24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/2


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9546 — Gategroup/LSG European Business)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 60/02)

1.   

Fl-14 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Gategroup Holding AG (“Gategroup”, l-Isvizzera),

—

l-assi Ewropej tal-catering u ċerti negozji anċillari ta’ LSG Lufthansa Services Holding AG (“LSG”, il-Ġermanja).

Gategroup takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet min-negozju ta’ LSG, jiġifieri l-assi Ewropej tal-catering u ċerti negozji anċillari oħra (“LSG European Business”).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Gategroup: catering abbord l-ajruplani u servizzi oħra relatati lil-linji tal-ajru f’madwar 60 pajjiż, inkluża ż-ŻEE,

—

LSG European Business: catering abbord l-ajruplani u servizzi oħra relatati, prinċipalment fiż-ŻEE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9546 — Gategroup/LSG European Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).