European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1968

29.2.2024

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar in-nomenklatura baġitarja xierqa għall-Faċilità għall-Ukrajna

(C/2024/1968)

Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali u għas-setgħat tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-abbozz ta' baġit, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta' mill-inqas linja baġitarja waħda għall-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna, żewġ linji baġitarji taħt il-Pilastru II, inkluż għall-proviżjonament tal-Fond ta' Proviżjonament Komuni għall-Garanzija għall-Ukrajna stabbilit skont il-Kapitolu IV tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Ukrajna, tliet linji baġitarji taħt il-Pilastru III għall-assistenza tal-Unjoni għall-adeżjoni u miżuri oħra, is-sussidji għall-kostijiet tas-self u l-proviżjonament tal-Fond ta' Proviżjonament Komuni – Legat, u linja baġitarja speċifika għan-nefqa tal-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Faċilità.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1968/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)