Official Journal L 137 , 01/06/1999 P. 0045 - 0046
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 1999 dwar il-miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid ta’ l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) rigward iċ-Ċina (għajr il-Hong Kong) (innotifikata fid-dokument numru C(1999) 1346) (1999/355/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti minn pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/2/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3) tagħha, (1) Billi, meta Stat Membru jikkunsidra li jeżisti periklu imminenti tad-dħul fit-territorju tiegħu ta’ l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) minn pajjiż terz, jista’ proviżorjament jieħu kull miżura addizzjonali sabiex iħares lilu nnifsu minn dan il-periklu; (2) Billi b’riżultat ta’ interċezzjonijiet ta’ l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) fuq materjal tal-pakkjar ta’ l-injam magħmul minn injam iebes li joriġina minn ċerti żoni taċ-Ċina, ir-Renju Unit ħa miżuri uffiċjali fl-14 ta’ Diċembru 1998 sabiex iħares it-territorju tiegħu mill-periklu tad-dħul ta’ l-organiżmu msemmi u stabbilixxa proċeduri addizzjonali speċifiċi ta’ monitoraġġ għall-organiżmu msemmi fuq l-oġġett imsemmi ta’ użu; (3) Billi fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovvdut mir-Renju Unit u l-letteratura teknika xjentifika internazzjonali, il-Hong Kong huwa magħruf li hu ħieles mill-Anoplophora glabripennis (Motschulsky); (4) Billi fuq il-bażi ta’ dawn l-interċettazzjonijiet għandhom jittieħdu miżuri ta’ emerġenza li japplikaw għall-Komunità kollha bil-ħsieb li tiġi żgurata protezzjoni effiċjenti kontra d-dħul ta’ l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) fil-Komunità mill-pajjiż imsemmi għajr il-Hong Kong; billi dawn il-miżuri għandhom jinkludu wkoll il-ħtieġa illi l-injam, għajr l-injam tas-siġar koniferi (Coniferales), ġej miċ-Ċina (għajr il-Hong Kong), fil-għamla ta’: - kaxxetti, kaxxi, kontenituri, ċilindri u ppakkjar bħal dan, palit, palit tal-kaxxi u bordijiet oħra tat-tagħbija, li bħalissa jintużaw fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull kwalità, jew - l-injam użat sabiex iservi ta’ kunjard jew jirfed it-tagħbija, inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, għandu jiġi mqaxxar mill-qoxra tiegħu u jkun ħieles minn toqob ta’ akbar minn 3 mm minn naħa għall-oħra mgerrma mill-insetti, jew imnixxef f’forn tal-ħami tal-fuħħar għal irtuba taħt il-20 %, espressi bħala perċentwal tal-materjal xott miksub permezz ta’ skeda approprjata ta’ ħin/temperatura; (5) Billi, jekk jidher illi l-miżuri ta’ emerġenza riferiti fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċizjoni, ma jkunux biżżejjed għalbiex jipprevjienu d-dħul ta’ l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) jew ma jkunux ġew imħarsa, għandhom jiġu previsti miżuri aktar strinġenti jew miżuri alternattivi; (6) Billi l-effetti tal-miżuri ta’ emerġenza jridu jiġu mmonitorjati u stmati b’mod kontinwu matul is-sena 1999 u jridu jiġu kkunsidrati miżuri possibbli sossegwenti fid-dawl tar-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ u stimi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1999; (7) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-injam kif speċifikat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni u li joriġina fiċ-Ċina (għajr il-Hong Kong) jista’ jiddaħħal fit-territorju tal-Komunità biss jekk jitħarsu l-miżuri ta’ l-emerġenza kif stabbiliti fl-Anness imsemmi ma’ din id-Deċiżjoni. Il-miżuri ta’ emerġenza speċifikati fl-Anness għandhom japplikaw biss għal dak l-injam li jħalli ċ-Ċina fl-10 ta’ Ġunju 1999 jew wara. Artikolu 2 Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE [3], l-Istati Membri importaturi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, qabel il-31 ta’ Ottubru 1999, rapport tekniku ddettaljat dwar il-monitoraġġ uffiċjali riferit fil-punt 2 ta’ l-Anness. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-miżuri li jkunu adottaw sabiex jipproteġu lilhom infushom kontra d-dħul u t-tixrid ta’ l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) hekk illi l-miżuri jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1. Artikolu 4 Din id-Deċizjoni għandha tiġi rriveduta mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1999. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Mejju 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20. [2] ĠU L 15, tal-21.1.1998, p. 34. [3] ĠU L 32, ta’ l-5.2.1994, p. 37 u l-Korriġendum: ĠU L 59, tat-3.3.1995, p. 30. -------------------------------------------------- ANNESS Skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, għandhom jiġu mħarsa l-miżuri ta’ emergenza li ġejjin: 1. L-injam li joriġina fiċ-Ċina (għajr il-Hong Kong), minbarra l-injam tas-siġar koniferi (Coniferales), bħala: - kaxxetti, kaxxi, kontenituri, ċilindri u pakkjar ieħor, il-palit, il-palit tal-kaxxi u l-injam tat-tagħbija li bħalissa jintuża fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull kwalità, jew - l-injam użat sabiex iservi bħala kunjard jew jirfed it-tagħbija, inkluż l-injam li ma jżommx il-wiċċ tond naturali tiegħu, għandu jiġi mqaxxar mill-qoxra tiegħu u jkun ħieles mit-toqob toqob ta’ akbar minn 3 mm minn naħa għall-oħra mgerrma mill-insetti, jew imnixxef f’forn tal-ħami tal-fuħħar għal irtuba taħt il-20 %, espressi bħala perċentwal tal-materjal xott miksub permezz ta’ skeda approprjata ta’ ħin/temperatura; 2. Il-konformità mad-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu għandha tiġi mmonitorjata mill-korpi uffiċjali responsabbli riferiti fid-Direttiva 77/93/KEE. --------------------------------------------------