<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-598/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0598</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:505">EU:C:2017:505</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WAHL – KAWŻA C-598/15</P><P>BANCO SANTANDER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wahl</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-598/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Banco Santander, SA</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Cristobalina Sánchez López</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera (qorti tal-ewwel istanza ta’ Jerez de la Frontera, Spanja)]</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti fil-kuntratti ta’ self konklużi mal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Setgħat tal-qorti nazzjonali li tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali ta’ kuntratt ipotekarju fil-kuntest ta’ proċedura ssemplifikata ta’ rikonoxximent ta’ drittijiet irreġistrati fir-reġistru tal-artijiet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari, li tirrigwarda essenzjalment, l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3, 6 u 7 tad‑Direttiva 93/13/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal‑konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</P></NOTE>, tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi xi preċiżazzjonijiet dwar is-setgħat li għandhom jingħataw lill-qorti nazzjonali fir-rigward tal-effettività tal-protezzjoni tal-konsumaturi żgurata minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din il-kawża, li taqa’ fl-ambitu ta’ varji kawżi preċedenti dwar il-proċedura Spanjola ta’ eżekuzzjoni ipotekarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Barclays Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-280/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:279">EU:C:2014:279</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sánchez Morcillo u Abril García</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑169/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2099">EU:C:2014:2099</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150121">21 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Unicaja Banco u Caixabank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-482/13, C-484/13, C-485/13 u C-487/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:21">EU:C:2015:21</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sánchez Morcillo u Abril García</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-539/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:508">EU:C:2015:508</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>BBVA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-8/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:731">EU:C:2015:731</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Banco Primus</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-421/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:60">EU:C:2017:60</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, tirrigwarda b’mod iktar preċiż proċedura ta’ eżekuzzjoni msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ssemplifikata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> li tiġi wara li tinbeda, quddiem nutar, proċedura għall‑implementazzjoni extraġudizzjarja ta’ garanzija ipotekarja. Mid-dritt Spanjol applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali jirriżulta li din il-proċedura ssemplifikata hija intiża sabiex tipproteġi u teżegwixxi d-drittijiet reali rreġistrati b’mod partikolari fir-reġistru tal-artijiet. Għalhekk, tqum il‑kwistjoni dwar jekk l-effettività tal-protezzjoni tal-konsumaturi li tirriżulta mid-Direttiva 93/13 teħtieġx li l-qorti nazzjonali tkun f’pożizzjoni li tistħarreġ l-eventwali natura inġusta tal-klawżoli inklużi fil-kuntratt ipotekarju fi stadju ferm wara t-trasferiment tat-titolu fuq il-proprjetà li kienet ġiet ipotekata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ <HT TYPE="ITALIC">buona fede</HT>, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[l]-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-Ley 1/2000, de Enjuiciamento Civil (Liġi 1/2000, dwar il-Proċedura Ċivili), tas-<DATE ISO="20000107">7 ta’ Jannar 2000</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>BOE Nru 7, tat-<DATE ISO="20000108">8 ta’ Jannar 2000</DATE>, p. 575 sa 728, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>LEC<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></NOTE>, tipprovdi dan li ġej fl‑Artikolu 250(1) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Fil-kuntest tal-proċedura ssemplifikata, il-qorti għandha tiddeċiedi, ikun x’ikun l-ammont, dwar it-talbiet segwenti:</P><P>[…]</P><NP><NO.P>7°</NO.P><TXT>dawk, invokati mid-detenturi ta’ drittijiet reali rreġistrati fir-reġistru tal-artijiet, intiżi sabiex dawn id-drittijiet ikunu eżegwiti kontra persuni li jikkontestawhom jew li jiddisturbaw l-eżerċizzju tagħhom, meta dawn ma jkollhomx titolu rreġistrat li jilleġittima l-kontestazzjoni tagħhom jew dan id-disturb.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 444(2) tal-LEC, il-konvenut għandu, fuq talba tar-rikorrent, iħallas il-garanzija stabbilita mill-qorti sabiex ikun jista’ jikkontesta t-talba mressqa fil-kuntest tal-proċedura tal-punt 7 tal-Artikolu 250(1) tal-LEC. Barra minn hekk, ir‑raġunijiet għall-kontestazzjoni li hija tista’ tinvoka huma limitati għal dawk fl-Artikolu 444(2) tal-LEC. Dawn ir-raġunijiet ma jinkludux dik ibbażata fuq l-eżistenza ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratt ta’ self ipotekarju fl-oriġini tal-bejgħ extraġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 440(2) tal-LEC, jekk il-konvenut ma jidhirx quddiem il-qorti, jew jekk jidher mingħajr ma jħallas il-garanzija, il-qorti għandha, wara li tisma’ l-konvenut, tagħti deċiżjoni li tagħti l-pussess tal-immobbli u li tordna t-tkeċċija tal-okkupant tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-eżekuzzjoni extraġudizzjarja ta’ dritt ipotekarju hija b’mod partikolari rregolata mill-Artikolu 41 tal-Ley Hipotecaria (liġi dwar l-ipoteki, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>LH<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>BOE Nru 58, tas-<DATE ISO="19460227">27 ta’ Frar 1946</DATE>.