pajjiż

X

P

Sena ta’ referenza

X

P

Perjodu tas-sajd

X

P

Subżona ġeografika (GSA)

X

P

Total tal-ħatt l-art

X

P

Għadd ta’ bastimenti

X

P

Total tat-tunnellaġġ gross (GT) tal-bastimenti

 

P

Medda tat-tul tal-bastimenti (m)

 

P

Tul medju tal-bastimenti (m)

 

P

Għadd totali ta’ FADs skont it-tip

X

S

Għadd totali ta’ vjaġġi tas-sajd skont it-tip

X

S

Għadd ta’ FADs fil-mira għal kull vjaġġ tas-sajd, skont it-tip

X

S

Għadd ta’ FADs li saritilhom żjara għal kull vjaġġ tas-sajd skont it-tip

X

S

Daqs medju tal-ħut maqbud matul l-istaġun tas-sajd

 

S

Sistema ta’ ġbir u pproċessar tad-data tal-qbid u tal-isforz tas-sajd

 

S

Trażbord

 

S

(*1)  F’konformità mal-politika u l-proċeduri tal-kunfidenzjalità tad-data tal-GFCM, l-‘istatus tal-kunfidenzjalità tad-data’ jidentifika l-kriterji tal-livell tal-aċċess għall-fini tad-disseminazzjoni tad-data: pubbliku (P), semiprivat (S) jew privat (R).”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/2473/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)