<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0417</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20161116">16.11.2016</DATE> – KAWŻA C‑417/15</P><P>SCHMIDT</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 24</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tad-drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt 1(a) tal-Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni speċjali fi kwistjonijiet kuntrattwali</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni intiża għall-annullament ta’ att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli u għat-tħassir mir-reġistru pubbliku tal-artijiet tar-reġistrazzjoni ta’ dritt ta’ proprjetà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑417/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (qorti reġjonali għal kwistjonijiet ċivili ta’ Vjenna, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150723">23 ta’ Lulju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20150729">29 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Wolfgang Schmidt</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Christiane Schmidt,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Prechal, A. Rosas, C. Toader (Relatur) u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal W. Schmidt, minn C. Beck, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal C. Schmidt, minn M. Bartlmä, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. von Rintelen u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn W. Schmidt u C. Schmidt dwar l-annullament ta’ att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli li tinsab fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 15, 16 u 34 tar-Regolament Nru 1215/2012 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(15)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom ikunu prevedibbli ħafna u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut. Il-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq il-bażi ta’ din ir-raġuni ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tat-tilwima jew [l-]awtonomija tal-partijiet ikunu jeħtieġu fattur ta’ konnessjoni differenti. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Barra d-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm raġunijiet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni bbażati fuq konnessjoni mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. L-eżistenza ta’ konnessjoni mill-qrib għandha tiżgura ċ-ċertezza legali u tevita l-possibbiltà li l-konvenut jiġi mħarrek f’qorti ta’ Stat Membru li dan il-konvenut ma setax raġonevolment jipprevedi. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni [tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>)], ir-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru 44/2001[, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)] u dan ir-Regolament, u għal dan il-għan għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet tranżitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni [tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali] u r-Regolamenti li jissostitwixx[u]ha.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) u (2)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, li jinsab fil-Kapitolu I ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. […]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-istatus jew il-kapaċità ġuridika ta’ persuni fiżiċi, id-drittijiet fuq proprjetà derivanti minn relazzjonijiet matrimonjali jew minn relazzjonijiet meqjusa mil-liġi applikabbli bħala li għandhom effetti komparabbli għal dawk taż-żwieġ<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-imsemmi regolament hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ġurisdizzjoni speċjali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. F’din it-taqsima jinsab l-Artikolu 7, li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettiq tal-obbligazzjoni in kwistjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-imsemmija taqsima, l-Artikolu 8 tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Persuna li tkun domiċiljata fi Stat Membru tista’ wkoll tiġi mfittxija bil-qorti:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt, jekk l-azzjoni tista’ tkun marbuta ma’ azzjoni kontra l-istess konvenut fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq propjetà immobbli, fil-qorti tal-Istat Membru li fih tinsab il-propjetà.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, li jinsab fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu II tiegħu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ġurisdizzjoni esklużiva<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dawn il-qrati li ġejjin ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva, independentement mid-domiċilju tal-partijiet:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>fi proċedimenti li l-objettiv tagħhom ikunu drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fi proprjetà immobbli jew kirjiet ta’ proprjetà immobbli, il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinstab il-proprjetà.