</P></NOTE>. Din id-dispożizzjoni tipprovdi dan li ġej, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-azzjonijiet reali li jirriżultaw minn drittijiet irreġistrati jistgħu jkunu eżerċitati permezz tal-proċedura ssemplifikata rregolata fil-[LEC] kontra persuni li mingħajr ma jkollhom titolu rreġistrat, jikkontestaw dawn id‑drittijiet jew jiddisturbaw l-eżerċizzju tagħhom. Dawn l‑azzjonijiet, li huma bbażati fuq il-leġittimazzjoni tal-iskrizzjoni fir‑reġistru rrikonoxxuta fl-Artikolu 38, jeħtieġu dejjem li tkun iddikjarata l-validità, mingħajr ebda kontradizzjoni, tal-iskrizzjoni korrispondenti, fuq dikjarazzjoni tar-reġistratur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 129 tal-LH jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[l]-azzjoni ipotekarja tista’ tkun eżerċitata direttament fuq il-proprjetajiet ipotekati, fejn l-eżerċizzju tagħha jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet [tal-LEC] […] Barra minn hekk, il-partijiet jistgħu jiftiehmu, fl-att tal-kostituzzjoni tal-ipoteka, dwar il-bejgħ extraġudizzjarju tal-proprjetà ipotekata […] fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ggarantit. Il-bejgħ extraġudizzjarju għandu jitwettaq bl‑intervent ta’ nutar, skont il-formalitajiet previsti fir-regoli dwar l‑ipoteki<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Id-Decreto por el que se aprueba el Reglamento Hipotecario (digriet li japprova r-regoli dwar l‑ipoteki), tal-<DATE ISO="19470214">14 ta’ Frar 1947</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Reglamento hipotecario (regoli dwar l‑ipoteki) (BOE Nru 106, tas-<DATE ISO="19470416">16 ta’ April 1947</DATE>).</P></NOTE>, jippreċiża l-iżvolġiment tal-proċedura tal-bejgħ extraġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 234 tar-RH:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="234.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-ipoteka li hija prevista mill‑Artikolu 129 tal-[LH] teħtieġ li l-att tal-kostituzzjoni tal-ipoteka jistipula li l-partijiet jissuġġettaw ruħhom għal din il-proċedura u li tiġi indikata l‑informazzjoni segwenti:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>il-valur li bih il-proprjetà immobbli huwa vvalutat mill-persuni kkonċernati, sabiex iservi bħala l-valur tal-bejgħ bl-irkant […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>id-domiċilju mogħti mill-persuna li tikkostitwixxi l-ipoteka għall‑kunsinna tat-talbiet u tan-notifiki […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>il-persuna li dakinhar għandha tagħti l-kunsens tagħha għall-att tal‑bejgħ tal-proprjetà immobbli għan-nom tal-persuna li tikkostitwixxi l-ipoteka. Għal dan il-għan, il-kreditur innifsu għandu jkun indikat.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="234.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-klawżola li bis-saħħa tagħha l-partijiet għas-self u għall‑ipoteka jaċċettaw li jkunu suġġetti għall-eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-ipoteka għandha tkun separata mill-provvedimenti l‑oħra tal-att<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 236-l tar-RH jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="236L.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Wara li tiġi vverifikata l-aħjar offerta jew l-aġġudikazzjoni u jekk ikun il-każ, wara li jitħallas il-prezz, in-nutar għandu jipproċedi bir‑reġistrazzjoni tal-att fil-lista annwali tad-dokumenti li jiġu awtentikati minnu u l-aħjar offerent jew l-aġġudikatur, minn naħa, u l-proprjetarju tal-abitazzjoni, min-naħa l-oħra, għandhom jifformalizzaw il-ftehim tagħhom permezz ta’ att awtentiku […]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="236L.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-att awtentiku jikkostitwixxi titolu suffiċjenti għall-iskrizzjoni (fir‑reġistru tal-artijiet) favur l-aħjar offerent jew l-aġġudikatur […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 236-m tar-RH jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-aġġudikatur jista’ jitlob il-pussess tal-proprjetajiet akkwistati quddiem qorti tal-ewwel istanza tal-post fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 236-ñ tar-RH jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="236N.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>In-nutar għandu jissospendi l-azzjonijiet biss meta dokumenti jistabbilixxu [l-eżistenza ta’ proċeduri kriminali fejn tkun qed tiġi allegata l-eventwali falsità tat‑titolu ipotekarju jew meta r-reġistru (tal-artijiet) jindika li sussegwentement ġie ppreżentat titolu għall-annullament tal-ipoteka] […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="236N.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Wara li jkun ivverifika ċerti ċirkustanzi msemmija fil-punt preċedenti, in-nutar għandu jissospendi l-eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-ipoteka sakemm, skont il-każ, jingħalqu l-proċeduri kriminali jew tintemm il-proċedura ta’ reġistrazzjoni. L-eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-ipoteka għandha tkompli, fuq talba tal-kreditur rikorrent, jekk it-titolu ma jiġix iddikjarat falz jew jekk l-annullament tal-ipoteka ma tiġix irreġistrata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 236-o tar-RH:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Għal dak li jirrigwarda l-eċċezzjonijiet l-oħra li jistgħu jitqajmu mid‑debitur, mid-detenturi terzi u mill-persuni kkonċernati l-oħra, għandhom jiġi osservati d-dispożizzjonijiet tal-aħħar ħames paragrafi tal‑Artikolu 132 tal-[LH] meta dawn ikunu applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-ħames dispożizzjoni tranżitorja tal-Ley 1/2013, de medidas para reforzar la protección a los deudores hipotecarios, reestructuración