<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0700692101.case.xml"><NO.CASE>C-447/08</NO.CASE><NO.CASE>C-448/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008C0447</NO.CELEX><NO.SEQ>0013.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-6923</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-6941</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET BOT — KAWŻI MAGĦQUDA C-447/08 U C-448/08</LEFT><RIGHT>SJÖBERG U GERDIN</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dawn il-kawżi għandhom mill-ġdid il-għan li jikkunsidraw il-konformità mad-dritt Komunitarju tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li jirrigwardaw il-logħob tal-flus fil-każ partikolari ta’ logħob propost fuq l-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Huma jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Svediża dwar l-imħatri li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ drittijiet esklużivi, jipprojbixxu u jissanzjonaw kriminalment il-promozzjoni fl-Isvezja ta’ lotteriji organizzati barra minn dan l-Istat Membru. Huma oriġinaw mill-proċeduri kriminali mressqa kontra żewġ edituri ta’ żewġ ġurnali ta’ kuljum, Svediżi, minħabba l-pubbliċità li dehret fil-ġurnali tagħhom għall-imħatri proposti fuq l-internet minn diversi kumpanniji tal-logħob tal-flus stabbiliti fi Stati Membri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-konformità mal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi u mal-libertà tal-istabbiliment tal-leġiżlazzjonijiet li jibbażaw fuqhom dawn il-proċeduri u, b’mod partikolari, tad-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-pieni applikabbli għall-promozzjoni fl-Isvezja ta’ logħob organizzat barra minn dan l-Istat Membru. Hija tagħmel ħames domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja li jkopru ż-żewġ domandi li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-leġiżlazzjoni Svediża, li tissuġġetta l-logħob tal-flus għal sistema ta’ drittijiet esklużivi bil-għan li tiġi miġġielda l-kriminalità u li tipproteġi l-konsumaturi, tista’ titqies bħala proporzjonata ma’ dawn l-għanijiet meta hija għandha wkoll bħala għan li tiffinanzja attivitajiet soċjali, li parti mill-qligħ miksub mill-fornituri tal-logħob awtorizzat imur għand l-Istat u li l-kummerċjalizzazzjoni tal-logħob mill-operaturi awtorizzati ma hijiex suġġetta għal ebda restrizzjoni min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti? Barra minn hekk, il-fatt li kumpannija li topera l-logħob fuq l-internet tkun awtorizzata, fl-Istat Membru li fih hija stabbilita, li teżerċita l-attivitajiet tagħha f’dan il-pajjiż, jipprekludi lil Stat Membru ieħor milli jipprojbixxi l-promozzjoni tal-logħob fuq l-internet ta’ din il-kumpannija fit-territorju tagħha?</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni hija konformi mad-dritt Komunitarju meta tissanzjona kriminalment biss il-promozzjoni tal-lotteriji organizzati fi Stati Membri oħra u<?PAGE NO="I-6924"?> mhux il-pubbliċità għal-lotteriji organizzati fl-Isvezja mingħajr awtorizzazzjoni?</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Wara d-deċiżjonijiet tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza tat-<DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-42/07" PAGE.ECR="I-7633" YEAR="2009">C-42/07, Ġabra p. I-7633</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, essenzjalment, li minħabba r-riskji partikolari ppreżentati mil-logħob tal-flus propost fuq l-internet, Stat Membru li jkun għażel li jirriżerva d-dritt esklużiv li jopera tali logħob lill-operatur li jeżerċita l-attività tiegħu taħt il-kontroll strett tal-awtoritajiet pubbliċi bil-għan li jipproteġi l-konsumaturi kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità seta’, b’mod validu, jipprojbixxi lill-operaturi l-oħra, stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, fejn huma jipprovdu, b’mod legali, servizzi simili, billi jipproponu l-logħob tagħhom fuq l-internet lill-persuni residenti fit-territorju tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, jiena ser nissuġġerixxi li r-risposta għad-domandi tal-qorti tar-rinviju għal dak li jirrigwarda l-proporzjonalità tal-leġiżlazzjoni tagħha, sa fejn din tipprojbixxi li ssir il-promozzjoni tal-logħob fuq l-internet propost minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra, tista’ tiġi dedotta mis-sentenza Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq. Jiena ser nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tiddeċiedi li d-dritt Komunitarju, f’dan il-każ l-Artikolu 49 KE, ma jipprekludix tali leġiżlazzjoni, peress li dan għandu bħala għan u bħala effett li jipproteġi lill-konsumaturi kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità tal-logħob fuq l-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Wara, jiena ser nissuġġerixxi, bħala risposta għat-tieni domanda, li l-miżuri, adottati bil-għan li jiggarantixxu l-applikazzjoni effettiva ta’ tali leġiżlazzjoni, għandhom ikunu nondiskriminatorji. Minn dan jiena ser niddeduċi li l-Artikolu 49 KE jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissanzjona kriminalment il-promozzjoni tal-logħob fuq l-internet organizzat minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u mhux il-pubbliċità ta’ tali logħob organizzat fit-territorju nazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-liġi dwar il-lotteriji u l-logħob tal-ażżard (lotterilagen)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>SFS 1994 Nru 1000, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>lotterilagen<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE> tirregola, bħala prinċipju, il-forom kollha tal-logħob tal-flus proposti lill-pubbliku fl-Isvezja, bħall-imħatri, il-lottu, it-tombla, il-magni tal-flus u r-rulett.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-għanijiet tal-politika Svediża fil-qasam tal-logħob ġew deskritti fil-qosor fix-xogħlijiet preparatorji tal-lotterilagen kif ġej:</TXT><?PAGE NO="I-6925"?><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Il-politika li tirrigwarda l-logħob għandha […] tkompli timmira lejn suq ta’ logħob nadif u sigur, li jissodisfa, taħt forom ikkontrollati, l-interess tal-protezzjoni soċjali u d-domanda tal-persuni li jilagħbu. Il-qligħ mil-logħob għandu jiġi protett u jkun dejjem intiż għall-finijiet ta’ interess ġenerali jew ta’ utilità politika, jiġifieri għall-attivitajiet tal-assoċjazzjonijiet, għall-attivitajiet ekwestri u għall-Istat. Bħalma kien il-każ sa issa, l-għan għandu jkun li tingħata prijorità lill-kunsiderazzjonijiet ta’ protezzjoni soċjali kif ukoll lill-interess ta’ offerta varjata ta’ logħob filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni r-riskju ta’ frodi u ta’ logħob illegali.