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali jinsabu fl-Allgemeines Bürgerliches Gesetzbuch (kodiċi ċivili, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ABGB<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) u fil-Grundbuchsgesetz (liġi dwar ir-reġistru tal-artijiet, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>GBG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 380 tal-ABGB huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-ebda proprjetà ma tista’ tiġi akkwistata mingħajr titolu u mingħajr mod ta’ akkwist legali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 425 tal-ABGB jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>It-titolu waħdu ma huwiex biżżejjed sabiex jikkonferixxi l-proprjetà. Ħlief fil-każijiet previsti mil-liġi, il-proprjetà u d-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fl-intier tagħhom jistgħu jiġu akkwistati biss permezz tat-trasferiment u tal-aċċettazzjoni legali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 431 tal-ABGB:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Għat-trasferiment tal-proprjetà tal-proprjetajiet immobbli, it-tranżazzjoni tal-akkwist trid tiġi rreġistrata fir-reġistri pubbliċi maħsuba għal dan il-għan. Din l-iskrizzjoni tissejjaħ <HT TYPE="ITALIC">Einverleibung (Intabulation)</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 444 tal-ABGB jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-proprjetà tista’ tiġi estinta permezz tar-rieda tal-proprjetarju, permezz tal-liġi u permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja. Madankollu, il-proprjetà fuq proprjetajiet immobbli tintemm biss permezz tat-tħassir mir-reġistri pubbliċi.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-GBG jiddistingwi bejn ir-reġistrazzjonijiet fir-reġistru tal-artijiet b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Ir-reġistrazzjonijiet fir-reġistru tal-artijiet huma:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>reġistrazzjonijiet (<HT TYPE="ITALIC">Einverleibungen</HT>) (akkwisti legali li ma humiex suġġetti għal kundizzjonijiet jew tħassir – <HT TYPE="ITALIC">Intabulationen</HT> ou <HT TYPE="ITALIC">Extabulationen</HT>) li jitwettqu mingħajr ma hija meħtieġa ġustifikazzjoni ulterjuri jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>reġistrazzjonijiet kawtelatorji (akkwisti legali li huma suġġetti għal kundizzjonijiet jew tħassir, noti preliminari) li jkollhom l-effett ta’ akkwist, ta’ trasferiment, ta’ limitazzjoni jew ta’ tħassir tad-drittijiet fil-każ biss li jkunu ġġustifikati ulterjorment, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>sempliċi noti.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 tal-GBG, fir-reġistru tal-artijiet jistgħu jiġu rreġistrati biss id-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u l-piżijiet, id-drittijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u ta’ preferenza kif ukoll id-dritt ta’ kera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 61 tal-GBG, dwar ir-reġistrazzjoni ta’ noti dwar tilwima fir-reġistru tal-artijiet, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="061.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Meta kwalunkwe persuna li d-drittijiet ċivili tagħha jidhru li nkisru minħabba iskrizzjoni, tikkontesta l-iskrizzjoni għal raġunijiet ta’ invalidità u titlob li jiġi stabbilit mill-ġdid l-istat preċedenti tar-reġistru, hija tista’ titlob li tali tilwima tiġi nnotata fir-reġistru tal-artijiet jew fl-istess waqt li tinbeda l-azzjoni, jew iktar tard. In-nota dwar it-tilwima fir-reġistru tal-artijiet tista’ tintalab jew quddiem il-qorti li tkun ser taqta’ t-tilwima jew quddiem il-qorti kompetenti fil-qasam tar-reġistru tal-artijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="061.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Din in-nota dwar it-tilwima għandha l-konsegwenza li s-sentenza mogħtija dwar l-azzjoni tkun effettiva bis-sħiħ anki kontra persuni li jkunu kisbu drittijiet b’rabta mal-iskrizzjoni biss wara li saret l-applikazzjoni għan-nota lill-qorti kompetenti fil-qasam tar-reġistru tal-artijiet.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>W. Schmidt, iddomiċiljat fl-Awstrija, kien il-proprjetarju ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Vjenna (l-Awstrija). Permezz ta’ att notarili tal-<DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, konkluż fi Vjenna, huwa ta din il-proprjetà immobbli b’donazzjoni lil bintu, C. Schmidt li, minn dik id-data, hija rreġistrata bħala l-proprjetarja ta’ din il-proprjetà immobbli fir-reġistru tal-artijiet. Meta saret id-donazzjoni, C. Schmidt kienet tgħix il-Ġermanja, fejn għadha tirrisjedi sal-lum il-ġurnata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Mill-elementi fil-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, wara rapport ta’ perizja psikjatrika li żvela l-eżistenza ta’ problemi serji, li jmorru lura għal Mejju 2013, W. Schmidt, permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20141117">17 ta’ Novembru 2014</DATE>, tqiegħed taħt kustodja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat quddiem il-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (qorti reġjonali għal kwistjonijiet ċivili ta’ Vjenna, l-Awstrija), fl-<DATE ISO="20150324">24 ta’ Marzu 2015</DATE>, W. Schmidt, irrappreżentat mill-kustodju tiegħu, talab l-annullament tal-att ta’ donazzjoni tal-<DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE> u, għaldaqstant, it-tħassir tar-reġistrazzjoni mir-reġistru tal-artijiet tad-dritt ta’ proprjetà ta’ C. Schmidt fir-rigward