de deuda y alquiler social (Liġi 1/2013, dwar miżuri intiżi għat-tisħiħ tal-protezzjoni tad‑debituri ipotekarji, għar-rikostruzzjoni tad-dejn u għall-akkomodazzjoni soċjali), tal‑<DATE ISO="20130514">14 ta’ Mejju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>BOE Nru 116, tal-<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>, p. 36373, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Liġi 1/2013<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></NOTE>, emendat b’diversi modi l-Artikolu 129 tal-LH. Hija tippreċiża li dawn l-emendi japplikaw għall-bejgħ extraġudizzjarju ta’ proprjetà ipotekata fejn il-proċess ikun beda wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, irrispettivament mid-data li fiha jkun sar l-att ta’ kostituzzjoni tal-ipoteka. Għall-bejgħ extraġudizzjarju mibdi qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013 u għall-bejgħ li fih ma kienx hemm aġġudikazzjoni tal-proprjetà ipotekata, in‑nutar għandu jissospendi l-eżekuzzjoni tagħhom meta, fit-terminu ta’ dekadenza ta’ xahar mill-ġurnata ta’ wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, waħda mill-partijiet tistabbilixxi li ppreżentat quddiem qorti kompetenti, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 129 tal-LH, azzjoni dwar in-natura inġusta ta’ waħda mill-klawżoli tal-kuntratt ta’ self ipotekarju li huwa l‑oriġini tal-bejgħ extraġudizzjarju jew ta’ klawżola li tiddetermina l‑ammont dovut.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20041221">21 ta’ Diċembru 2004</DATE>, Cristobalina Sánchez López ikkonkludiet mal‑Banco Español de Crédito SA, li sar il-Banco Santander SA, kuntratt ta’ self għax-xiri ta’ abitazzjoni flimkien ma’ garanzija ipotekarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ dan il-kuntratt, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>proċedura extraġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jistipula, b’mod partikolari, li l-partijiet jaqblu dwar il-possibbiltà li tinbeda proċedura extraġudizzjarja għall-finijiet tal‑eżekuzzjoni tal-ipoteka. Dan l-artikolu jagħti wkoll dritt lill-bank li jirrappreżenta lid-debitur ipotekarju fil-ġurnata tal-iffirmar tal-att pubbliku ta’ bejgħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fid-data tal-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, Banco Santander beda quddiem nutar proċedura ta’ implementazzjoni extraġudizzjarja tal-garanzija ipotekarja. Din il-proċedura ntemmet fil-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, bl-aġġudikazzjoni tal-abitazzjoni ipotekata lill‑kreditur mingħajr valur bażiku stabbilit preċedentement, peress li l-proprjetà kienet mibjugħa għal ammont li jikkorrispondi għal 59.7 % tal-valur li bih kien ivvalutat għall-finijiet tal-implementazzjoni tal-garanzija ipotekarja. Konsegwentement, id-debitriċi baqgħet responsabbli għall‑ħlas tal-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">13482.97</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE>, in-nutar ippubblika l-att pubbliku ta’ bejgħ tal-abitazzjoni favur il-kreditur, mingħajr l-intervent tad-debitur, irrappreżentat għal dan il-għan mill-kreditur, skont l-Artikolu 11 tal‑kuntratt ta’ self ipotekarju. Dan l-att kien irreġistrat fir-reġistru tal‑artijiet fit-<DATE ISO="20120412">12 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Sussegwentement, fit-<DATE ISO="20140923">23 ta’ Settembru 2014</DATE>, Banco Santander ippreżenta talba għal proċedura ssemplifikata skont il-punt 7 tal‑Artikolu 250(1) tal-LEC sabiex jikseb deċiżjoni ġudizzjarja li tordna t‑tkeċċija ta’ C. Sánchez López kif ukoll il-pussess tal-abitazzjoni favur il‑bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Banco Santander stabbilixxa l-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> bħala l-garanzija li għandha tħallas id-debitriċi sabiex tikkontesta t-talba tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, C. Sánchez López ma dehritx quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera (qorti tal-ewwel istanza ta’ Jerez de la Frontera).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera (qorti tal-ewwel istanza ta’ Jerez de la Frontera) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1)</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali li toħloq proċedura bħal dik fis‑subparagrafu 7 tal-Artikolu 250(1) tal-[LEC], li, minn naħa, tobbliga l‑qorti nazzjonali tagħti deċiżjoni li tagħti l-pussess tal-akkomodazzjoni ipotekata lill-persuna li tkun akkwistatu fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja u, min-naħa l-oħra, b’applikazzjoni tas‑sistema fis-seħħ stabbilita fl-Artikolu 129 tal-Ley Hipotecaria (Liġi dwar l-Ipoteki), fil-formulazzjoni tagħha li tirriżulta mil-Ley 1/2000 [tas-7] ta’ Jannar 2000, u fl-Artikoli 234 sa 236 tar-[RH] […], ma tipprovdi la l-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ klawżoli inġusti, u lanqas il-possibbiltà għad-debitur li jinvoka b’mod effettiv l-eżistenza ta’ tali klawżoli sabiex jipprekludi t-twettiq tal-ipoteka, kemm jekk fil‑kuntest tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-ipoteka jew kemm fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja indipendenti, hija kuntrarja għad-dipożizzjonijiet [imsemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 93/13] u għall-għanijiet tal‑istess direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali […] [bħall-]ħames dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, li tippermetti lin-nutar li jissospendi proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-ipoteka diġà mibdija fil-mument tad‑dħul fis-seħħ tal-Ley 1/2013 biss jekk il-konsumatur jipprova li kien beda azzjoni dwar in-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju li jikkostitwixxi l-bażi tal-bejgħ extraġudizzjarju jew li jiddetermina l-ammont eżiġibbli fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni tal-ipoteka, u bil-kundizzjoni li din l-azzjoni indipendenti tkun ittieħdet mill‑konsumatur f’terminu ta’ xahar mill-pubblikazzjoni tal-Ley 1/2013, meta dan it-terminu