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-lotterilagen hija intiża, għaldaqstant, biex tiġġieled il-kriminalità u d-danni fil-qasam soċjali u ekonomiku, li tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u li tapplika d-dħul mil-lotteriji għall-finijiet ta’ interessi ġenerali jew ta’ utilità pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-lotterilagen li huma rilevanti għal dawn il-kawżi jikkonċernaw, minn naħa, ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni biex jiġi organizzat il-logħob tal-flus u, min-naħa l-oħra, il-projbizzjoni tal-promozzjoni ta’ tali logħob.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">A —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni biex jiġi organizzat il-logħob tal-flus</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-lotterilagen jipprovdi li, bħala prinċipju, hija meħtieġa awtorizzazzjoni sabiex jiġi organizzat il-logħob tal-flus fl-Isvezja.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15 tal-lotterilagen, l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata lill-persuni ġuridiċi ta’ dritt Svediż mingħajr skop ta’ lukru li, skont l-istatuti tagħhom, il-finalità prinċipali tagħhom hija li jippromovu l-għan ta’ utilità pubblika fit-territorju Svediż u li jeżerċitaw attivitajiet li jissodisfaw prinċipalment dan il-għan. Skont l-Artikolu 45 tal-lotterilagen, il-Gvern Svediż jista’ wkoll jagħti l-awtorizzazzjonijiet speċjali għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-flus f’każijiet oħra barra dawk imsemmija mil-lotterilagen.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont il-prinċipju li s-suq tal-logħob tal-flus għandu jkun riżervat għall-għanijiet ta’ utilità pubblika jew ta’ interess ġenerali, is-suq Svediż huwa maqsum bejn, minn naħa, l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru li joperaw fit-territorju Svediż għall-finijiet ta’ utilità pubblika li ngħataw awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 15 tal-lotterilagen, u min-naħa l-oħra, żewġ operaturi tal-Istat jew fil-parti l-kbira kkontrollati minnu, jiġifieri l-kumpannija pubblika tal-logħob AB Svenska Spel u l-kumpannija pubblika b’sehem privat AB Trav och Galopp, ikkontrollata mill-Istat u l-organizzazzjonijiet ta’ attivitajiet ekwestri,<?PAGE NO="I-6926"?> li għandhom awtorizzazzjonijiet speċjali mogħtija skont l-Artikolu 45 tal-lotterilagen.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Gvern Svediż għamel l-indikazzjonijiet addizjonali li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-imħatri fuq l-isport u l-poker, fuq l-internet, dawn ma jistgħux jiġu organizzati ħlief b’awtorizzazzjoni speċjali mogħtija skont l-Artikolu 45 tal-lotterilagen. Għaldaqstant, il-kumpanniji AB Svenska Spel u AB Trav och Galopp biss setgħu jorganizzaw dan it-tip ta’ logħob. Meta seħħew il-fatti li taw lok għall-kawżi prinċipali, l-ebda awtorizzazzjoni għal-logħob tal-poker fuq l-internet ma kienet ingħatat. Kien biss f’Novembru 2005 li l-kumpannija AB Svenska Spel ingħatat tali awtorizzazzjoni għal perijodu ta’ sentejn.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-awtorizzazzjoni jinkludu r-rekwiżiti relatati mar-responsabbiltà soċjali assunta, mal-protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari tal-minuri, u mal-limiti fuq ir-rebħ mogħti bil-għan li tkun ikkontrollata d-dipendenza fuq il-logħob u li tipprevjeni l-kriminalità. Barra minn hekk, l-awtorizzazzjonijiet jimponu r-restrizzjonijiet fuq l-operaturi f’dak li jikkonċerna l-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-logħob tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 48 tal-lotterilagen, awtorità pubblika, il-Lotteriinspektionen (spezzjoni tal-lotteriji u tal-logħob tal-ażżard), teżerċita, b’mod ċentralizzat, il-kontroll tal-osservanza tal-lotterilagen. Barra minn hekk, il-Lotteriinspektionen ġiet inkarigata, abbażi tal-lotterilagen, biex tabbozza l-leġiżlazzjonijiet relattivi għall-kontroll u għar-regolament intern neċessarji għal-logħob differenti. Hija teżerċita wkoll is-sorveljanza fuq l-attività ta’ AB Svenska Spel u twettaq spezzjonijiet u kontrolli regolari.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Istat, bħala azzjonist, jeżerċita l-kontroll fuq AB Svenska Spel, billi jagħtiha d-direttivi. Skont dawn id-direttivi, din il-kumpannija għandha jkollha attitudni responsabbli fil-kummerċjalizzazzjoni tal-logħob tagħha, li timplika ugwalment missjoni soċjali, bil-għan li ma tidhirx wisq insistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 tal-Kapitolu 16 tal-Kodiċi Kriminali (brottsbalken)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>brottsbalken<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></NOTE>, l-organizzazzjoni ta’ logħob tal-flus mingħajr awtorizzazzjoni fl-Isvezja tikkostitwixxi reat ta’ logħob illegali. Dan huwa punibbbli b’multa jew b’mhux iktar minn sentejn priġunerija. Jekk il-ksur jitqies bħala serju, dan ikun punibbli, bħala reat ta’ logħob illegali serju u skont il-paragrafu 14a tal-Kapitolu tal-brottsbalken, b’mhux inqas minn sitt xhur u b’mhux iktar minn erba’ snin priġunerija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6927"?><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 54(1) tal-lotterilagen, min, intenzjonalment jew b’imprudenza serja, jorganizza l-logħob illegali tal-flus jew iżomm illegalment ċerti tipi ta’ magni tal-flus huwa suġġett għal multa jew għal piena ta’ mhux iktar minn sitt xhur priġunerija.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Peress li l-lotterilagen tapplika biss fit-territorju Svediż, il-projbizzjoni tal-logħob tal-flus mingħajr awtorizzazzjoni ma tapplikax għal-logħob organizzat barra mill-pajjiż. Din il-projbizzjoni ma tapplikax lanqas għal-logħob propost fuq l-internet lill-konsumaturi Svediżi minn Stat Membru ieħor u l-lotterilagen ma tipprojbixxix lill-persuni li jilagħbu milli jipparteċipaw fil-logħob tal-flus organizzat barra mill-pajjiż. Bl-istess mod, awtorizzazzjoni mogħtija skont il-lotterilagen tagħti, fir-rigward tad-detentur tagħha, id-dritt li jipproponi s-servizzi ta’ logħob fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-lotterilagen biss, jiġifieri fit-territorju Svediż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">B —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-projbizzjoni tal-promozzjoni tal-logħob tal-flus</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-Artikolu 38(1)(1) tal-lotterilagen jipprojbixxi l-promozzjoni, mingħajr permess speċjali u għal skopijiet ta’ lukru, f’attività professjonali jew b’kull mod ieħor, ta’ parteċipazzjoni fil-logħob tal-flus organizzat fit-territorju Svediż mingħajr awtorizzazzjoni jew fil-logħob tal-flus organizzat barra mill-Isvezja.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-Artikolu 54(2) tal-lotterilagen jipprovdi li min jippromwovi illegalment għal skopijiet ta’ lukru, fil-kuntest ta’ attività professjonali jew b’kull mod ieħor, il-parteċipazzjoni fil-logħob tal-flus organizzat barra mill-pajjiż, huwa suġġett għal multa jew għal piena ta’ mhux iktar minn sitt xhur priġunerija jekk il-promozzjoni tkun immirata speċifikament lejn parteċipanti residenti fl-Isvezja.