2004R0753 — MT — 01.01.2008 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 753/2004 tat-22 ta' April 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (ĠU L 118, 23.4.2004, p.23) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2007 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007 |
L 216 |
10 |
21.8.2007 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 753/2004
tat-22 ta' April 2004
li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1608/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tirrigwarda l-produzzjoni u l-iżvilupp ta' l-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija ( 1 ) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri biex jiġu implimentati azzjonijiet ta' statistika individwali kif stabbilit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE; jinħtieġu dawn l-azzjonijiet sabiex jistabbilixxu l-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza, t-teknoloġija u l-innovazzjoni. |
|
(2) |
Il-programm ta' statistika Komunitarju jikkostitwixxi l-qafas għall-produzzjoni ta' l-istatistika Komunitarja kollha, u d-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-programm ta' statistika Komunitarju għas-snin mill-2003 sa l-2007 ( 2 ) stabbiliet b'mod speċifiku il-programm tax-xogħol għall-produzzjoni u t-titjib ta' l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija għall-perjodu taż-żmien mis-sena 2003 sas-sena 1007. |
|
(3) |
Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza ta' l-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija ma' standards oħra internazzjonali, li tinvolvi li jitqies ix-xogħol imwettaq mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (l-OECD) u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. |
|
(4) |
Fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE, għandu jingħata każ tal-qafas ipprovvdut bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja ( 3 ) meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet li jkopru l-aċċess għas-sorsi amministrattivi u l-kunfidenzalità ta' l-istatistika. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinoni tal-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-miżuri sabiex tiġi implimentata d-Deċiżjoni Nru 16008/200/KE rigward l-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija għandhom ikunu kif stipulati f'dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jkopri d-dominji li ġejjin:
(a) l-istatistika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp;
(b) l-istatistika dwar l-approprjazzjonijiet ta' l-estimi finanzjarji tal-gvern jew dwar il-ħruġ tal-flus fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (il-GBAORD);
(ċ) l-istatistika dwar ir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija, inklużi statistika dwar is-sessi u l-mobbiltà (HRST), l-istatistika dwar il-privattivi, l-istatistika dwar l-industriji ta' teknoloġija għolja u s-servizzi msejsa fuq il-għerf u statistika oħra dwar ix-xjenza u t-teknoloġija.
Rigward id-dominji memmija fil-punti (a) u (b), il-listi tal-varjanti ta' l-istatistika, l-attivitjiet u s-setturi koperti, t-tqassim wieħed wieħed tar-riżultati, l-frekwenza, ż-żminijiet perentorji għat-trasmissjoni ta' data, l-istudji pilota sabiex jiġu żviluppati, fost ħwejjeġ oħra, varjanti ġodda u l-attivitajiet partikolari li għandhom jitwettqu u l-perjodu transitorju taż-żmien għandhom ikunu kif speċifikati fit-taqsimiet 1 u 2 ta' l-Anness.
Rigward id-dominji msemmija fil-punt (ċ), id-data meħtieġa għandha tinkiseb fil-biċċa l-kbira mis-sorsi ta' statistika eżistenti jew minn sorsi oħra ta' l-informazzoni, skond taqsima 3 ta' l-Anness.
2. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet fir-rapporti preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1608/200/KE, il-listi tal-varjanti ta' l-istatistika, l-attivitajiet u s-setturi koperti, t-tqassim wieħed wieħed tar-riżultati, l-frekwenza, ż-żminijiet perentorji għat-trasmissjoni tad-data, l-lista ta' l-istudji pilota u karatteristiċi oħra stabbiliti fl-Anness ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu rivisti, meta xieraq, f'intervalli regolari taż-żmien skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jiksbu d-data meħtieġa bl-użu ta' kombinazzjoni ta' sorsi differenti bħalma huma stħarriġ tat-teħid tal-kampjuni, s-sorsi ta' data amministrattiva u sorsi oħrajn ta' data. F'termini tal-proċeduri tal-kwalità jew ta' l-estimi ta' l-istatistika, s-sorsi l-oħra ta' data għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għall-istħarriġ tat-teħid tal-kampjuni jew is-sorsi ta' data amministrattiva.
Artikolu 4
Id-dominji ta' l-istatistika elenkati fl-Anness għandhom ikunu msejsa fuq il-kunċetti u d-definizzjonijiet armonizzati, li jinsabu fl-iktar verżjonijiet reċenti tal-Manwal ta' Frascati, il-Manwal ta' Canberra u standards oħra armonizzati.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-kunċetti u definizzjonijiet għall-istatistika li għandha tiġi kumpilata.
