European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2110

2.4.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11648 – APG REP / PIMCO PRE / OMGH JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2110)

1.   

Fis-26 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

APG Strategic Real Estate Pool (“APG”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Stichting Pensioenfonds ABP (“ABP”, in-Netherlands),

—

PIMCO Prime Real Estate GmbH (“PIMCO PRE”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja),

—

Outlet Mall Group Holding S.à.r.l. (“OMGH JV”, il-Lussemburgu).

APG REP u PIMCO PRE se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ OMGH JV.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

APG REP huwa fond mutwu li jiffoka fuq investimenti fi proprjetà immobbli fuq bażi dinjija, inklużi l-Ewropa, l-Ameriki u l-Asja tal-Paċifiku. ABP huwa fond ta’ pensjoni għall-impjegati tal-gvern u tal-edukazzjoni fin-Netherlands. ABP (permezz ta’ Via Outlets) hija s-sid tal-istabbiliment Batavia f’Lelystad, in-Netherlands (madwar 60 km fit-Tramuntana ta’ Amsterdam),

—

PIMCO PRE huwa parti mill-pjattaforma tal-proprjetà immobbli ta’ Pacific Investment Management Company, LLC, ditta globali tal-ġestjoni tal-investiment b’attivitajiet madwar l-Ewropa, l-Asja, il-Kontinent Amerikan, il-Lvant Nofsani u l-Afrika. Alllianz hija l-kumpanija omm aħħarija tal-Allianz Group, grupp globali integrat tas-servizzi finanzjarji li jopera fl-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u fil-prodotti tal-ġestjoni tal-assi,

—

OMGH JV għandha interessi f’portafoll ta’ ċentri ta’ bejgħ fl-Awstrija (Designer Outlet Parndorf), fl-Italja (Designer Outlet Castel Romano u Designer Outlet Serravalle) u fin-Netherlands (Designer Outlet Roermond).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11648 – APG REP / PIMCO PRE / OMGH JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2110/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)