ma ġiex innotifikat […] lill-konsumatur, u qabel ma n‑nutar ikun għamel l-aġġudikazzjoni, hija kuntrarja għad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-[Direttiva 93/13] u għall-għanijiet tal-istess direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-artikoli msemmija iktar ’il fuq tad-[Direttiva 93/13], l-għan tagħha u l‑obbligu li hija timponi lill-qrati nazzjonali li jeżaminaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l‑eżistenza ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi, mingħajr ma huwa meħtieġ li l-konsumatur jitlob dan, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-qorti nazzjonali, fi proċeduri bħal dawk previsti fis-subparagrafu 7 tal-Artikolu 250(1) tal-[LEC] jew fi-proċedura ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>bejgħ extraġudizzjarju<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> rregolata fl-Artikolu 129 tal-[LH], li ma jiġix applikat id-dritt nazzjonali meta dan ma jippermettix<?PAGE NO="6"?> dan l-istħarriġ ġudizzjarju <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, fid-dawl taċ-ċarezza tad‑dispożizzjonijiet [tal-imsemmija] direttiva u tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal‑Ġustizzja […] dwar l-obbligu tal-qrati nazzjonali li jistħarrġu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l‑eżistenza ta’ klawżoli inġusti fil-kawżi dwar kuntratti konklużi mal‑konsumaturi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Dispożizzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 129 tal-[LH], fil‑formulazzjoni tagħha kif tirriżulta mil-Ley 1/2013, li, sabiex toffri lid‑drittijiet tal-konsumaturi stabbiliti mid-[Direttiva 93/13] protezzjoni effettiva fil‑proċeduri extraġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni ta’ ipoteka, tipprovdi biss sempliċi possibbiltà għan-nutar li jindika l-eżistenza ta’ klawżoli inġusti kif ukoll il-possibbiltà li l-konsumatur debitur suġġett għall-eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-ipoteka fuq il-proprjetà immobbli tiegħu jeżerċita azzjoni fil-kuntest ta’ proċedura extraġudizzjarja indipendenti qabel ma tiġi aġġudikata din il-proprjetà immobbli min-nutar, hija kuntrarja għad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq [tal-imsemmija] direttiva u għall-għanijiet tal-istess direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li hija ddefinita fl-Artikolu 129 tal‑[LH], fil-formulazzjoni tagħha li tirriżulta mill-Ley 1/2013, u fl-Artikoli 234 sa 236 tar-[RH], u li tistabbilixxi proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-garanzija ipotekarja ta’ kuntratti ta’ self konklużi bejn professjonisti u konsumaturi fejn ma teżisti l-ebda possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-klawżoli inġusti, hija kuntrarja għad‑dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-[Direttiva 93/13] u għall-għanijiet tal-istess direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-Banco Santander, mill-Gvern Spanjol u mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Inżammet seduta fil-<DATE ISO="20170425">25 ta’ April 2017</DATE>, li fiha pparteċipaw il-Banco Santander, il-Gvern Spanjol u l‑Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Analiżi</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Inammissibbiltà manifesta tat-tieni, tar-raba’ u tal-ħames domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Kif irrilevaw, essenzjalment, il-partijiet ikkonċernati fl‑osservazzjonijiet bil-miktub, id-domandi preliminari magħmula mill‑qorti tar-rinviju huma ta’ żewġ tipi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tielet domanda jirrigwardaw il-kompatibbiltà tas‑sistema legali tal-proċedura ssemplifikata taħt l-Artikolu 250(1) tal-LEC fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fil-mument tal-fatti tal-kawża prinċipali u l‑konsegwenzi li għandhom jirriżultaw minn inkompatibbiltà eventwali ta’ din is-sistema mad-Direttiva 93/13, b’mod partikolari fir-rigward tar-rwol tal-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>It-tieni, ir-raba’ u l-ħames domandi jirrigwardaw, min-naħa tagħhom, il-kompatibbiltà tal-Artikolu 129 tal-LH, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mil-Liġi 1/2013 u mid-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tagħha, mad‑dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Madankollu, din l-aħħar sistema legali ma hijiex applikabbli għall‑fatti tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Liġi 1/2013 tipprovdi, fil-ħames dispożizzjoni tranżitorja tagħha, li l-emendi li hija tintroduċi japplikaw għall-bejgħ extraġudizzjarju ta’ proprjetajiet ipotekati fejn il-proċess ikun beda wara d-dħul fis-seħħ tagħha (jiġifieri l-<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>), u dan irrispettivament mid-data li fiha jkun sar tal-att ta’ kostituzzjoni tal-ipoteka. Peress li l-proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja inkwistjoni fil-kawża prinċipali ntemmet ferm qabel din id-data, jiġifieri fit-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE>, din il-liġi ma tapplikax <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> fil-kawża prinċipali, kif barra minn hekk donnha tindika l-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li t-tieni, r-raba’ u l-ħames domandi preliminari għadhom jiġu ddikjarati manifestament inammissibbli sa fejn ma jirrigwardawx l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tissodisfa ħtieġa oġġettiva għad-deċiżjoni li l-qorti tar-rinviju għandha tieħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-667/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:151">EU:C:2015:151</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Eżami tal-mertu tal-ewwel u tat-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tielet domandi preliminari, li huma marbuta mill-qrib, jirrigwardaw il-portata tas-setgħat tal-qorti fir‑rigward tal-effettività tad-Direttiva 93/13 fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni ta’ drittijiet fuq proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> diġà