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li din id-dispożizzjoni ġiet introdotta permezz ta’ emenda li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE>. Hija tiddikjara li l-liġi preċedenti dwar il-lotteriji u l-logħob tal-ażżard<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>SFS 1982, Nru 1011.</P></NOTE> kienet tikkriminalizza l-promozzjoni tal-logħob tal-flus, kemm jekk huma organizzati fit-territorju nazzjonali kif ukoll barra mill-pajjiż. Bl-introduzzjoni tal-lotterilagen, il-promozzjoni ġiet dekriminalizzata minħabba n-numru żgħir ta’ ksur u għaliex, f’diversi każi, multa amministrattiva kienet biżżejjed biex tilħaq ir-riżultat mixtieq.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-promozzjoni tal-logħob tal-flus organizzat barra mill-pajjiż ġiet ippenalizzata mill-ġdid għaliex il-multi amministrattivi ma kinux effiċjenti biżżejjed u wkoll għaliex il-Lotteriinspecktionen ma setgħetx<?PAGE NO="I-6928"?> tikkontrolla l-logħob barra mill-pajjiż u tipproteġi l-konsumaturi Svediżi.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, il-Gvern Svediż sostna li l-għan li jiġi applikat il-qligħ mil-logħob għall-finijiet ta’ interess ġenerali jew ta’ utilità pubblika ma setax ikompli jiġi protett jekk l-operaturi barranin jingħataw aċċess għas-suq Svediż u li d-dħul importanti rriskja li jħalli t-territorju tar-Renju tal-Isvezja.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura fil-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>O. Sjöberg u A. Gerdin kienu kap edituri u pubblikaturi, rispettivament, tal-ġurnali <HT TYPE="ITALIC">Expressen</HT> u <HT TYPE="ITALIC">Aftonbladet</HT>. Bejn Novembru 2003 u Awwissu 2004, huma ippubblikaw fil-paġni sportivi tal-ġurnali tagħhom, immirati għall-pubbliku Svediż, ir-reklami għal-lotteriji proposti fuq siti tal-internet tal-kumpanniji Expekt, Unibet, Ladbrokes u Centrebet, stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Skont il-Gvern Svediż, dawn il-kumpanniji huma stabbiliti f’Malta jew fir-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-Åklagaren (Ministeru Pubbliku) ressaq proċeduri kontra O. Sjöberg u A. Gerdin abbażi tal-Artikolu 54(2) tal-lotterilagen, talli ppromwovew intenzjonalment b’mod illegali u għal skopijiet ta’ lukru l-parteċipazzjoni fil-logħob tal-ażżard organizzat barra mill-pajjiż. L-iStockholms tingsrätt (Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Stokkolma) ikkundannathom kull wieħed għal multa ta’ SEK <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> kuljum għal 50 ġurnata minħabba l-ksur tal-lotterilagen.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>O. Sjöberg u A. Gerdin appellaw quddiem is-Svea hovrätt (Qorti tal-Appell ta’ Stokkolma) (l-Isvezja), li, għall-ewwel, ċaħdet li tippermetti proċedura ta’ appell fiż-żewġ kawżi. Huma kkontestaw din id-deċiżjoni ta’ rifjut quddiem il-Högsta domstolen (Qorti Suprema), li ddeċidiet favur l-ammissibbiltà tal-appell u rrinvijat il-kawża quddiem is-Svea hovrätt.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Högsta domstolen ibbażat prinċipalment din id-deċiżjoni fuq il-motiv li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>teżisti inċertezza dwar jekk id-dispożizzjonijiet kriminali tal-lotterilagen jagħtux lok għal applikazzjoni nondiskriminatorja fir-rigward ta’ promozzjoni tal-parteċipazzjoni, minn naħa, fil-lotteriji organizzati mingħajr awtorizzazzjoni fit-territorju nazzjonali u, min-naħa l-oħra, fil-lotteriji organizzati barra mill-pajjiż. […] F’kull każ, tqum ukoll il-kwistjoni dwar jekk ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi stabbiliti fl-Artikolu 38 u fl-Artikolu 54 tal-lotterilagen jistgħux ikunu aċċettati minħabba li jaqgħu taħt l-eċċezzjonijiet espliċitament stabbiliti fit-Trattat KE jew jekk huma jistgħux ikunu ġġustifikati permezz ta’ raġunijiet imperattivi<?PAGE NO="I-6929"?> ta’ interess ġenerali u għaldaqstant jitqiesu bħala proporzjonati<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Quddiem is-Svea hovrätt, O. Sjöberg u A. Gerdin, sostnew, minn naħa, li l-lotterilagen hija b’mod ċar diskriminatorja minħabba li Artikolu 54(2) tagħha jirreferi biss għall-promozzjoni tal-lotteriji organizzati barra mill-pajjiż u li l-promozzjoni tal-logħob organizzat mingħajr awtorizzazzjoni fl-Isvezja hija suġġetta biss għal multa amministrattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huma sostnew li l-lotterilagen tmur ukoll kontra l-Artikolu 49 KE minħabba li wieħed mill-għanijiet tagħha, kif jirriżulta mix-xogħlijiet preparatorji ta’ din il-leġiżlazzjoni, huwa li jiggarantixxi d-dħul tal-Istat u tal-assoċjazzjonijiet. Għaldaqstant, dan il-għan ma jistax jitqies sempliċiment bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>konsegwenza vantaġġuża inċidentali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, fis-sens tas-sentenza Gambelli <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-243/01" PAGE.ECR="I-13031" YEAR="2003">C-243/01, Ġabra p. I-13031</REF.DOC.ECR>, punt 62).</P></NOTE>. Barra minn hekk, skont O. Sjöberg u A. Gerdin, il-kumpanniji tal-logħob ikkontrollati mir-Renju tal-Isvezja jeżerċitaw marketing intensiv u fuq skala kbira, bil-għan li jħeġġu lill-konsumaturi sabiex jipparteċipaw fil-logħob li jipproponu, b’tali mod li l-lotterilagen ma tissodisfax il-għan li jkunu llimitati l-okkażjonijiet ta’ logħob b’mod koerenti u sistematiku, kif titlob il-ġurisprudenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 69).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-Åklagaren sostna, min-naħa tiegħu, li l-lotterilagen ma tiksirx il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għaliex, minn naħa, l-Artikolu 38(1)(1) tagħha jipprojbixxi mingħajr distinzjoni l-promozzjoni tal-logħob tal-flus organizzat fl-Isvezja mingħajr awtorizzazzjoni u dik tal-logħob tal-flus organizzat barra mill-Isvezja u, min-naħa l-oħra, kull persuna li tippromwovi l-parteċipazzjoni f’logħba tal-flus organizzata fit-territorju Svediż mingħajr awtorizzazzjoni tista’ tiġi kkundannata għal kompliċità ta’ ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, is-Svea hovrätt iddeċidiet li tissosspendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>F’ċerti ċirkustanzi, diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità fi swieq nazzjonali ta’ logħob tal-ażżard u lotteriji tista’ tkun iġġustifikata minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk jeżistu numru ta’ għanijiet segwiti mill-politika restrittiva adottata f’suq nazzjonali ta’ logħob tal-ażżard u lotteriji u wieħed minnhom huwa l-iffinanzjar ta’ attivitajiet soċjali, dan jista’ jitqies bħala aspett pożittiv inċidentali, konsegwenza ta’ din il-politika restrittiva? Fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, il-politika restrittiva li qed tiġi segwita tista’ tkun aċċettabbli jekk l-għan tal-iffinanzjar ta’ attivitajiet soċjali ma jistax<?PAGE NO="I-6930"?