|
4.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 258/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1156/2007
tat-3 ta’ Ottubru 2007
li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Münchener Bier (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-ħarsien ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1) u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Ġermanja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjonijiet ta' l-indikazzjoni ġeografika protetta “Münchener Bier”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2). |
|
(2) |
Peress li l-emendi kkonċernati ma jistgħux jitqiesu bħala minuri fis-sens ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, skond l-Artikolu 6 ta' l-imsemmi Regolament (3). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi fl-ispeċifikazzjoni ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fit-22.12.2006 dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huma appruvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).
ANNESS
Oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:
|
Klassi 2.1. |
Birer |
IL-ĠERMANJA
Münchener Bier (IĠP)