|
16.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1489
tas-6 ta’ Ottubru 2020
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, rigward l-emenda tal-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 58(2)(b), 110(1) u l-Artikolu 181 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE (Protokoll 31). |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 fih dispożizzjonijiet dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet. |
|
(4) |
L-Istati tal-EFTA jenħtieġ li jkomplu jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja 02 04 77 03 (Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża), imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020. |
|
(5) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jippermetti li dik il-kooperazzjoni estiża tkompli mill-1 ta’ Jannar 2020. |
|
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda proposta tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (4).
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(4) Ara d-dokument ST 10136/20 fuq http://register.consilium.europa.eu