> jitqies bħala l-għan prinċipali tal-politika restrittiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Istat jista’ jinvoka raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bħala ġustifikazzjoni għal politika restrittiva tal-logħob tal-ażżard jekk kumpanniji kkontrollati mill-Istat jikkummerċjalizzaw l-logħob tal-ażżard u l-lotteriji, li l-qliegħ tagħhom imur f’idejn l-Istat, u wieħed mill-għanijiet ta’ din il-kummerċjalizzazzjoni huwa l-iffinanzjar ta’ attivitajiet soċjali? Fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, il-politika restrittiva li qed tiġi segwita tista’ tkun, madankollu, aċċettabbli jekk jiġi deċiż li l-iffinanzjar ta’ attivitajiet soċjali mhuwiex l-għan prinċipali tal-kummerċjalizzazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Projbizzjoni totali fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard u lotteriji organizzati fi Stat Membru ieħor minn kumpannija tal-logħob tal-ażżard stabbilita hemmhekk u ssorveljata mill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru tista’ tkun proporzjonali mal-għan ta’ sorveljanza u ta’ monitoraġġ tal-attività tal-logħob tal-ażżard, meta fl-istess ħin m’hemmx restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard u lotteriji organizzati minn kumpanniji tal-logħob tal-ażżard stabbiliti fi Stat Membru li jadotta l-politika restrittiva? X’inhi r-risposta għad-domanda jekk l-għan tat-tali arranġament huwa dak li jiġi limitat il-logħob tal-ażżard?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Operatur tal-logħob tal-ażżard li ngħata liċenzja sabiex jopera ċertu attività ta’ logħob tal-ażżard fi Stat u li huwa sorveljat mill-awtorità kompetenti f’dak il-pajjiż huwa intitolat li jikkummerċjalizza l-prodotti tiegħu tal-logħob tal-ażżard fi Stati Membri oħra, per eżempju, permezz ta’ reklami f’gazzetti, mingħajr ma japplika minn qabel għal liċenzja mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati? Jekk tingħata risposta affermattiva għal din id-domanda, ir-regoli ta’ Stat Membru li jkunu bbażati fuq l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali fuq il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fil-lotteriji organizzati barra mill-pajjiż għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment u għall-libertà li jiġu pprovduti servizzi li ma jista’ qatt ikun iġġustifikat minn raġunijiet imperattiva ta’ interess ġenerali? Il-kwistjoni ta’ jekk l-Istat Membru li fih huwa stabbilit l-operatur jinvokax jew le l-istess raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bħal dawk tal-pajjiż li fih l-operatur jixtieq jikkummerċjalizza l-attività tiegħu ta’ logħob tal-ażżard, hija rilevanti għar-risposta għall-ewwel domanda?</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Qabel l-eżami tad-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju, jiena ser nesponi, minn naħa, li l-konformità tad-dispożizzjoni inkwistjoni mal-libertajiet taċ-ċirkulazzjoni għandha tiġi eżaminata fid-dawl<?PAGE NO="I-6931"?> tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi skont l-Artikolu 49 KE u, min-naħa l-oħra, dawn id-domandi għandhom jiġu eżaminati abbażi tal-punti prinċipali tal-ġurisprudenza fil-qasam tal-logħob tal-flus.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fuq l-ewwel punt, mill-indikazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-pubbliċità allegata lill-appellanti fil-kawżi prinċipali hija relatata mal-logħob tal-flus propost fuq is-siti tal-internet ta’ diversi fornituri tal-logħob stabbiliti fi Stati Membri oħra. Skont il-ġurisprudenza, il-logħob tal-flus propost minn tali fornituri fuq is-siti tal-internet tagħhom, għaldaqstant mingħajr ma jiċċaqalqu, għad-destinatarji residenti fi Stat Membru, f’dan il-każ ir-Renju tal-Isvezja, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Gambelli <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq (punt 54).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li operatur ekonomiku li jaġixxi bħala intermedjarju ta’ fornitur tal-logħob stabbilit fi Stat Membru ieħor jista’ jinvoka kontra l-Istat tiegħu, fil-kuntest ta’ din l-attività intermedjarja, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49 KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 58). Ara, ukoll, is-sentenza tal-<DATE ISO="19991021">21 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Zenatti (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-67/98" PAGE.ECR="I-7289" YEAR="1999">C-67/98, Ġabra p. I-7289</REF.DOC.ECR>, punt 27).</P></NOTE>. L-istess analiżi tista’ tiġi estiża għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pubbliċità meta jippromwovu operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru ieħor sabiex jippermettu lil dan l-operatur li jiżviluppa l-attività tiegħu fl-Istat tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni tal-lotterilagen, jiġifieri dawk tal-Artikolu 38 li jipprojbixxu l-promozzjoni fl-Isvezja ta’ logħob tal-flus organizzat f’dan l-Istat Membru mingħajr awtorizzazzjoni u fi Stati Membri oħra kif ukoll dawk tal-Artikolu 54(2), li jissanzjonaw kriminalment il-promozzjoni fl-Isvezja ta’ logħob tal-flus organizzat barra mill-pajjiż, għandhom bħala għan u bħala effett li jirristrinġu l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi Svediżi f’dan il-logħob. Huma intiżi sabiex il-konsumaturi Svediżi ma jintefgħux fuq il-logħob tal-flus ħlief fil-kuntest tas-sistema nazzjonali awtorizzata. Konsegwentement, dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu, f’dak li jikkonċerna l-fornituri tal-logħob tal-flus stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi tagħhom fl-Isvezja.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fuq it-tieni punt, huwa paċifiku li l-logħob tal-flus ma jikkostitwixxix attività ekonomika ordinarja.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fid-dawl tan-nuqqas ta’ armonizzazzjoni Komunitarja f’dan il-qasam, l-Istati Membri jistgħu jipprovaw jirristrinġu l-organizzazzjoni u l-operat ta’ din l-attività fit-territorju tagħhom biex jipproteġu l-ordni pubblika kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità, kif ukoll il-konsumaturi kontra inċentiva<?PAGE NO="I-6932"?> eċċessiva fil-logħob<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20070306">6 ta’ Marzu 2007</DATE>, Placanica <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-338/04+C-359/04+C-360/04" PAGE.ECR="I-1891" YEAR="2007">C-338/04, C-359/04 u C-360/04, Ġabra p. I-1891</REF.DOC.ECR>, punt 46 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Huma jistgħu wkoll, għal raġunijiet ta’ ordni morali, reliġjuża jew kulturali, jiddeċiedu li l-logħob tal-flus ma għandux jikkostitwixxi sors ta’ qligħ individwali iżda benefiċċju esklużivament għal raġunijiet ta’ interess ġenerali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19940324">24 ta’ Marzu 1994</DATE>, Schindler (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-275/92" PAGE.ECR="I-1039" YEAR="1994">C-275/92, Ġabra p. I-1039</REF.DOC.ECR>, punt 60).