tal-proprjetà immobbli minħabba li din ir-reġistrazzjoni ma kinitx valida. Fuq talba tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, it-talba għar-reġistrazzjoni tar-rikors għal tħassir fir-reġistru tal-artijiet ġiet aċċettata skont l-Artikolu 61(1) tal-GBG, permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>C. Schmidt invokat in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju fir-rigward tar-rikors fil-kawża prinċipali minħabba li l-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 ma kienx ta’ natura li jiġġustifika l-ġurisdizzjoni tal-imsemmija qorti sa fejn dan ir-rikors ma jikkonċernax dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (qorti reġjonali għal kwistjonijiet ċivili ta’ Vjenna) tqajjem dubji dwar l-interpretazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, filwaqt li tagħmel riferiment, minn naħa, għad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE>, <NAME.CASE>Gaillard</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:209">EU:C:2001:209</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fih l-applikazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva, fi kwistjonijiet ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli, ġiet eskluża fir-rigward ta’ azzjoni għax-xoljiment ta’ kuntratt ta’ bejgħ li jikkonċerna proprjetà immobbli u, min-naħa l-oħra, għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Weber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn ġie deċiż li azzjoni intiża sabiex tiġi kkonstatata l-invalidità tal-eżerċizzju ta’ dritt ta’ preferenza li għalih kienet suġġetta proprjetà immobbli taqa’ taħt din il-ġurisdizzjoni esklużiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li deċiżjoni li tilqa’ rikors għal tħassir, mogħtija fuq il-bażi tal-Artikolu 61(1) tal-GBG, tista’ tiġi invokata kemm fil-konfront ta’ C. Schmidt u kemm, minħabba n-nota dwar it-tilwima fir-reġistru tal-artijiet, fil-konfront ta’ terzi li, fil-mori tal-kawża, ikunu kisbu drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq il-proprjetà immobbli kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (qorti reġjonali għal kwistjonijiet ċivili ta’ Vjenna) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Tilwima li għandha bħala suġġett l-annullament ta’ kuntratt ta’ donazzjoni minħabba l-inkapaċità ġuridika tad-donatur u l-iskrizzjoni tat-tħassir tad-dritt għall-proprjetà tad-donatur [donatarju] taqa’ taħt id-dispożizzjoni prevista [fil-punt 1 tal-Artikolu 24] tar-Regolament Nru 1215/2012, li tipprevedi ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li azzjoni għall-annullament ta’ att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità kuntrattwali tad-donatur u għat-tħassir mir-reġistru tal-artijiet tan-noti dwar id-dritt ta’ proprjetà tad-donatarju tikkostitwixxi azzjoni dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li tali azzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm l-Artikolu 1(2)(a) ta’ dan ir-regolament jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-istatus u l-kapaċità ġuridika ta’ persuni fiżiċi, xorta jibqa’ l-fatt li, kif osservat essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punti 27 sa 31 tal-konklużjonijiet tagħha, id-determinazzjoni tal-kapaċità kuntrattwali<?PAGE NO="6"?> tad-donatur, fil-kuntest ta’ azzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tikkostitwixxix is-suġġett prinċipali ta’ din l-azzjoni, li tikkonċerna l-validità legali ta’ donazzjoni, iżda tikkostitwixxi kwistjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 jirriżulta li l-qrati tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli (<HT TYPE="ITALIC">forum rei sitae</HT>) għandhom ġurisdizzjoni esklużiva fir-rigward ta’ azzjonijiet fi kwistjonijiet ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli, irrispettivament mid-domiċilju tal-partijiet. Peress li din id-dispożizzjoni tirriproduċi essenzjalment il-kontenut tal-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, għandu jiġi osservat li, sa fejn ir-Regolament Nru 1215/2012 jissostitwixxi r-Regolament Nru 44/2001, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament tal-aħħar tgħodd ukoll għar-Regolament Nru 1215/2012 meta d-dispożizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ strumenti tad-dritt tal-Unjoni jistgħu jiġu kklassifikati bħala ekwivalenti (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Universal Music International Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑12/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:449">EU:C:2016:449</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex jiġu żgurati, sa fejn huwa possibbli, l-ugwaljanza u l-uniformità tad-drittijiet u tal-obbligi li joħorġu minn dan ir-regolament għall-Istati Membri u għall-persuni kkonċernati, is-sens tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>fi kwistjonijiet ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> għandu, fid-dritt tal-Unjoni, jiġi ddeterminat b’mod awtonomu (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Weber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Komu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Bl-istess mod, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-Regolament Nru 44/2001 jirriżulta li, sa fejn jintroduċu eċċezzjoni għar-regoli ġenerali dwar il-ġurisprudenza previsti f’dan ir-regolament, u b’mod partikolari għar-regola, stabbilita fl-Artikolu 2(1) tiegħu, li tipprevedi li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament, il-persuni ddomiċiljati fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jitressqu quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru, id-dispożizzjonijiet tal-punt 1 tal-Artikolu 22 ta’ dan l-istess regolament ma għandhomx jiġu interpretati f’sens iktar wiesa’ minn dak meħtieġ mill-għan tagħhom. Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-effett li jċaħħdu lill-partijiet mill-għażla tal-qorti li altrimenti kienet tkun f’idejhom u, f’ċerti każijiet, li jressquhom quddiem qorti li ma tkun il-qorti tad-domiċilju tal-ebda waħda minnhom (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Komu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan segwit mid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, kemm mir-Rapport dwar il-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="059" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1979">ĠU 1979, C 59, p. 1</REF.DOC.OJ>) u kemm mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001 jirriżulta li r-raġuni essenzjali tal-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat kontraenti fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli hija l-fatt li l-qorti tal-post fejn tkun tinsab din il-proprjetà tkun fl-aħjar pożizzjoni sabiex, fid-dawl tal-prossimità, ikollha konoxxenza tajba tas-sitwazzjonijiet fattwali u sabiex tapplika r-regoli u l-użanzi li, b’mod ġenerali, ikunu dawk tal-Istat fejn tinsab il-proprjetà immobbli (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Komu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat kontraenti fejn tinsab il-proprjetà immobbli ma tkoprix l-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli, iżda tkopri biss dawk li, fl-istess ħin, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni jew rispettivament tal-imsemmi regolament u jkunu fost l-azzjonijiet intiżi, minn naħa, li jiġu ddeterminati l-portata, il-kontenut, it-titolu, il-pussess ta’ proprjetà immobbli jew l-eżistenza ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> oħra fuq din il-proprjetà u, min-naħa l-oħra, li jiżguraw lid-detenturi ta’ dawn id-drittijiet il-protezzjoni tal-prerogattivi marbuta mat-titolu tagħhom (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Komu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-differenza bejn dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u dritt personali tinsab fil-fatt li tal-ewwel, marbut ma’ beni materjali, jipproduċi l-effetti tiegħu <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT>, filwaqt li tat-tieni jista’ jiġi invokat biss kontra d-debitur (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Komu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fid-dritt ċivili Awstrijak, il-konstatazzjoni tan-nullità ta’ att ta’ donazzjoni minħabba nuqqas ta’ kapaċità kuntrattwali tad-donatur tipproduċi effetti <HT TYPE="ITALIC">ex tunc</HT>, u timplika r-restituzzjoni tal-proprjetà akkwistata b’dan il-mod. Fil-każ tal-kuntratti li jikkonċernaw proprjetà immobbli, din ir-restituzzjoni hija espressa permezz tat-tħassir ta’ kull nota fir-reġistru tal-artijiet dwar id-dritt tal-proprjetà tal-persuna li tkun indikata f’dan ir-reġistru bħala proprjetarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sa fejn l-azzjoni mressqa minn W. Schmidt hija intiża, minn naħa, għall-annullament tal-att ta’ donazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità kuntrattwali tiegħu u, min-naħa l-oħra, għat-tħassir mir-reġistru tal-artijiet tan-nota dwar id-dritt ta’ proprjetà ta’ bintu, in-natura ta’ din l-azzjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ kull waħda minn dawn it-talbiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tat-talba għall-annullament tal-att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din it-talba hija bbażata fuq l-allegata nullità tal-kuntratt minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità kuntrattwali tar-rikorrent fil-kawża prinċipali. Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta’ qorti tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli ma huwiex biżżejjed li l-azzjoni tkun tikkonċerna dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew li l-azzjoni jkollha rabta ma’ proprjetà immobbli. Għall-kuntrarju, huwa meħtieġ li l-azzjoni tkun ibbażata fuq dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u mhux fuq dritt personali (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE>, <NAME.CASE>Gaillard</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑518/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:209">EU:C:2001:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mir-Rapport Schlosser dwar il-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, kif ukoll mill-Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="059" PAGE.FIRST="71" DATE.PUB="1979">ĠU 1979, C 59, p. 71</REF.DOC.OJ>, punti 170 sa 172), li jispeċifika li, fir-rigward ta’ azzjonijiet ibridi, ibbażati fuq dritt personali u intiżi li jinkiseb dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, diversi elementi jimmilitaw favur li tiddomina n-natura personali ta’ dawn l-azzjonijiet, u, għaldaqstant, favur l-inapplikabbiltà