2010D0372 — MT — 11.01.2014 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-18 ta' Ġunju 2010 dwar l-użu ta' sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3847) (It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Olandiż, bit-Taljan, bil-Pollakk u bil-Portugiż biss huma awtentiċi) (ĠU L 169, 3.7.2010, p.17) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-10 ta’ Ottubru 2013 |
L 8 |
27 |
11.1.2014 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Ġunju 2010
dwar l-użu ta' sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3847)
(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Olandiż, bit-Taljan, bil-Pollakk u bil-Portugiż biss huma awtentiċi)
(2010/372/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu,
Billi:|
(1) |
L-użu ta' sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu bħala aġenti tal-ipproċessar huwa wieħed mill-ftit użi emissivi li għadhom permessi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009. L-emissjonijiet ta' sustanzi li jnaqqsu l-ożonu jistgħu jikkawżaw ħsara sinifikanti fis-saff tal-ożonu. Għalhekk jeħtieġ li jiġi żgurat li l-emissjonijiet li ġejjin mill-użi ta' aġenti tal-ipproċessar ta' sustanzi li jnaqqsu l-ożonu jibqgħu insinifikanti. |
|
(2) |
Barra minn hekk, minħabba li r-responsabbiltajiet tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni X/14 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 jillimita l-użu tas-sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar għal 1 083 tunnellata metrika fis-sena u jillimita l-emissjonijiet mill-użi tal-aġenti tal-ipproċessar għal 17 tunnellata metrika fis-sena. |
|
(3) |
Żieda mhix mistennija fl-użu ta' sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar fis-snin riċenti hedded il-konformità tal-Unjoni mad-Deċiżjoni X/14 u poġġa l-ħtieġa ta' mmaniġjar aktar strett tal-użi. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għandha tiġi stabbilita lista ta' impriżi li huma permessi jużaw sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar, li tistabbilixxi l-kwantitajiet massimi permessi għall-użu fil-komposizzjoni u għall-emissjonijiet għal kull impriża konċernata. |
|
(5) |
Il-lista tal-impriżi u tal-kwantitajiet assoċjati ta' sustanzi għandha tkun ibbażata fuq rapporti mibgħuta mill-Istati Membri u aġġustati biex jiġi żgurat li l-Unjoni tibqa’ fi ħdan il-limiti stipulati bl-Artikolu 8(4). L-allokazzjoni tal-kwota tal-komposizzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet medji tas-snin 2005–2008. Il-kalkolu tad-domanda medja individwali ma għandux iqis snin li fihom l-impriża rispettiva ma użatx sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar. Il-limiti huma ffissati għal 124 % tal-medja individwali biex jakkomodaw varjazzjonijiet tad-domanda annwali, waqt li jiżguraw li l-limitu globali għall-Unjoni jiġi osservat. |
|
(6) |
Huwa xieraq li jitħalla jsir trasferiment tal-kwota bejn l-impriżi elenkati fl-Anness biex tiżdied il-flessibbiltà għall-impriżi li jwieġbu għall-ħtiġijiet li jinbidlu tas-suq. Madankollu, il-kwota għandha tieqaf meta l-istallazzjoni li għaliha ngħatat, tiġi ddikkummissjonata. Għalhekk, l-impriża għandha tinnotifika d-dikkummissjonament tal-istallazzjonijiet rispettivi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri konċernati. |
|
(7) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
1. “Komposizzjoni” tfisser il-kwantità totali ta' sustanza kkontrollati f'tunnellati metriċi, kemm jekk pura, irkuprata jew miġjuba lura, li ma kinetx intużat qabel fiċ-ċiklu tal-ipproċessar u li tiġi użata għall-ewwel darba f'dan iċ-ċiklu.
2. “Emissjoni” tfisser il-kwantità totali ta' sustanza kkontrollata f'tunnellati metriċi rrillaxxata fl-atmosfera, ilma jew ħamrija matul l-użu tal-aġent tal-ipproċessar u l-ħażna u l-manniġġ fuq is-sit tal-istallazzjoni.
Artikolu 2
Użi permessi tal-aġenti tal-ipproċessar u limiti għall-emissjonijiet u kwantitajiet
1. L-Anness għal din id-Deċiżjoni jistabbilixxi l-lista ta' impriżi li għalihom għandu jkun permess l-użu ta' sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem.
2. Kull impriża għandha tuża biss is-sustanza u l-proċess stabbiliti fl-Anness.
3. Il-kwantitajiet, stabbiliti fl-Anness, tal-komposizzjoni li tista' tintuża fis-sena u tal-emissjonijiet permessi fis-sena minn kull impriża ma jistgħux jinqabżu. Il-kwota allokata ma tibqax valida fi tmiem is-sena li fiha l-istallazzjoni li għaliha ngħatat il-kwota tiġi ddikkummissjonata definittivament.
Artikolu 3
Trasferiment ta’ kwoti allokati
►M1 Impriża tista’ tittrasferixxi lil impriża oħra elenkata fl-Anness, b’mod sħiħ jew parzjali, il-kwota tagħha għall-kompożizzjoni allokata għal installazzjoni eżistenti msemmija fl-Anness, irrispettivament mis-sustanza jew mill-użu li għalihom kienet allokata l-kwantità, jew tista’ tittrasferixxi fiha stess il-kwota tal-kompożizzjoni għal sustanza oħra u użu ieħor elenkati fl-Anness. ◄ Il-benefiċjarju jista' juża l-kwantità trasferita għas-sustanza u l-użu allokati lill-benefiċjarju fl-Anness. It-trasferiment għandu jseħħ biss wara li jkun nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u jkun hemm konferma mill-Kummissjoni li rċeviet in-notifika.
Artikolu 4
Notifika tad-dikkummissjonament
Fil-każ tad-dikkummissjonament tal-istallazzjonijiet konċernati, l-impriżi elenkati fl-Anness, għandhom fi żmien tliet xhur, jinnotifikaw b'dan lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih kien hemm l-istallazzjoni.
Artikolu 5
Data tal-applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:
|
Anwil SAUl. Torunska 222,87-805 WloclawekIL-POLONJA |
Arkema France S.A.420, rue d'Estienne D'Orves92705 Colombes CedexFRANZA |
|
Bayer Material Science AGCAS-PR-CKD, Gebäude B669,1538 DormhagenIL-ĠERMANJA |
CUF Quimicos Industriais SAQuinta da Industria Beduidu3860-680 EstarrejaIL-PORTUGALL |
|
Potasse et Produits Chimiques SA95 rue du General de Gaulle,68802 Thann CedexFRANZA |
Perstorp France SASRue Lavoisier BP 21,38801 Le Pont de ClaixFRANZA |
|
Solvay Solexis S.p.A.Viale Lombardia 2020021 Bollate (MI)L-ITALJA |
Teijin Twaron BVOosterhorn 6,9936 AD FarmsumIL-PAJJIŻI L-BAXXI |
ANNESS
[Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.]
( 1 ) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.