iskritti fir-reġistru tal-artijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Qabel xejn irrid ninnota l-perplessità tiegħi fir-rigward tal‑formulazzjoni tad-domandi magħmula – u, konsegwentement, fir-rigward tal-ammissibbiltà formali tagħhom – u fir-rigward tal-konklużjonijiet li l‑qorti tar-rinviju donnha tiġbed mill-ġurisprudenza dwar l-effettività tal-protezzjoni li tirriżulta mid-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-oriġinalità ta’ din il-kawża tinsab fil-fatt fiċ-ċirkustanza li l‑klawżola allegatament inġusta, jiġifieri dik li tippermetti l-użu tal-proċedura extraġudizzjarja flimkien mal-konsegwenzi li jirriżultaw minnha, hija preċiżament dik li, fl-aħħar mill-aħħar, skont kif qed nifhem jien, ippermettiet li l-qorti tar-rinviju tkun effettivament adita mill-kawża prinċipali, u dan diversi snin wara l-għeluq ta’ dik il-proċedura fil-kuntest tal-proċedura ssemplifikata prevista fl-Artikolu 41 tal-LH u msemmija fil-punt 7 tal-Artikolu 250(1) tal-LEC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tar-rabta eżistenti bejn il-proċedura fil-kawża prinċipali u l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/13, għandu jiġi osservat li, fil-kuntest ta’ din il-proċedura ssemplifikata, il-kawża li biha hija adita l-qorti nazzjonali ma tirrigwardax, proprjament, il-validità ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju, peress li dan tal-aħħar eżawrixxa l-effetti tiegħu kollha, iżda unikament titolu fuq il-proprjetà rreġistrat fir-reġistru tal-artijiet. Mill‑indikazzjonijiet ipprovduti fl-osservazzjonijiet bil-miktub jirriżulta li huwa biss wara talba fformulata f’dan is-sens li l-kuntratt inkwistjoni ddaħħal fil-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju għalhekk tqiegħed inkwistjoni, b’mod li għal tal-inqas huwa mingħajr preċedent, il‑leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-proċedura intiża għall‑eżerċizzju ta’ dritt għall-proprjetà legalment irreġistrat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-leġiżlazzjoni Spanjola fis-seħħ fil-mument tal-fatti – u b’mod partikolari l-punt 7 tal-Artikolu 250(1) tal-LEC u l‑Artikolu 129 tal-LH –, li tobbliga lill-qorti nazzjonali tagħti deċiżjoni li tagħti l-pussess tal-abitazzjoni akkwistata mill-istabbiliment finanzjarju fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja prevista mill-Artikolu 129 tal-LH, hijiex konformi mal-Artikolu 3(1) u (2), mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13. Hija tirrileva li, la matul il-proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-ipoteka u lanqas matul il-proċedura ġudizzjarja ulterjuri intiża sabiex tagħti lill-eżekutur il-pussess paċifiku tal-proprjetà immobbli, ma kienet teżisti possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju ta’ klawżoli inġusti u li ebda mezz ta’ kontestazzjoni effikaċi u fi żmien xieraq ma kienet prevista għall-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, hija tfittex li jiġu stabbiliti l-konsegwenzi ta’ konstatazzjoni eventwali ta’ inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti. Hija tistaqsi, b’mod partikolari, jekk il-qorti tistax, skont l-obbligu tagħha ta’ stħarriġ tan-natura inġusta ta’ klawżoli li jinsabu fil-kuntratti ta’ konsum, tiskarta l-leġiżlazzjoni nazzjonali kkontestata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ser nipproċedi sabiex infakkar b’mod sintetiku t‑tagħlim tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-portata tas-setgħat tal-qorti nazzjonali u dwar il-garanziji li għandhom jiġu offruti lill-konsumaturi fir-rigward tal-effettività tad-Direttiva 93/13 fil-kuntest partikolari ħafna tal-proċeduri extraġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni ipotekarja. Fit-tieni lok, ser nispjega għal liema raġunijiet ma jidhirlix li huwa meħtieġ u lanqas neċessarjament opportun f’dan il-każ li l-qrati jintervjenu bil-mod issuġġerit mill-qorti nazzjonali fir-rigward tal‑effettività tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-tagħlim tal-ġurisprudenza dwar il-portata tas-setgħat tal‑qorti nazzjonali u dwar il-garanziji li għandhom jiġu offruti lill-konsumaturi fil‑kuntest ta’ proċeduri extraġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni ipotekarja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza ferm stabbilita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kušionová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-34/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2189">EU:C:2014:2189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>ERSTE Bank Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-32/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:637">EU:C:2015:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, is-sistema ta’ protezzjoni implementata mid-Direttiva 93/13 hija bbażata fuq l-idea li l‑konsumatur jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità meta mqabbel mal‑bejjiegħ jew mal-fornitur fir-rigward kemm tas-setgħa ta’ negozjar kif ukoll tal-livell ta’ informazzjoni, sitwazzjoni li twasslu sabiex jaderixxi mal‑kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-bejjiegħ jew mill-fornitur, mingħajr ma jkun jista’ jeżerċita influwenza fuq il-kontenut tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 jistabbilixxi r‑regola li l-konsumatur ma jistax ikun marbut bi klawżoli inġusti inklużi fil-kuntratti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din is-sitwazzjoni ta’ inferjorità li fiha jinsab il-konsumatur, l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva, dispożizzjoni imperattiva ta’ ordni pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Mostaza Claro</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑168/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:675">EU:C:2006:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Banco Primus</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:60">EU:C:2017:60</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> intiża sabiex tistabbilixxi l-ugwaljanza