Official Journal L 245 , 14/09/1984 P. 0021 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0043
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0095
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0043
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 32 P. 0095
Id-direttiva tal-kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 1984 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutriment ta’ l-annimali (84/443/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tirrigwarda ċerti prodotti użati fl-alimentazzjoni ta’ l-annimali [1], u partikolarment l-Artikolu 6 tagħha, Billi d-Direttiva 82/471/KEE tipprovdi li l-kontenut ta’ l-Annessi għandu jiġi kostantement aġġustat mal-progress ta’ tagħrif xjentifiku u tekniku; Billi huwa xieraq li jiġi suddiviż il-grupp "komposti nitroġeni li m’għandhomx proteini u prodotti simili" sabiex tiġi stabbilita distinzjoni ċara bejn dawk il-prodotti li jappartienu rispettivament lill-gruppi "komposti nitroġeni mhux proteiċi", "amino aċidi u l-mluħ tagħhom", u "idrosalati-analogi ta’ amino aċidi"; billi, bħala riżultat ta’ din is-suddiviżjoni u fid-dawl ta’ studji li saru, l-użu ta’ prodotti ġodda għandu jiġi awtorizzat taħt ċerti kondizzjonijiet; Billi nstab neċessarju li jiġu mibdula l-karatteristiċi tal-kompożizzjoni u li jiġu preskritti dispożizzjonijiet speċjali għal ċerti prodotti li jinstabu fl-Anness; Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi mal-parir tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Alimentazzjoni ta’ l-annimali, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Anness tad-Direttiva 82/471/KEE għandu jiġi emendat skond l-Anness ta’ hawn. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1985. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 1984. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] Ġu Nru L 213, tal-21.7.1982, p. 8. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1.2.3.4. L-intestatura tal-kolonna 3, "Titolu ta’ kimiku tal-prodott jew identità tal-mikro-organiżmu" għandha tiġi mibdula b "Titolu tal-prinċipju nutrittiv jew identità tal-mikro-organiżmu" . Fit-test Ingliż, l-intestatura ta’ kolonna 4 "Nutrijent substrata (speċifikazzjonijiet, jekk ikun meħtieġ)" .għandha tiġi mibdula bl-intestatura "Substrat ta’ kultivazzjoni (speċifikazzjonijiet, jekk ikun meħtieġ)" . In-nota li ġejja għandha tiġi miżjuda f’qiegħ il-paġna: "Il-kontenuti mniżżlin jew li għandhom jiġu ddikjarati skond il-kolonni 5 u 7 jirreferu għall-prodott tali kwali." Il-punt 2, "Komposti nitroġeni li m’għandhomx proteini u prodotti simili fil-gruppi li ġejjin" , jiġi mibdul b’dan li ġej: 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | Isem il-grupp tal-prodott | Isem il-prodott | Titolu tal-prinċipju nutrittiv jew identità tal-mikro-organiżmu | Substrat ta’ koltivazzjoni (speċifikazzjonijiet, jekk hemm) | Karatteristiċi ta’ kompożizzjon tal-prodotti | Speċi ta’ l-annimali | Dispożizzjonijiet speċjali | 2.Komposti ta’ nitroġeni li m’għandhomx proteini2.1Urea u d-derivattivi tagħha | 2.1.1.Urea, teknikament pura | CO(NH2)2 | __ | Urea: minimu 97 % | Ruminanti mill-bidu tar-ruminazzjoni | Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew l-ippakkjar tal-prodott: l-isem "Urea", "Biuret", "fosfat ta’ l-urea" jew "Diureidoisobutane", kif ikun il-każ,livell ta’ nitroġenu; minnbarra għall-prodott 2.1.3, livell ta’ fosfru,Speċi jew kategorija ta’ l-annimalDikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta jew pakkeġġjar tat-tgħam kompost: persentaġġ tal-proteina totali kruda pprovduta min-nitroġenu li m’għandux proteini.indikazzjoni, fl-istruzzjonijiet ta’ l-użu, tal-livell totali ta’ nitroġenu mhux bil-porteini li m’għandux jinqabeż firrazjoni ta’ kuljum ta’ kull speċi jew kategorija ta’ annimali. | 2.1.2.Biuret, teknikament pur | (CONH2)2 | __ | Biuret: minimu 97 % | 2.1.3.Fosfat tal-urea, teknikament pur | CO(NH2)2-H3PO4 | __ | Nitroġenu: minimu 16,5 % Fosfru minimu 18 % | 2.1.4.Diureidoisobutane, teknikament pur | (CH3)2-(CH)2-(NHCONH2)2 | __ | Nitroġenu: minimu 30 % Isobutyraldehyde: minimu 35 % | 2.2Imluħ ta’ l-ammonju | 2.2.1.Lattat ta’ l-ammonju, prodott mill-fermentazzjoni bil-Lactobacillus bulgaricus | CH3CHOHCOONH4 | Xorrox | Nitroġenu espress bħala proteina kruda: minimu ta’ 44 % | Ruminanti mill-bidu tar-ruminazzjoni- | Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew l-ippakkjar tal-prodott: l-isem "lattat ta’ l-ammonju mill-fermentazzjoni",Nitroġenu espress bħala proteina krudairmied greġġ,umiditàspeċi jew kategorija ta’ l-annimali.Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew l-ippakkjar ta’ l-alimenti komposti: l-isem "lattat ta’ l-ammonju mill-fermentazzjoni",ammont tal-prodott kontenut fl-alimenti,perċentwali tal-proteina totali kruda pprovduta min-nitroġenu mhux proteiku,indikazzjoni, fl-istruzzjonijiet ta’ l-użu, tal-livell tan-nitroġenu totali li m’għandux proteini li m’għandux jinqabeż fir-razzjon ta’ kuljum ta’ kull speċi jew kategorija ta’ annimal. | 2.3.Prodotti sekondarji mill-produzzjoni ta’ amino aċidi permezz tal-fermentazzjoni | 2.3.2.Prodotti sekondarji likwidi konċentrati mill-produzzjoni ta’ L-aċidu glutamiku permezz tal-fermentazzjoni b’ Corynebacterium melassecola | Mluħa ta’ ammonju u komposti oħra nitroġeni | Sukrosju, molassi, prodotti tal-lamtu u l-hydrolysates tagħhom | Nitroġenu espress bħala proteina kruda: minimu 48 % Umidita: massimu 28 % | Ruminanti mill-bidu tar-ruminazzjoni | Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketa jew l-imballaġġ tal-prodott: l-isem "prodotti sekondarji mill-produzzjoni ta’ L-aċidu glutamiku" fil-każ ta’ prodott 2.3.1; "prodotti sekondarji mill-produzzjoni ta’ L-lysine" fil-każ ta’ prodott 2.3.2.nitroġenu espress bħala proteina kruda,irmied krud,umdità,speċi jew kategorija ta’ annimal.Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew l-imballaġġ ta’ alimentazzjoni komposta: l-isem "prodotti sekondarji mill-produzzjoni ta’ L-aċidu glutamiku" fil-każ ta’ prodott 2.3.1; "prodotti sekondarji mill-produzzjoni ta’ L-lysine" fil-każ ta’ prodott 2.3.2,persentaġġ tal-proteina kruda totali pprovduta min-nitroġenu li m’għandux proteina,indikazzjoni, fl-istruzzjonijiet ta’ l-użu, tal-livell tan-nitroġenu totali li m’għandux proteina li m’għandux jinqabeż fir-proporzjon ta’ kuljum ta’ kull speċi jew kategorija ta’ annimal. | 2.3.2.Prodotti sekondarji likwidi konċentrati mill-produzzjoni ta’ L-lysine monohydrochloride permezz ta’ fermentazzjoni b’ Brevibacterium lactofermentum | Mluħa ta’ ammonju u komposti oħra nitroġeni | Sukrosju, molassi, prodotti tal-lamtu u l-hydrolysates tagħhom | Nitroġenu espress bħala proteina kruda: minimu 45 % | Ruminanti mill-bidu tar-ruminazzjoni | 3.Amino aċidi u l-imluħ tagħhom | 3.1.DL-methionine, teknikament pur | CH3S(CH2)2-CH(NH2)-COOH | __ | DL-metjonina: minimu 98 % | Kull speċi ta’ annimal | Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew l-imballaġġ tal-prodott: l-isem "DL-methionine", fil-każ tal-prodott 3.1.; "Melħ ta’ kalċju diidrat ta’ N-hydroxymethyl-DL-methinene" fil-każ tal-prodott 3,2,DL-methionine u l-grad ta’ umidità,Speċi jew kategorija ta’ l-annimali fil-każ ta’ prodott 3.2 | | 3.2.Melħ tal-kalċju diidrat ta’ N-hydroxy-methl-DL-methionine, teknikament pur | (CH3S(CH2)2-CH(NH-CH2OH)-COO)2Ca-2H2O | __ | DL-methionine: minimu 67 % Formaldejde: massimu 14 % Kalċju 9 % | Ruminanti mill-bidu tar-ruminazzjoni | | | 3.3.L-lysine teknikament pura | NH2(CH2)4-CH(NH2)-COOH | __ | L-lysine: minimu 98 % | Kull speċi ta’ annimal | Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta jew l-pakkjar tal-prodott: l-isem L-lysine fil-każ tal-prodott 3.3; "L-lysine-monohydrochloride" fil-każ tal- prodott 3.4; "Sulfat tal-L-lysine u l-prodotti sekondarji tiegħu mill-fermentazzjoni" fil-każ ta’ prodott 3.5,L-lysine u l-grad ta’ umidità | | 3.4.L-lysine monohydrochloride, teknikament pur | NH2(CH2)4-CH(NH2)-COOH . HCL | __ | L-lysine: minimu 78 % | | 3.5L-lysine sulphate prodott mill-fermentazzjoni b’ Corynebacterium glutamicum | (NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH)2.H2SO4 | Xropp taz-zokkor, molasses, ċereali, prodotti tal-lamtu u l-hydrolysates tagħhom | L-lysine: minimu 40 % | | 3.6L-threonine, teknikament pur | CH3-CH(OH)-CH(NH2)-COOH | __ | L-threonine: minimu 98 % | Kull speċi ta’ annimal | Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta jew il-pakk tal-prodott: l-isem "L-threonine",L-threonine u l-grad ta’ l-umidità | 4.Hydroxyanalogues ta’ amino aċidi | 4.1.Dl-2-hydroxy-4-methylmercaptobytyric acid | (CH3S-(CH2)2-CH(OH)-COOH | __ | Aċidu monomeru: minimu 65 % | Kull speċi ta’ annimal minbarra r-ruminanti | Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew il-pakk tal-prodott: isem (kolonna 2),aċidu monomeru u l-grad ta’ umidità,speċi jew kategorija ta’ l-annimali | | 4.2.Melħ tal-Kalċju ta’ DL-2-hydroxy-4-methylhylmercaptobutyric acid | (CH3S-(CH2)2-CH(OH)-COO)2Ca | __ | Aċidu monomeru: minimu 83 % Kalċju: minimu 12 % | --------------------------------------------------