|
6.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
51 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWEOPEW
tas-27 ta' April 2006
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sitt, għas-seba', għat-tmien u għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004
(2006/818/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza 2003 (COM(2005)0449), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikat tal-Kummissjoni dwar il-karti tal-bilanċ u l-kontijiet tas-sitt, tas-seba', tat-tmien, u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004 (COM(2005)0485 — C6-0430/2005), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikat tal-Kummissjoni dwar ir-rapport ta' l-amministrazzjoni finanzjarja tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena 2004 (COM(2005)0307), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-attivitajiet tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp relatat mas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet verifikati (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, preparat mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 2/2005 tal-Qorti ta' l-Awdituri relatat ma' l-għajnuna mill-baġit ta' l-EDF lill-pajjiżi ACP: it-tmexxija tal-Kummissjoni fl-aspett tar-“riformi tal-finanzi pubbliċi”, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (preżentata skond l-Artikolu 248 (4), it-tieni inċiż, tat-Trattat KE) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 2006 (5677/2006 — C6-0094/2006, 5679/2006 — C6-0095/2006, 5680/2006 — C6-0096/2006, 5681/2006 — C6-0097/2006), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehima Interna ta' l-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri waqt laqgħa tal-Kunsill rigward l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuniet tal-Komunità li jagħmlu parti mit-tieni protokol finanzjarju tar-raba' Konvenzjoni ACP-KE (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehima Interna tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, waqt laqgħa tal-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u t-tmexxija ta' l-għajnuniet tal-Komunità li jagħmlu parti mill-protokol finanzjarju tal-Ftehima ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmata f'Cotonou (Bénin) fit-23 ta' Ġunju 2000, u l-allokazzjoni ta' l-għajnuniet finanzjarji destinati għall-pajjiżi u territorji barranin li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Raba' Parti tat-trattat KE (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 li japplika għall-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-finanzi skond ir-raba' konvenzjoni ACP-KE (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew ta' Żvilupp (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Artikolu 71 (it-tielet inċiż) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0110/2006), |
|
A. |
billi, fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha rigward il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (EDF), il-Qorti ta' l-Awdituri waslet għall-konkluzzjoni li, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, il-kontijiet għas-sena finanzjarja 2004 jirreflettu fedelment id-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja u s-sitwazzjoni finanzjarja sa l-aħħar tas-sena msemmija, |
|
B. |
billi l-konkluzzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi hija bbażata fost affarijiet oħra, fuq il-verifika ta' kampjun ta' tranżazzjonijiet, |
|
C. |
billi, fuq bażi tad-dokumentazzjoni eżaminata, l-Qorti ta' l-Awdituri hija ta' l-opinjoni li d-dħul li ġie kkunsidrat fil-kontijiet, l-għotjiet ta' l-EDF, kif ukoll l-obbligi u l-ħlasijiet, meta jitqiesu b'mod globali, huma kollha legali u regolari, |
|
1. |
Jagħti kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sitt, għas-seba', għat-tmien u għad-disa' EDF għas-sena finanzjarja 2004; |
|
2. |
Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li ġejja; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iwassal id-deċiżjoni preżenti, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew għall-Investiment, u jkun ċert mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Josep BORRELL FONTELLES
Is-Segretarju Ġenerali
Julian PRIESTLEY
(1) ĠU C 301, 30.11.2005, p. 249.
(2) ĠU C 301, 30.11.2005, p. 261.
(3) ĠU C 249, 7.10.2005, p. 1.
(4) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(5) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.