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex ir-restrizzjonijiet fuq il-libertajiet taċ-ċirkulazzjoni adottati minn Stat Membru għal dan il-għan ikunu konformi mad-dritt Komunitarju, jeħtieġ li dawn ikunu nondiskriminatorji<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Schindler (punt 61) kif ukoll Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International (punt 60).</P></NOTE>. Huma għandhom ikunu wkoll adegwati sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għanijiet tagħhom u li jkunu proporzjonati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq (punt 59).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din il-kundizzjoni, huwa aċċettat li, madankollu, fil-qasam partikolari tal-logħob tal-flus, l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa mhux biss fid-determinazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni tal-ordni pubblika u tal-konsumaturi li jixtiequ jistabbilixxu fit-territorju tagħhom, imma wkoll fl-għażla tal-mezzi li għandhom jintużaw għal dan il-għan<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19990921">21 ta’ Settembru 1999</DATE>, Läärä <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-124/97" PAGE.ECR="I-6067" YEAR="1999">C-124/97, Ġabra p. I-6067</REF.DOC.ECR>, punt 39).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din is-setgħa diskrezzjonali, Stat Membru, bħar-Renju tal-Isvezja, jista’ jirriżerva d-dritt esklużiv li jopera l-logħob tal-flus fil-kumpanniji li jappartjenu lilu jew fl-entitajiet mingħajr skop ta’ lukru li jaġixxu taħt il-kontroll tiegħu. Fil-fatt, Stat Membru jista’ jmexxi u jikkontrolla l-attività ta’ tali korpi b’mod iktar faċli milli jista’ jagħmel dan fir-rigward ta’ operatur privat li għandu interess ekonomiku, b’tali mod li sistema bħal din tista’ tippermetti li tkun żgurata protezzjoni aħjar tal-konsumaturi kontra r-riskju tal-vizzju tal-logħob, u tal-ordni pubblika kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ logħob klandestin<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Läärä <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punti 39 sa 41) kif ukoll Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International (punt 67). Ara, ukoll, is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA, tal-<DATE ISO="20070314">14 ta’ Marzu 2007</DATE>, EFTA Surveillance Authority vs In-Norveġja (E-1/06, Rapport tal-Qorti tal-EFTA, p. 7, punt 51).</P></NOTE>. Hija tippermetti wkoll li jintuża, b’mod sħiħ, il-qligħ li jirriżulta għall-finijiet ta’ utilità pubblika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza Läärä <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq (punt 37).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet il-kjarifiki li ġejjin f’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri li Stat Membru għandu d-dritt li jadotta fir-rigward tal-logħob tal-flus proposti fuq l-internet minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi fuq il-leġiżlazzjoni Portugiża li tirriżerva, għad-Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Santa Casa<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), persuna ġuridika ta’ utilità pubblika amministrattiva, id-dritt esklużiv li<?PAGE NO="I-6933"?> topera l-logħob tal-flus taħt forma ta’ lotteriji, logħob tal-lottu u ta’ imħatri fuq l-isport. Dan id-dritt esklużiv ġie estiż għall-operat ta’ dan il-logħob permezz tal-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni kienet dwar jekk dan il-monopolju setax jipprekludi fornitur tal-logħob fuq l-internet stabbilit f’Ġibiltà, li xtaq jipproponi l-logħob tal-flus fuq l-internet għall-konsumaturi residenti fil-Portugall. Dan il-fornitur, kif ukoll il-Liga Portuguesa de Futebol Profissional, li magħha kien ikkonkluda kuntratt ta’ patroċinju, ikkontestaw il-multi li kienu ġew imposti fuqhom minn Santa Casa talli naqsu milli josservaw il-monopolju ta’ operat tagħha tal-logħob tal-flus bl-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż u Santa Casa sostnew li l-għan prinċipali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kien li tiġi miġġielda l-kriminalità, iktar speċifikament, il-protezzjoni tal-konsumaturi tal-logħob tal-flus kontra l-frodi mwettqa mill-operaturi. Huma argumentaw li l-kundizzjonijiet legali li fihom Santa Casa teżerċita l-attivitajiet tagħha jagħtu lill-Istat il-garanzija suffiċjenti fir-rigward tal-osservanza tar-regoli intiżi biex jissalvagwardjaw l-onestà fil-logħob li hija torganizza. Il-Gvern Portugiż sostna li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru ma għandhomx l-istess possibbiltajiet ta’ kontroll f’dak li jikkonċerna l-fornituri tal-logħob fuq l-internet stabbiliti barra mit-territorju nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja bdiet billi fakkret li l-ġlieda kontra l-kriminalità tista’ tikkostitwixxi motiv leġittimu ta’ restrizzjoni fir-rigward tal-operaturi li jkunu awtorizzati sabiex jipproponu l-logħob tal-flus u li hija aċċettat li l-qafas tal-logħob f’sistema ta’ drittijiet esklużivi ppermetta li jillimita l-operat tagħhom għal ambjent ikkontrollat u li jipprevjeni r-riskji ta’ tali operat għal finijiet kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Wara, hija kkonstatat li, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-funzjonament ta’ Santa Casa, l-għoti ta’ monopolju ta’ operat tal-logħob tal-flus fuq l-internet lil tali operatur, suġġett għal kontroll strett mill-awtoritajiet pubbliċi, ippermetta li jillimita l-operat ta’ dan il-logħob għal ambjent ikkontrollat u seta’ jitqies bħala adatt biex jipproteġi lill-konsumaturi kontra r-riskji ta’ frodi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq (punt 67).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-neċessità ta’ monopolju bħal dan, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fis-settur tal-logħob tal-flus fuq l-internet, Stat Membru seta’ jikkunsidra li s-sempliċi fatt li operatur jipproponi legalment tali logħob fi Stat Membru ieħor, fejn ikun stabbilit u fejn fil-prinċipju jkun diġà suġġett għall-kundizzjonijiet legali u għall-kontrolli min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat tal-aħħar, ma jistax jitqies bħala garanzija suffiċjenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi nazzjonali kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità, fid-dawl tad-diffikultajiet li jistgħu jsibu l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ stabbiliment fir-rigward tal-evalwazzjoni<?PAGE NO="I-6934"?> tal-kwalitajiet u tal-onestà professjonali tal-operaturi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 69).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija esponiet li, minħabba nuqqas ta’ kuntatt dirett bejn il-konsumatur u l-operatur, il-logħob tal-flus aċċessibbli bl-internet jimplika r-riskji ta’ natura differenti u ta’ importanza ikbar meta mqabbel mas-swieq tradizzjonali tal-logħob f’dak li jikkonċerna l-eventwali frodi mwettqa mill-operaturi fil-konfront tal-konsumaturi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 70).