tar-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tal-proprjetà immobbli (ara, b’analoġija, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE>, <NAME.CASE>Gaillard</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑518/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:209">EU:C:2001:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif l-Avukat Ġenerali osservat, essenzjalment, fil-punt 40 tal-konklużjonijiet tagħha, il-fatt li l-att li tkun qiegħda tintalab in-nullità tiegħu jikkonċerna proprjetà immobbli ma għandu l-ebda rwol fir-rigward tal-analiżi tal-validità tiegħu peress li n-natura immobbli tal-proprjetà li hija s-suġġett materjali tal-kuntratt għandha biss, f’dan il-kuntest, importanza inċidentali (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060518">18 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>ČEZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:330">EU:C:2006:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li tali interpretazzjoni ma tippreġudikax ir-rekwiżit ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li, kif jirriżulta mill-punt 29 ta’ din is-sentenza, huwa l-bażi tal-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, sa fejn, meta tiddeċiedi dwar it-talba għall-annullament ta’ att ta’ donazzjoni minħabba nuqqas ta’ kapaċità kuntrattwali, il-qorti adita ma tkunx meħtieġa twettaq verifiki marbuta strettament mal-proprjetà immobbli kkonċernata ta’ natura li jiġġustifikaw applikazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva prevista f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tagħha u kif sostna l-Gvern Ċek fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-qorti tar-rinviju tista’ tibbaża ġurisdizzjoni fir-rigward tat-talba għall-annullament tal-att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli fuq il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, it-tilwimiet fi kwistjonijiet kuntrattwali jistgħu jiġu eżaminati mill-qorti tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu li jservi ta’ bażi għat-talba, jiġifieri l-obbligu li jikkorrispondi għad-dritt kuntrattwali li fuqu tkun ibbażata l-azzjoni ta’ min ikun qiegħed iressaq din it-talba (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19761006">6 ta’ Ottubru 1976</DATE>, <NAME.CASE>De Bloos</NAME.CASE>, <NO.CASE>14/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:134">EU:C:1976:134</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan il-każ, l-azzjoni fil-kawża prinċipali hija bbażata fuq l-allegata nullità tal-obbligu kuntrattwali li jikkonsisti fit-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà immobbli, li, fil-każ li dan il-kuntratt huwa validu, għandu jiġi eżegwit, kif kien inizjalment, fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tat-talba għat-tħassir mir-reġistru tal-artijiet tad-dritt ta’ proprjetà tad-donatarja, din it-talba hija bbażata fuq in-nullità tat-trasferiment ta’ proprjetà u, għaldaqstant, fuq dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li qiegħed jiġi invokat mir-rikorrent fil-kawża prinċipali fuq il-proprjetà immobbli kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Tali talba, intiża li tipproteġi l-prerogattivi li joħorġu minn dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli, skont l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli fir-rigward tat-talba għat-tħassir mir-reġistru tal-artijiet tad-dritt ta’ proprjetà tad-donatarja, dik il-qorti għandha wkoll, barra minn hekk, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punti 51 sa 58 tal-konklużjonijiet tagħha, ġurisdizzjoni bbażata fuq il-konnessjoni, skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 1215/2012, sabiex tisma’ t-talba għall-annullament tal-att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli, sa fejn dawn iż-żewġ talbiet huma indirizzati kontra l-istess konvenut u jistgħu, kif jirriżulta mill-elementi fil-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja, jingħaqdu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1215/2012 għandhom jiġu interpretati fis-sens li azzjoni għall-annullament ta’ att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità kuntrattwali tad-donatur ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli, prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, iżda taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni speċjali prevista fil-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament.</P></ITEM><ITEM><P>Azzjoni għat-tħassir mir-reġistru tal-artijiet tan-noti dwar id-dritt ta’ proprjetà tad-donatarju taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 24 tal-istess regolament.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li azzjoni għall-annullament ta’ att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità kuntrattwali tad-donatur ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli, prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, iżda taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni speċjali prevista fil-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament.</HT></P><?PAGE NO="9"?><P><HT TYPE="BOLD">Azzjoni għat-tħassir mir-reġistru tal-artijiet tan-noti dwar id-dritt ta’ proprjetà tad-donatarju taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 24 tal-istess regolament.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>