Ir-rapporti preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1068/2000/KE għandhom jagħmlu riferiment għall-kunċetti u d-definizzjonijiet u kif jiġu applikati.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jittrasmettu l-varjanti elenkati fit-taqsimiet 1 u 2 ta' l-Anness lill-Kummissjoni (l-Eurostat), billi jużaw format standard tat-trasmissjoni li għandu jiġi stabbilit mill-Kummisjoni (l-Eurostat) f'koperazzjoni magħhom.
Artikolu 6
Il-valutazzjoni tal-kwalità għandha titwettaq mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni (l-Eurostat).
L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (l-Eurostat), fuq talba tagħha, t-tagħrif meħtieġ għall-valutazzjoni tal-kwalità ta' l-istatistika stabbilita fl-Anness li tinħtieġ sabiex jitwettqu l-ħtiġiet tar-rappurtaġġ stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE.
Artikolu 7
Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
STATISTIKA DWAR IX-XJENZA U T-TEKNOLOĠIJA
Taqsima 1 Statistika dwar Riċerka u l-Zvilupp
|
1. |
Il-lista ta' l-istatistika (inkluż it-tqassim tagħhom waħda waħda) li għandha tiġi kumpilata hija dikjarata hawn taħt.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Il-varjanti għandhom jiġu rrapputati kull tieni sena, għajr dawk meta tiġi dikjarata frekwenza differenti (kull sena jew erbgħa kull sena) fit-tabelli tal-paragrafu 1. |
|
3. |
L-ewwel sena ta' referenza li għaliha għandha tiġi kumpilata l-istatistika elenkata fil-paragrafu 1 hija s-sena kalendarja 2003. Safejn u sakemm is-sistemi ta' statistika nazzjonali jeħtieġu addattament maġġuri, l-Kummisjoni tista' tikkonċedi deroga lill-Istati Membri rigward l-istatistika kumpilata għall-ewwel sena ta' referenza. F'każijiet eċċezzjonali ħafna, il-perjodu taż-żmien ta' din id-deroga jista' jiġi mtawwal għat-tqassim wieħed wieħed reġjonali tal-varjanti 1.11, 1.12, 1.13, 1.14 u 1.20. |
|
4. |
Ir-riżultati għandhom jiġu trasmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu taż-żmien ta' referenza. B'żieda ma' dan, ir-riżultati preliminarji għall-varjanti bi frekwenza annwali għandhom jiġu trasmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu taż-żmien ta' referenza. |
|
5. |
Il-produzzjoni tar-riżultati 5.1. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond ix-xogħol i għandhom jitqassmu wieħed wieħed fi “riċerkaturi”, “personal tekniku/ekwivalenti” u “personal ieħor ta' sostenn”. 5.2. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond il-kwalifiki għandhom jitqassmu wieħed wieħed fi “pussessuri tal-PhD (ISCED 6)”, “gradi Universitarji oħra u diplomi terzjarji oħra (ISCED 5 u 5B)”, u “kwalifiki oħra”. 5.3. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond il-kamp maġġuri tax-xjenza għandhom jitqassmu wieħed wieħed fi “ix-xjenxi naturali”, “l-inġinerija u t-teknoloġija”, “x-xjenzi mediċi”, “x-xjenzi agrikoli”, “x-xjenzi soċjali” u “l-umanitajiet”. 5.4. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond il-klassi tad-daqs i għandhom jitqassmu wieħed wieħed fil-klassijiet tad-daqsijiet li ġejjin: “0 impjegati”, “minn wieħed sa disa' impjegati”, “minn 10 sa 49 impjegat”, “minn 50 sa 249 impjegat”, “minn 250 sa 499 impjegat”, “500 impjegat u fuqhom”. 5.5. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond is-sors tal-fondi għandhom jitqassmu wieħed wieħed “fis-settur ta' l-intrapriżi kummerċjali”, “s-settur privat ta' mingħajr qligħ”, “is-settur ta' l-edukazzjoni ogħla” u “barra mill-pajjiż”. 5.6. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond it-tip ta' R & Ż għandhom jitqassmu wieħed wieħed “fir-riċerka bażika”, “r-riċerka applikata” u “l-iżvilupp sperimentali”. 