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Minn dan hija ddeduċiet li r-restrizzjoni inkwistjoni f’din il-kawża setgħet, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-offerta ta’ logħob bl-internet, titqies bħala ġġustifikata minħabba l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi u l-kriminalità.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, it-tagħlim segwenti jista’ jirriżulta minn din is-sentenza. L-ewwel nett, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-logħob fuq l-internet jinvolvi r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità iktar importanti mil-logħob tal-flus propost minn mezzi tradizzjonali. Dan jista’ jkun, pereżempju, użu frawdolenti ta’ mezzi ta’ ħlas fuq l-internet jew qerq fir-riżultati tal-logħob tal-ażżard. Minħabba r-riskji partikolari li jippreżenta, il-logħob tal-flus fuq l-internet jista’, għaldaqstant, ikun is-suġġett ta’ miżuri speċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Sussegwentement, minħabba l-importanza ta’ dawn ir-riskji, il-proporzjonalità ta’ restrizzjoni għall-aċċess tas-suq ta’ Stat Membru bbażata b’mod partikolari fuq il-protezzjoni tal-ordni pubblika kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità marbutin ma’ dan it-tip ta’ logħob għandha tiġi eżaminata biss fir-rigward ta’ dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta wkoll li, mill-mument li fih sistema nazzjonali tidher li hija kapaċi tipproteġi, b’mod effettiv, lill-konsumaturi kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità tal-logħob fuq l-internet, bħalma jista’ jkun monopolju mogħti lil entità kkontrollata b’mod strett mill-awtoritajiet pubbliċi, fejn restrizzjoni tista’ tasal sa projbizzjoni totali mis-suq għall-operaturi stabbiliti fi Stati Membri oħra, ikun xi jkun il-kuntest legali li jiġbor l-attivitajiet tagħhom fl-Istat ta’ stabbiliment tagħhom, tista’ tkun konformi mad-dritt Komunitarju. Barra minn hekk, din il-konformità ma tiddependix minn jekk din l-entità teżerċitax jew le l-attività tagħha bħala attività ekonomika ordinarja li tfittex il-qligħ massimu u jekk, skont il-każ, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni hijiex adatta li tilħaq l-għanijiet l-oħrajn tagħha, bħall-protezzjoni tal-konsumaturi kontra inċentiva eċċessiva għal-logħob.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li ser neżamina<?PAGE NO="I-6935"?> d-domandi tal-qorti tar-rinviju f’dak li jikkonċerna, l-ewwel nett, il-proporzjonalità tal-leġiżlazzjoni tagħha sa fejn din tipprojbixxi l-pubbliċità tal-logħob fuq l-internet pprovdut minn fornituri stabbiliti fi Stati Membri oħra u wara, fit-tieni nett, il-konformità mal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi tas-sanzjonijiet stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">A —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar il-proporzjonalità tal-projbizzjoni li tagħmel pubbliċità</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni sal-ħames domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-proporzjonalità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha fir-rigward taċ-ċirkustanzi li ġejjin. Minn naħa, il-fatt li din il-leġiżlazzjoni, li għandha l-għan li tiġġieled il-kriminalità u li tipproteġi lill-konsumaturi, għandha wkoll il-għan li tiffinanzja attivitajiet soċjali u tipprovdi li parti mid-dħul mil-logħob awtorizzat imur direttament għand l-Istat (it-tieni u t-tielet domanda), min-naħa l-oħra, il-fatt li l-fornituri tal-logħob awtorizzat fl-Isvezja jħeġġu u jinkoraġġixxu lill-konsumaturi biex jipparteċipaw fil-logħob tal-flus mingħajr ebda restrizzjoni min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti (ir-raba’ domanda), fl-aħħar nett, il-fatt li l-kumpanniji, li għandhom il-logħob fuq l-internet kienu s-suġġett tal-promozzjoni kkontestata, huma awtorizzati biex jipprovdu tali logħob mill-Istat Membru fit-territorju li fih huma stabbiliti (il-ħames domanda).</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Sa fejn il-kawżi prinċipali jikkonċernaw il-proċeduri mibdija kontra l-fornituri ta’ servizzi ta’ pubbliċità minħabba li jkunu ppromwovew il-logħob tal-flus propost fuq l-internet, jiena nipproponi li d-domandi tal-qorti tar-rinviju għandhom jinftehmu fis-sens li hija tistaqsi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali, billi hija tipprojbixxi l-promozzjoni fl-Isvezja tal-logħob propost fuq l-internet minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra, tistax titqies proporzjonata mal-għanijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-risposta għal dawn id-domandi hija dedotta mis-sentenza Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Bħall-kawża li tat lok għal din is-sentenza, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni għandha, b’mod partikolari, il-għan li tipproteġi l-konsumaturi kontra r-riskju ta’ kriminalità marbuta mal-logħob. Kif ukoll jirriżulta mill-għanijiet tagħha, hija intiża biex tiżgura suq nadif u sigur u li tikkunsidra r-riskji ta’ frodi u ta’ logħob illegali.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, bħal-leġiżlazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża, hija tipprovdi għal dan il-għan sistema ta’ drittijiet esklużivi riżervati għall-korpi li l-attività tagħhom hija kkontrollata b’mod strett mill-awtoritajiet pubbliċi. Għaldaqstant,<?PAGE NO="I-6936"?> bis-saħħa tal-lotterilagen, il-logħob tal-flus għandu jkun operat mhux minn kumpanniji li għandhom interessi privati, iżda biss minn korpi li għandhom għan mingħajr skop ta’ lukru jew minn kumpanniji tal-Istat. Hija tistabbilixxi wkoll sistema ta’ kontroll fil-fond permezz ta’ awtorità maħluqa speċjalment għal dan l-effett.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna b’mod iktar partikolari l-logħob fuq l-internet, mill-ispjegazzjonijiet tal-Gvern Svediż jirriżulta li l-operat ta’ dan tal-aħħar huwa suġġett għal sistema ta’ awtorizzazzjoni speċjali, li kienet mogħtija biss lill-kumpanniji tal-Istat jew ikkontrollati fil-parti l-kbira minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Kif rajt, fis-sentenza Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, fil-kuntest ta’ tali sistema, Stat Membru seta’ jipprojbixxi lill-fornituri tal-logħob fuq l-internet stabbiliti fi Stati Membri oħra milli jipproponu l-logħob tagħhom lill-konsumaturi residenti fit-territorju tagħhom, sabiex jipproteġi lill-konsumaturi kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jiena ddikjarajt li minn din is-sentenza jirriżulta li din l-analiżi ma tiddependix minn jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni hijiex adatta li tilħaq l-għanijiet l-oħra tagħha, bħall-protezzjoni tal-konsumaturi kontra inċentiva eċċessiva għal-logħob. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fir-rigward tar-riskji partikolari ppreżentati mil-logħob fuq l-internet, Stat Membru li jistabbilixxi sistema effiċjenti biex jipproteġi l-konsumaturi kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità imposti minn tali logħob għandu d-dritt li jirrestrinġi l-provvista tagħha lill-persuni residenti fit-territorju tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Il-motivi li fuqhom il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat din id-deċiżjoni japplikaw <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> għal miżura inqas restrittiva minn projbizzjoni totali ta’ attività, bħall-projbizzjoni tal-promozzjoni tal-logħob fuq l-internet organizzat minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Ir-riskji partikolari ta’ frodi u ta’ kriminalità ppreżentati mil-logħob fuq l-internet, peress li jawtorizzaw Stat Membru biex jipprojbixxi s-suq tiegħu lill-operaturi stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra għar-raġuni li ma jkunx jista’ jikkontrolla huwa stess l-integrità ta’ dawn il-fornituri, jiġġustifikaw ukoll il-fatt li huwa jipprojbixxi l-promozzjoni, fir-rigward tal-konsumaturi residenti fit-territorju tiegħu, tal-logħob propost mill-imsemmija fornituri biex jidderieġu lil dawn il-konsumaturi lejn il-korpi li huma suġġetti għall-kontroll tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Ċertament, kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet tal-Gvern Svediż fis-seduta, il-leġiżlazzjoni Svediża ma tipprojbixxix lill-ġurnali barranin mibjugħa fl-Isveżja milli jagħmlu l-pubbliċità għal-logħob barra mill-pajjiż fuq l-internet. Hija lanqas ma tobbliga<?PAGE NO="I-6937"?> lill-operaturi barranin milli jagħmlu s-siti tal-internet tagħhom inaċċessibbli għall-konsumaturi residenti fl-Isvezja.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Madankollu, dawn iċ-ċirkustanzi ma jistgħux iqiegħdu fid-dubju l-koerenza tas-sistema Svediża u lanqas l-abbilità li tilħaq il-għan tagħha, tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità marbuta mal-logħob fuq l-internet. Minkejja dawn il-limiti, il-miżuri adottati għandhom l-effett li jirrestrinġu l-aċċess tal-konsumaturi residenti fl-Isvezja għat-tali logħob. Barra minn hekk, il-Gvern Svediż spjega b’mod ċar li kien qed iwettaq evalwazzjoni ta’ dawn il-miżuri, b’mod partikolari, fir-rigward tal-impatt tal-poker fuq l-internet propost mill-kumpanniji awtorizzati fl-Isvezja.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>B’hekk is-sistema żviluppata taqa’ taħt l-ambitu tas-setgħa diskrezzjonali u tal-azzjoni ta’ kompetenza tal-Istat. Deċiżjoni mod ieħor kienet tobbliga lill-Istati Membri biex jadottaw politika ta’ kollox jew xejn.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġurisprudenza mfakkra qabel, il-projbizzjoni li tirriżulta mill-Artikolu 38 tal-lotterilagen li ssir il-promozzjoni tal-logħob fuq l-internet propost minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra, tista’, għaldaqstant, titqies bħala ġġustifikata mill-għan tal-ġlieda kontra l-frodi u l-kriminalità, irrispettivament minn jekk il-leġiżlazzjoni hijiex effettivament proporzjonata mal-għanijiet l-oħra, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi kontra inċentiva eċċessiva għal-logħob u dwar l-allokazzjoni tad-dħul mil-logħob għall-finanzjament ta’ kawżi ta’ interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Konsegwentement, jiena nipproponi li r-risposta għat-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju għandha tkun li l-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva d-dritt li dan jopera l-logħob tal-flus lill-operaturi awtorizzati li jeżerċitaw l-attività tagħhom taħt il-kontroll strett tal-awtoritajiet pubbliċi bil-għan li jipproteġu l-konsumaturi kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità billi jipprojbixxi li ssir il-promozzjoni tal-logħob fuq l-internet propost minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">B —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar il-konformità tas-sanzjonijiet kriminali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 KE għandux ikun interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-logħob tal-flus għal sistema ta’ drittijiet esklużivi bil-għan li tiġi miġġielda l-kriminalità u li tipproteġi lill-konsumaturi, li tipprovdi li min jippromwovi l-parteċipazzjoni fil-logħob fuq l-internet organizzat minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra huwa suġġett<?PAGE NO="I-6938"?> għal sanzjonijiet penali filwaqt li min jippromwovi l-promozzjoni għat-tali logħob organizzat fit-territorju nazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni ma jkunx suġġett għal tali sanzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, jekk Stat Membru għandu d-dritt li jirrestrinġi l-attivitajiet marbuta mal-logħob tal-flus fit-territorju tiegħu, il-miżuri li jadotta għal dan l-effett ma għandhomx ikunu diskriminatorji, anki jekk huma bbażati fuq id-difiża tal-ordni pubblika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Schindler (punt 61) kif ukoll Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International (punt 60).</P></NOTE>. Din il-kundizzjoni tapplika bl-istess rekwiżit fir-rigward tal-miżuri intiżi biex jipproteġu l-konsumaturi kontra r-riskji partikolari ppreżentati mil-logħob fuq l-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li l-Artikolu 38(1) tal-lotterilagen jipprojbixxi mingħajr distinzjoni l-promozzjoni tal-logħob tal-flus organizzat barra mill-pajjiż u dik tal-logħob tal-flus organizzat fit-territorju nazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni. Min-naħa l-oħra, tqum id-domanda fir-rigward tas-sanzjonijiet stabbiliti fil-każ ta’ ksur ta’ din il-projbizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>B’dan il-mod, filwaqt li l-Artikolu 54(2) tal-lotterilagen jipprovdi multa u mhux iktar minn sitt xhur priġunerija għall-persuni li jagħmlu l-pubbliċità għal-logħob organizzat barra mill-pajjiż, dawk li jagħmlu l-promozzjoni għal-logħob organizzat fl-Isvezja mingħajr awtorizzazzjoni ma humiex suġġetti għal sanzjonijiet kriminali ekwivalenti iżda għall-multi amministrattivi biss.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Il-Gvern Svediż jikkontesta din l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali. Huwa jesponi li l-lotterilagen, fil-każ ta’ promozzjoni tal-logħob tal-flus organizzat fit-territorju nazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni, tissanzjona l-ewwel nett l-organizzatur tal-logħba, ħaġa li ma tistax tagħmel fir-rigward tal-logħob organizzat barra mill-pajjiż. Madankollu, skont dan il-Gvern, il-persuna li tagħmel il-promozzjoni tal-logħob tal-flus organizzat fl-Isvezja mingħajr awtorizzazzjoni tista’ tkun suġġetta għal proċeduri kriminali bbażati fuq l-Artikolu 54(1) tal-lotterilagen u fuq l-Artikolu 4 tal-Kapitolu 23 tal-brottsbalken, għal kompliċità ta’ ksur u hija suġġetta għas-sanzjonijiet ekwivalenti jew anki superjuri għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 54(2) tal-lotterilagen.