31987R3427



Official Journal L 326 , 17/11/1987 P. 0025 - 0026


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3427/87

tas-16 ta’ Novembru 1987

li jistipula r-regoli dettaljati għall-intervent fis-suq tar-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1907/87 [2], u b’mod partikolari Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76 li jippermetti x-xiri biss jekk il-prezz tas-suq jibqa’ taħt il-prezz ta’ l-intervent għal ċertu perjodu; billi l-iskop ta’ dik id-dispożizzjoni huwa li ma tħallix rikors għal intervent fuq l-iċken ċaqliq fil-prezzijiet u li jattiva x-xiri l-ġewwa biss meta l-livell tal-prezzijiet huwa taħt il-prezz ta’ l-intervent għal ċertu perjodu; billi ġimgħatejn ikunu żmien biżżejjed għal dak il-perjodu;

Billi, taħt l-arranġamenti l-ġodda ta’ l-intervent preskritti bir-Regolament (KEE) Nru 1907/87, xiri l-ġewwa bl-intervent jista’ jsir biss fuq il-bażi tal-paragun tal-prezzijiet tas-suq mal-prezz ta’ l-intervent; billi dan ta’ l-aħħar huwa stabbilit għal kwantità standard tal-prodott fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa, imwassal fil-maħżen qabel jinħatt; billi minħabba l-paragun il-prezz tas-suq għandu jkun stabbilit mill-prezzijiet irrekordjati f’punt identiku;

Billi, jekk is-sistema ta’ l-intervent għandha titmexxa sewwa, l-irrekordjar tal-prezzijiet għandu jkun limitat għas-suq fejn il-provvista l-aktar taqbeż id-domanda; billi, għal dak il-għan, il-prezz tas-suq biss tal-varjetà li l-aktar tirrapresenta dik il-parti tal-produzzjoni li taqbeż id-domanda għandha tkun rekordjata; billi, iżda, dispożizzjoni għandha ssir biex tikkonsidra s-sitwazzjoni tas-suq fi Spanja fejn hemm iż-żejjed;

Billi perjodu itwal ta’ osservazzjoni tas-suq għandu jkun meħtieġ qabel tittieħed deċiżjoni biex jitwaqqaf ix-xiri ta’ l-intervent milli huwa meħtieġ biex jinbeda x-xiri.

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Deċiżjoni biex jinbeda x-xiri l-ġewwa ta’ l-intervent matul il-perjodu msemmi f’Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76 għandha tittieħed jekk għal ġimgħatejn konsekuttivi il-prezz tas-suq rekordjat għal kull waħda minn dawk il-ġimgħat ikun anqas mill-prezz ta’ l-intervent applikabbli għall-ġimgħa konċernata.

2. Ix-xiri l-ġewwa ta’ l-intervent għandu jitwaqqaf jekk il-prezz tas-suq rekordjat kif indikat fil-paragrafu 1 ikun, għal tlett ġimgħat konsekuttivi, daqs jew ogħla mill-prezz ta’ l-intervent applikabbli għal dak il-perjodu.

Madankollu, l-offerti li jkunu saru qabel id-deċiżjoni li twaqqaf ix-xiri l-ġewwa ta’ l-intervent għandhom jibqgħu validi.

Artikolu 2

1. "Il-prezz tas-suq", kif imsemmi f’Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76, ifisser il-prezz rekordjat, kif stipulat f’Artikolu 3, fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa għall-oġġetti mwassla fil-maħżen qabel jinħattu, kontra ħlas fil-pront.

Il-prezzijiet għandhom ikunu aġġustati għall-kwalità standard.

2. L-Istati Membri li fihom jinsabu s-swieq imsemmija f’Artikolu 3 għandhom javżaw lill-Kummissjoni sa nhar ta’ Erbgħa ta’ kull ġimgħa mill-aktar tard bil-prezz rekordjat fl-imsemmija swieq mill-Erbgħa tal-ġimgħa ta’ qabel u bil-fatturi kollha li kellhom x’jaqsmu mal-formazzjoni tagħhom.

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

- il-prezzijiet għandhom ikunu rekordjati fuq is-suq ta’ Vercelli,

- il-varjetà li għalija l-prezzijiet ikunu rekordjati tkun il-Lido.

Madankollu fejn hemm ammont sinjifikament żejjed ta’ ross fis-suq Spanjol, il-prezzijiet rekordjati fuq is-suq ta’ Valenzja għall-varjetà ta’ Bahia jista’ jingħata kont tagħhom.

F’dak il-każ il-prezz tas-suq, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, ikun il-medja fuq il-bażi tat-toqol li ġej:

- 95 % tal-prezz tal-Lido rrekordjat f’Verceilli,

- 5 % tal-prezz tal-Bahia rrekordjat f’Valenzja.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Novembru 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1.

[2] ĠU L 182, tat-3.7.1987, p. 51.

--------------------------------------------------