5.7. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond it-tip ta' l-ispejjeż għandhom jitqassmu wieħed ieħed “fl-ispejjeż korrenti (spejjeż tax-xogħol u spejjeż oħra)” u “n-nefqa kapitali”. 5.8. Ir-riżultati ta' l-istatitiċi skond il-għan soċjo-ekonomiku (SEO) għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond in-nomenklatura għall-analiżi u l-paragun tal-programmi xjentifiċi u l-estimi finanzjarji (in-NABS) fil-livell tal-kapitolu. 5.9. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond il-gruppi ta' l-età għandhom jitqassmu waħda waħda fil-klassijiet ta' l-etajiet li ġejjin: “sa 25 sena”, “minn 25 sa 34 sena”, “minn 35 sa 44 sena”, “minn 45 sa 54 sena”, “minn 55 sa 64 sena”, “65 sena u fuqhom”. 5.10. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond iċ-ċittadinanza għandhom jitqassmu waħda waħda fil-kategoriji li ġejjin: “ċittadinanza nazzjonali”, “ċittadinanza ta' l-Istati Membri l-oħra ta' l-UE”, “ċittadinanza ta' pajjiżi oħra Ewropej”, “ċittadinanza ta' l-Amerika ta' Fuq”, “ċittadinanza ta' l-Amerika Ċentrali u tan-Nofsinhar”; “ċittadinanza ta' l-Asja”, “ċittadinanza ta' l-Afrika”, “ċittadinanza oħra”. 5.11. Ir-riżultati ta’ l-istatistika skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) għandhom jitqassmu wieħed wieħed fid-diviżjonijiet, fil-gruppi, fil-klassijiet u fl-aggregati tan-NACE Rev. 2 li ġejjin: “01, 02, 03”, “05, 06, 07, 08, 09”, “10 sa 33”, “10, 11, 12”, “10, 11”, “12”, “13, 14, 15”, “13”, “14”, “15”, “16, 17, 18”, “16”, “17”, “18”, “19”, “20”, “21”, “22”, “23”, “24”, “25, 26, 27, 28, 29, 30”, “25”, “25.40”, “26”, “26.1”, “26.2”, “26.3”, “26.4”, “26.5”, “26.6”, “26.7”, “27”, “28”, “29”, “30”, “30.1”, “30.2”, “30.3”, “30.4”, “31”, “32”, “32.50”, “33”, “35, 36”, “37, 38, 39”, “41, 42, 43”, “45, 46, 47”, “49, 50, 51, 52, 53”, “55, 56”, “58, 59, 60, 61, 62, 63”, “61”, “62”, “63”, “64, 65, 66”, “68”, “69, 70, 71, 72, 73, 74, 75”, “72”, “77, 78, 79, 80, 81, 82”, “84, 85”, “86”, “87, 88”, “90, 91, 92, 93”, “94, 95, 96, 97, 98, 99”, “01 sa 99”. |
|
6. |
Il-kunċetti u d-definizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-istatistika definiti f'din it-taqsima huma stabbiliti fil-manwal ta' Frascati. |
|
7. |
Fuq bażi volontarja, għandhom jitwettqu studji pilota mill-Kummissjoni u/jew mill-Istati Membri, b'mod partikolari fit-temi li ġejjin: (a) iktar tqassim wieħed wieħed tar-riċerkaturi f'għadd tar-rjus fis-settur ta' l-intrapriżi kummerċjali; (b) in-numru ta' benfiċċji li jsiru minn proċess ikbar jew l-indikaturi simili tar-riżultati ġenerati mir-riċerkaturi fis-settur ta' l-edukazzjoni ogħla; (ċ) iktar tqasim wieħed wieħed tal-kategorija “sors ta' fondi barra mill-pajjiż” (elenkati taħt il-paragrafu 5.5) fi “intrapriża barranija tal-kummerċ”, “gvernijiet nazzjonali oħra”, “organizzazzjonijiet privati ta' mingħajr qligħ”, “l-edukazzjoni ogħla”, “l-Kummisjoni Ewropea”, “l-organizzazzjonijiet internazzjonali”, oħrajn; (d) l-indikaturi dwar il-globalizzazzjoni tar-R & Ż. |
Taqsima 2 Statistika dwar l-approprjazzjonijiet ta' l-estimi finanzjarji tal-gvern jew dwar il-ħruġ tal-flus fir-rigward ta' riċerka u żvilupp (il-GBAORD)
|
1. |
Għandha tiġi kumpilata l-istatistika li ġejja:
|
|
2. |
Il-varjanti kollha għandhom jiġu rappurtati kull sena. |
|
3. |
L-ewwel sena ta' referenza li għaliha għandha tiġi kumpilata l-istatistika hija s-sena kalendarja 2004. Safejn u sakemm is-sistemi ta' statistika nazzjonali jeħtieġu addattamenti maġġuri, l-Kummisjoni tista' tikkonċedi derogi lill-Istati Membri rigward l-istatistika kumpilata għall-ewwel sena ta' referenza. |
|
4. |