bejn il-kontraenti, kienet interpretata fis-sens li tawtorizza – u anki tobbliga meta jkollha punti ta’ liġi u ta’ fatti meħtieġa – lill-qorti nazzjonali tevalwa <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali inkluża f’kuntratt li jorbot konsumatur ma’ bejjiegħ jew fornitur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Gutiérrez Naranjo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-154/15, C-307/15 u C-308/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:980">EU:C:2016:980</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni proċedurali mad‑Direttiva 93/13, u b’mod partikolari ta’ proċedura dwar l-eżekuzzjoni ta’ garanziji jew l-eżekuzzjoni min-nutara ta’ garanziji li jakkumpanjaw il‑kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kušionová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-34/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2189">EU:C:2014:2189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>ERSTE Bank Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑32/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:637">EU:C:2015:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, għandu jitfakkar li l-modalitajiet ta’ mekkaniżmi nazzjonali ta’ eżekuzzjoni forzata u ta’ intervent tan-nutara f’dan il-kuntest jaqgħu fl-ordinament ġuridiku intern tal-Istati Membri skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, mingħajr ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>ERSTE Bank Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-32/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:637">EU:C:2015:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, l-uniku wieħed verament ikkontestat f’din il-kawża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>F’dan il-każ ma għandna ebda element li jista’ jqajjem dubji dwar il-konformità tal‑leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-prinċipju ta’ ekwivalenza.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja, mitluba b’mod partikolari sabiex tiddeċiedi dwar id-dispożizzjonijiet proċedurali ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, enfasizzat li, fin-nuqqas ta’ stħarriġ effikaċi tan-natura potenzjalment inġusta tal-klawżoli ta’ kuntratt li jikkostitwixxu titolu eżekuttiv, l-osservanza tad-drittijiet mogħtija mid‑Direttiva 93/13 ma jistgħux ikunu ggarantiti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finanmadrid EFC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-49/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:98">EU:C:2016:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-proċeduri extraġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, il-Qorti tal-Ġustizzja identifikat ċerti elementi li jistgħu jirriżultaw neċessarji sabiex tiġi żgurata l‑protezzjoni tal-konsumaturi prevista minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>B’hekk, fl-ewwel lok, ġiet irrikonoxxuta l-fakultà li l-qorti nazzjonali, adita matul proċedura extraġudizzjarja, tissospendi l‑eżekuzzjoni ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet proċedurali Slovakki. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad‑Direttiva 93/13 ġew interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-irkupru ta’ kreditu, ibbażata fuq klawżoli kuntrattwali effettivament inġusti, permezz tal-eżekuzzjoni extraġudizzjarja ta’ garanzija gravanti l-proprjetà immobbli mogħtija mill‑konsumatur, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ma tirrendix fil-prattika impossibbli jew eċċessivament diffiċli s-salvagwardja tad-drittijiet li din id-direttiva tagħti lill-konsumatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kušionová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-34/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2189">EU:C:2014:2189</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, sa fejn, minn naħa, in-nutar seta’ kellu rwol ta’ prevenzjoni tan-natura inġusta tal‑klawżoli ta’ dak il-kuntratt u, barra minn hekk, huwa espliċitament mitlub jiżgura permezz tal-pariri tiegħu l-ugwaljanza fit-trattament fil‑proċeduri kollha li jaqgħu taħt il-kompetenzi tiegħu, sabiex jiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi dwar in-natura eventwalment inġusta ta’ klawżola, u li, sa fejn, min-naħa l-oħra, il-konsumatur għandu l-fakultà li jikkontesta l-validità ta’ kuntratt li ntalbet l-eżekuzzjoni tiegħu, l‑effettività tal-protezzjoni prevista mill-imsemmija direttiva hija bħala prinċipju żgurata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>ERSTE Bank Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-32/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:637">EU:C:2015:637</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li, fir-rigward tal-allegazzjoni li tgħid li huwa possibbli li nutar jibda eżekuzzjoni forzata ta’ kuntratt mingħajr eżami tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali, il-ġurisprudenza relatata mal-identifikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ klawżoli inġusti taqa’ fil-kuntest partikolari tal-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja u ma hijiex, fid-dawl tad-differenzi fundamentali bejnha u l-funzjoni notarili, trasponibbli għal din tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>ERSTE Bank Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-32/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:637">EU:C:2015:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ effettività ma jistax jeżiġi li qorti nazzjonali għandha mhux biss tikkumpensa l-ommissjoni proċedurali ta’ konsumatur li ma jafx id-drittijiet tiegħu, iżda wkoll tirrimedja għal kollox il-passività totali tal-konsumatur ikkonċernat li ma pparteċipa fl‑ebda stadju tal-proċedura tal-eżekuzzjoni ġudizzjarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Asturcom Telecomunicaciones</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-40/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:615">EU:C:2009:615</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kušionová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-34/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2189">EU:C:2014:2189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset ukoll li l‑proċedura ta’ bejgħ extraġudizzjarju ta’ proprjetà immobbli, minkejja l-fatt li ma tippermettix lil nutar li jiddeċiedi dwar l-eżistenza eventwali ta’ klawżola inġusta, ma tippreġudikax l-effettività tad-Direttiva 93/13, ladarba l-konsumatur ibbenefika mill-possibbiltà li jressaq kawża quddiem qorti u li din il-qorti tinsab f’pożizzjoni li tadotta miżuri provviżorji sabiex tissospendi l-eventwali irkant organizzat min-nutar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>ERSTE Bank Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑32/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:637">EU:C:2015:637</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>It-tieni nett, għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 7(1) tad‑Direttiva 93/13, li jimponi li l-Istati Membri għandhom jimplementaw mezzi effikaċi sabiex jipprevjenu l-użu tal-klawżoli inġusti, dan ma jimponix li għandhom jiġu emendati l-proċeduri kollha implementati fuq livell nazzjonali. Hemm biss lok li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni, analizzati fil-kuntest tagħhom billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rimedji ġudizzjarji kollha eżistenti, huma ta’ natura li jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effikaċi sabiex jipprevjenu l-użu ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi u li tali klawżoli ma jorbtux lil dawn tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>ERSTE Bank Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-32/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:637">EU:C:2015:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, fi kwalunkwe każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dispożizzjoni nazzjonali tmur kontra l‑effettività tad-Direttiva 93/13, il-qorti adita dejjem kienet effettivament f’pożizzjoni li tinvalida klawżola, u b’hekk jew li tiskartaha, jew anki li tintervjeni fi proċedura ta’ sekwestru jew ta’ trasferiment ta’ proprjetà li ma tkunx għadha ntemmet. Fil-fatt, dan jista’ jkun jew fil-kuntest ta’ proċedura fuq il-mertu ta’ natura dikjarattiva li fil-kuntest tagħha l-qorti adita tista’ tasal sabiex tistaqsi dwar in-natura eventwalment inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur, jew anki fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata li għandha bħala bażi tali kuntratt li jista’ jinkludi klawżola inġusta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, jekk wieħed jikkunsidra l-każijiet sottomessi sal-lum lill-Qorti tal-Ġustizzja, huwa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni pendenti u fid-dawl tal-eżistenza pprovata jew preżunta ta’ klawżola inġusta fil-kuntratt ta’ self ipotekarju li tat lok għall-kawża li l‑qorti adita talbet kjarifiki dwar il-portata tal-protezzjoni mogħtija skont id‑Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>B’hekk, fil-kawża li tat lok għas-sentenza Aziz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE> (<NO.CASE>C-415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, it-trasferiment tat-titolu fuq il-proprjetà immobbli inkwistjoni kien għadu ma seħħx, peress li, minkejja l-fatt li l-proprjetà kienet tpoġġiet għall-irkant, ma kienx instab xerrej għaliha u li, ftit qabel id-deċiżjoni li tordna t-tkeċċija tiegħu, M. Aziz kien ressaq talba għal sentenza dikjaratorja quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti sabiex tiġi annullata klawżola inġusta tal-kuntratt ta’ self ipotekarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dan it-tagħlim li għandha tiġi eżaminata, fid‑dawl tal-kuntest leġiżlattiv li fih taqa’, il-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> kkontestata fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-fakultà li tqajjem ex officio n-natura inġusta tal-klawżoli li jinsabu f’kuntratt ma tistax testendi għal proċedura ta’ rikonoxximent ta’ drittijiet in rem li hija indipendenti mill-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ proprjetà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li dan la huwa kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni ta’ ordni għall-ħlas u lanqas kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata li ma saritx fit-terminu tagħha u li fiha dejjem jidher opportun li tingħata deċiżjoni dwar in-natura inġusta ta’ klawżoli ta’ kuntratt ipotekarju preċedentement iffirmat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-proċedura li għandha quddiemha l-qorti tar-rinviju għandha l‑għan biss li tagħti effett lil dritt għall-proprjetà legalment irreġistrat. Kif din il-qorti ippreċiżat fit-tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal‑Ġustizzja, din il-proċedura hija intiża esklużivament sabiex tipproteġi d-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> irreġistrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, għandha ssir distinzjoni bejn il-proċedura ta’ bejgħ extraġudizzjarju u l-proċedura ssemplifikata rregolata mill‑Artikolu 41 tal-LH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Il-proċedura ta’ bejgħ extraġudizzjarju, li, skont l-Artikolu 234 tar‑RH, tippreżumi ftehim bejn il-partijiet fl-att ta’ kostituzzjoni tal‑ipoteka, hija intiża sabiex twassal għall-istabbiliment ta’ att pubbliku li jittrasferixxi t-titolu fuq il-proprjetà immobbli favur l-aġġudikatur, b’mod partikolari permezz tal-iskrizzjoni fir-reġistru tal-artijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-proċedura ssemplifikata ta’ rikonoxximent ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, f’dan il-każ dik irregolata mill-Artikolu 41 tal-LH, li hija indipendenti mill‑proċedura ta’ bejgħ extraġudizzjarju quddiem nutar, hija intiża min-naħa l-oħra sabiex tipproteġi d-dritt tad-detentur ta’ dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> iskritt b’mod partikolari – iżda mhux biss – fir-reġistru tal-artijiet. Din il‑proċedura ma hijiex marbuta ma’ kuntratt ta’ konsum li fir-rigward tiegħu l‑qorti nazzjonali għandha tiddeċiedi, iżda hija intiża biss sabiex tivverifika li jeżisti dritt iskritt bil-għan li tagħtih effett.