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni dwar jekk l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali sostnuta mill-Gvern Svediż hijiex fondata taqa’ esklużivament taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-qorti nazzjonali. Hija din il-qorti li għandha tevalwa jekk, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt nazzjonali tagħha, il-kundizzjonijiet li taħthom persuna tagħmel il-promozzjoni tal-logħob fuq l-internet organizzat mingħajr awtorizzazzjoni minn kumpannija stabbilita fl-Isvezja jistgħux jiġu kkontestati u s-sanzjonijet li din il-persuna hija suġġetta<?PAGE NO="I-6939"?> għalihom japplikawx fir-rigward ta’ persuna li tagħmel pubbliċità għat-tali logħob organizzat minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, fl-affermattiv, il-Qorti nazzjonali għandha tivverifika wkoll li dawn iż-żewġ ksur, fil-fatt, huma segwiti mill-awtoritajiet nazzjonali bl-istess diliġenza.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Jekk din il-verifika twassal għall-konklużjoni li ż-żewġ ksur inkwistjoni huma suġġetti għal trattament ekwivalenti, is-sistema nazzjonali, b’mod ċar, ma tkunx diskriminatorja, minkejja li d-dispożizzjonijiet li fuqhom jibbażaw il-proċeduri u li jistabbilixxu s-sanzjonijet applikabbli jkunu inklużi f’testi differenti. Fil-fatt, għal din l-evalwazzjoni, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt nazzjonali u li tingħata l-importanza lill-effetti konkreti tagħhom fuq il-persuni li jwettqu wieħed mill-ksur inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk l-imsemmija verifika tikkonferma l-premessa tal-qorti tar-rinviju, li l-persuni li jagħmlu l-promozzjoni tal-logħob fuq l-internet organizzat fl-Isvezja mingħajr awtorizzazzjoni huma suġġetti biss għall-multi amministrattivi, għandu jiġi kkonstatat li d-dritt nazzjonali inkwistjoni jinkludi d-diskriminazzjoni li tagħmel id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 54(2) tal-lotterilagen kuntrarji għall-Artikolu 49 KE u konsegwentement infurzabbli kontra l-persuni akkużati fil-kuntest tal-kawżi prinċipali, skont is-sentenza Simmenthal<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="19780309">9 ta’ Marzu 1978</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="106/77" PAGE.ECR="629" YEAR="1978">106/77, Ġabra p. 629</REF.DOC.ECR>, punt 24).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk din il-premessa hija kkonfermata, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tinkludi d-differenza fit-trattament tas-sitwazzjonijiet komparabbli, b’detriment għall-kumpanniji stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fir-rigward tad-differenza fit-trattament, hija tirriżulta, b’mod ċar, mill-fatt, minn naħa, li multa kriminali, minħabba n-natura u l-iskop punittiv tagħha għandha, fil-prinċipju, natura iktar punittiva minn multa ta’ natura amministrattiva, anki jekk l-ammont ta’ din tal-aħħar huwa identiku. Hija tirriżulta, min-naħa l-oħra u fuq kollox, mill-fatt li l-Artikolu 54(2) tal-lotterilagen jipprovdi wkoll priġunerija li tista’ tasal sa sitt xhur, anki sa sentejn fil-każijiet l-iktar serji.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk, fiż-żewġ każijiet inkwistjoni fl-Artikolu 38 tal-lotterilagen, il-persuni akkużati jistgħu jkunu pubblikaturi li jeżerċitaw l-attività tagħhom fl-Isvezja, l-Artikolu 54(2) tal-lotterilagen, filwaqt li jikkunsidra esklużivament<?PAGE NO="I-6940"?> il-promozzjoni tal-logħob organizzat minn pajjiż barrani, jaffetwa iktar lill-kumpanniji tal-logħob stabbiliti fi Stati Membri oħra. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni tista’ tiġi pparagunata ma’ diskriminazzjoni indiretta abbażi taċ-ċittadinanza.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-elementi tal-proċess ma jirriżultax, u l-Gvern Svediż ma pprovax juri li ż-żewġ kategoriji ta’ ksur inkwistjoni għandhom jippreżentaw id-differenzi sinjifikattivi inkwantu għall-inkwiet ikkawżat minnhom jew il-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jiġu kkonstatati, jistgħu jiġġustifikaw tali differenza ta’ trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-logħob fuq l-internet organizzat minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor ma jippreżentax, neċessarjament jew b’mod ġenerali, riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità bi ħsara għall-konsumaturi iktar importanti mil-logħob organizzat b’mod klandestin minn kumpannija stabbilita fit-territorju nazzjonali. Il-fatt li l-Istat inkwistjoni ma għandux mezzi diretti ta’ azzjoni u ta’ kontroll fir-rigward ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra ma jidhirlix li huwa ta’ natura li tista’ tinvalida din l-analiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn il-promozzjoni msemmija fl-Artikolu 38 tal-lotterilagen, fiż-żewġ każijiet inkwistjoni, hija mwettqa fl-Isvezja minn fornituri stabbiliti f’dan l-Istat Membru, jiena ma narax għaliex l-investigazzjonijiet neċessarji biex jinstabu l-awturi tagħhom jippreżentaw kumplessità ikbar fil-każ ta’ logħob barrani, li jistgħu jiġġustifikaw, bil-għan li jiddiswadu, pieni iktar severi.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Għalhekk, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikolu 49 KE jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-logħob tal-flus għal sistema ta’ drittijiet esklużivi bil-għan li tiġi miġġielda l-kriminalità u li tipproteġi lill-konsumaturi, li tipprovdi li min jippromwovi l-parteċipazzjoni fil-logħob fuq l-internet organizzat minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali filwaqt li min jippromwovi l-parteċipazzjoni fit-tali logħob organizzat fit-territorju nazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni ma huwiex suġġett għal tali sanzjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6941"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Fil-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva d-dritt li jopera l-logħob tal-flus lill-operaturi awtorizzati li jeżerċitaw l-attività tagħhom taħt il-kontroll strett tal-awtoritajiet pubbliċi bil-għan li jipproteġu l-konsumaturi kontra r-riskji ta’ frodi u ta’ kriminalità billi jipprojbixxi li ssir il-promozzjoni tal-logħob fuq l-internet propost minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 KE jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-logħob tal-flus għal sistema ta’ drittijiet esklużivi, tipprovdi li min jippromwovi l-parteċipazzjoni fil-logħob fuq l-internet organizzat minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali filwaqt li min jippromwovi l-parteċipazzjoni fit-tali logħob organizzat fit-territorju nazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni mhux suġġett għal tali sanzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>