Ir-riżultati għandhom jiġu trasmessi fi żmien sitt xhur mill-aħħar tas-sena kalendarja tal-perjodu taż-żmien ta' referenza għall-varjanti 21.0 (inkluż it-tqassim kollu wieħed wieħed) u fi żmien 12-il xahar għall-varjanti 21.1 (inkluż it-tqassim kollu wieħed wieħed). It-trasmissjoni tar-riżultati għall-varjanti 21.1 skond in-nomenklatura għall-analiżi u l-paragun tal-programmi u l-estimi finanzjarji xjentifiċi (in-NABS) fil-livell tas-sub-kapitolu, mhix obbligatorja. |
|
5. |
Produzzjoni tar-riżultati 5.1. Ir-riżultati ta' l-istatistika kumpilati għall-varjanti 21.0 u 21.1 għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond in-nomenklatura għall-analiżi u l-paragun tal-programmi xjentifiċi u l-estimi finanzjarji (in-NABS) fil-livell tal-kapitolu. 5.2. Ir-riżultati ta' l-istastitiċi kumpilati għall-varjanti 21.0 u 21.1 għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond in-nomenklatura għall-analiżi u l-paragun tal-programmi xjentifiċi u l-estimi finanzjarji (in-NABS) fil-livell tal-sub-kapitolu. |
|
6. |
Il-kunċetti u d-definizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-istatistika definiti f'din it-taqsima huma stabbiliti fil-manwal ta' Frascati. |
Taqsima 3 Statistika oħra dwar ix-xjenza u t-teknoloġija
Ix-xogħol li għandu x'jaqsam maż-żoni l-oħra ta' l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija għandhom jirreferu b'mod partikolari għad-dominji li ġejjin:
(a) l-istatistika dwar ir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija (inklużi l-istatistika dwar is-sessi u l-mobbiltà) (HRST): l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-qafas komprensiv ta' l-istatistika dwar il-HIRST b'mod prinċipali bl-isfruttament aħjar tas-sorsi ta' data nazzjonali u internazzjonali eżistenti (ġewwa s-sistema ta' statistika Ewropea wkoll). Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-aspetti tas-sessi;
(b) l-istatistika dwar il-privattivi: l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' qafas komprensiv għall-istatistika dwar il-privattivi billi jiġu prodotti b'mod regolari statistika u indikaturi nazzjonali u internazzjonali dwar il-privattivi imsejsa fuq it-tagħrif disponibbli fl-ufiċċji nazzjonali u internazzjonali tal-privattivi;
(ċ) l-istatistika dwar l-industriji ta' teknoloġija għolja u dwar is-servizzi msejsa fuq il-għerf: L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-qafas komprensiv ta' l-istatistiċi dwar l-industriji tat-teknoloġija għolja u dwar is-servizzi msejsa fuq il-għerf, prinċipalment bl-isfruttament aħjar tas-sorsi ta' data nazzjonali u internazzjonali eżistenti (ġewwa s-sistema ta' statistika Ewropea wkoll). Dan ix-xogħol jikkomprendi wkoll l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' l-attivitajiet u tal-prodotti, l-kejl tat-twettiq tax-xogħol ekonomiku ta' dawn l-attivitajiet u l-kontribut tagħhom għat-twettiq tax-xogħol ta' l-ekonomiji kollha;
(d) statistika oħra dwar ix-xjenza u t-teknoloġija: Ix-xogħol addizzjonali ta' l-iżvilupp u l-implimentazzjoni huwa relatat, fost ħwejjeġ oħra, ma l-Istatistika dwar il-bijoteknoloġija, n-nanoteknoloġija, l-bilanċ teknoloġiku tal-pagamenti, iktar tqassim wieħed wieħed ta' l-istatistika eżistenti rigward il-klassijiet tad-daqs u żoni oħra.
Rigward id-dominji elenkati f'din it-taqsima, id-data meħtieġa għandha tinkiseb fil-biċċa l-kbira permezz tas-sorsi ta' statistilka eżistenti jew sorsi oħra ta' data (p.e., fiż-żona ta' l-istatistika soċjali jew ekonomiċi).
( 1 ) ĠU L 230, tas-16.9.2003, p. 1.
( 2 ) ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 1.
( 3 ) ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).