European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/202

16.1.2025

Sejħa għal Proposti għall-ħatra ta’ Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni ġdida tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Identifikatur tas-Sejħa: HORIZON-EIT-2025-KIC-WATER

(C/2025/202)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), b’dan qed tingħata notifika tat-tnedija ta’ Sejħa għal Proposti għal Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni ġdida (KKI) tal-EIT dwar is-Setturi u l-Ekosistemi tal-Ilma, tal-Baħar u dawk Marittimi (“EIT Water”). Jintlaqgħu proposti għas-sejħa.

F’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament dwar l-EIT, is-Sejħa għal Proposti hija għal konsorzji applikanti li jikkonsistu f’organizzazzjonijiet ewlenin min-negozju, mill-edukazzjoni u mir-riċerka.

Il-KKI l-ġdida se tindirizza l-isfidi li ġejjin:

—

l-iskarsezza tal-ilma, in-nixfa u l-għargħar,

—

id-degradazzjoni tal-ekosistema tal-baħar u tal-ilma ħelu,

—

l-ekonomija blu ċirkolari u sostenibbli.

Il-KKI li jmiss se tgħaqqad l-innovaturi tal-ilma, tal-baħar u marittimi u se tibni Sħubija Ewropea Istituzzjonalizzata li tindirizza l-aktar sfidi urġenti li qed jiffaċċjaw l-ekosistemi tal-innovazzjoni relatati mal-ilma billi tikkummerċjalizza soluzzjonijiet innovattivi u trawwem it-talent u n-negozji ġodda. Il-KKI se tipprovdi edukazzjoni intraprenditorjali u tal-ħiliet, timplimenta proġetti ta’ innovazzjoni u tikkummerċjalizza l-eżiti tagħhom, kif ukoll tipprovdi appoġġ kbir lill-intraprendituri u lin-negozji ġodda.

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-sejħa, inkluż l-iskadenza għas-sottomissjoni, id-deskrizzjoni tal-mudell tal-KKI, il-modalitajiet tas-sejħa, il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-gwida għall-applikanti dwar kif jissottomettu proposta hija disponibbli fit-test tas-sejħa u fil-paġna tas-sejħa tas-sit web tal-EIT:

https://eit.europa.eu/our-activities/call-for-eit-communities/eit-water


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/202/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)