3.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 33/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 98/2009

tat-2 ta’ Frar 2009

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Aceite de La Alcarria (DPO), Radicchio di Verona (IĠP), Zafferano di Sardegna (DPO), Huîtres Marennes Oléron (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba ta’ Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Aceite de La Alcarria”, it-talbiet tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Radicchio di Verona” u “Zafferano di Sardegna”, kif ukoll it-talba ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Huîtres Marennes Oléron” ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 112, 7.5.2008, p. 39 (Aceite de La Alcarria), ĠU C 114, 9.5.2008, p. 11 (Radicchio di Verona), ĠU C 117, 14.5.2008, p. 39 (Zafferano di Sardegna), ĠU C 118, 15.5.2008, p. 35 (Huîtres Marennes Oléron).


ANNESS

Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u sustanzi xaħmin (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

SPANJA

Aceite de La Alcarria (DPO)

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex

L-ITALJA

Radicchio di Verona (IĠP)

Klassi 1.7.   Ħut, molluski, krustaċej friski u prodotti magħmulin minnhom

FRANZA

Huîtres Marennes Oléron (IĠP)

Klassi 1.8.   Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

L-ITALJA

Zafferano di Sardegna (DPO)