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Huwa minnu li fil-kawża prinċipali, l-użu tal-proċedura ssemplifikata jirriżulta inċidentalment mill-Artikolu 11 tal-kuntratt konkluż fil-<DATE ISO="20041221">21 ta’ Diċembru 2004</DATE> bejn C. Sánchez López u Banco Santander, artikolu li jipprevedi l‑issuġġettar għall-proċedura extraġudizzjarja notarili fil-każ ta’ eżekuzzjoni ta’ ipoteka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Madankollu, il-proċedura rregolata mill-Artikolu 41 tal-LH, li għaliha jirreferu l-ewwel u t-tielet domandi preliminari, hija intiża għall‑protezzjoni ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li jirriżultaw mill-bejgħ extraġudizzjarju, li permezz tiegħu l-proprjetarju jikseb il-pussess effettiv tal-proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Din l-aħħar proċedura ma hijiex ibbażata fuq il-kuntratt ta’ self ipotekarju kontenzjuż, iżda fuq it-titolu ta’ proprjetà iskritt fir‑reġistru tal-artijiet. Fil-fatt, wara li tintemm il-proċedura ta’ bejgħ extraġudizzjarju, il-kuntratt ipotekarju jispiċċa u l-ipoteka tisparixxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jidher fil-fatt li l-proċedura ta’ bejgħ notarili kellha l-effetti tagħha kollha fid-dawl tat-tpoġġija għall-irkant u tal‑aġġudikazzjoni tal-proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, il-proċedura ssemplifikata inkwistjoni f’din il‑kawża hija għalhekk, kif enfasizza l-Gvern Spanjol, indipendenti mill‑bejgħ extraġudizzjarju jew minn kull proċedura oħra ta’ eżekuzzjoni ipotekarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Issa, jidhirli li huwa relattivament evidenti li d-Direttiva 93/13 ma tistax tiġi ddikjarata applikabbli għall-proċedura kontenzjuża li hija intiża għall-konstatazzjoni ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fid-dawl tal-infurzabbiltà tagħhom u mhux għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret diversi drabi li kull każ li jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tirrendix l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli għandu jiġi eżaminat fid-dawl tar-rwol ta’ din id‑dispożizzjoni fil-proċedura, meqjusa globalment, u fid-dawl tal‑iżvolġiment u tan-natura speċifika tagħha, quddiem id-diversi istanzi nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Kif enfasizza l-Gvern Spanjol, jidher li d-debitriċi kellha l‑opportunità, waqt il-proċedura extraġudizzjarja ta’ trasferiment tal-proprjetà ipotekata, li tikkontestaha jew titlob is-sospensjoni minħabba l‑preżenza ta’ klawżola inġusta fil-kuntratt ta’ self ipotekarju, filwaqt li titlob l‑adozzjoni ta’ miżuri provviżorji għas-sospensjoni tal-bejgħ tal-proprjetà immobbli li tagħha kienet il-proprjetarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hemm lok li jiġi kkonstatat li din il-kawża hija differenti minn dawk li sal-lum tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, peress li f’dan il-każ, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludi ebda punt ta’ fatt li jippermetti li jiġi stabbilit li l-qorti tar-rinviju ser ssib li klawżola tal-kuntratt kontenzjuż, minbarra dik li tirreferi għall‑proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja, jista’ jkollha natura inġusta fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>B’hekk, fil-Kawża Aziz, it-tieni domanda preliminari kienet tirrigwarda espressament il-klawżoli kuntrattwali dwar il-maturità antiċipata u l-ammont ta’ interessi moratorji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Fil-Kawża Finanmadrid EFC, id-deċiżjoni tar-rinviju tindika li jeżistu dubji dwar in-natura eventwalment inġusta ta’ ċerti klawżoli tal-kuntratt inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finanmadrid EFC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-49/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:98">EU:C:2016:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-qorti nazzjonali għandha tevalwa <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali kollha li jaqgħu fil‑kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, anki fin-nuqqas ta’ talba espressa f’dan is-sens, meta hija jkollha punti ta’ liġi u ta’ fatt meħtieġa għal dan l-għan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Pannon GSM</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-243/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:350">EU:C:2009:350</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, huwa minnu wkoll li għandu jkun hemm ukoll dubji dwar in-natura eventwalment inġusta ta’ klawżola oħra tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa importanti li jitfakkar li d-Direttiva 93/13 hija intiża sabiex tevita li jiġu inklużi klawżoli fil-kuntratti li jorbtu konsumaturi ma’ bejjiegħa jew fornituri (ir-raba’ premessa), sabiex eventwalment tipprekludi dawn il-klawżoli minn dawn il-kuntratti, u fl-aħħar nett, sabiex tevita li l-imsemmija klawżoli jkunu jorbtu lill-konsumatur (il‑wieħed u għoxrin premessa).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Issa, ladarba l-kuntratt, li ma huwiex is-suġġett tal‑proċedura pendenti quddiem il-qorti <HT TYPE="ITALIC">a quo</HT>, li suppost jinkludi l‑klawżola preżunta inġusta eżawrixxa l-effetti tiegħu kollha permezz tat‑trasferiment definittiv tal-proprjetà immobbli inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jidhirx li huwa iktar opportun li tiġi evalwata, b’mod partikolari, in-neċessità tal-prevenzjoni jew tal-preklużjoni tal‑inklużjoni ta’ tali klawżola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, jiena tal-opinjoni li l-protezzjoni mogħtija mid-Direttiva 93/13 ma timplikax li l-qorti nazzjonali tista’ tiddeċiedi dwar in-natura inġusta ta’ klawżola inkluża f’kuntratt ipotekarju fil-kuntest ta’ proċedura, indipendenti mill‑proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, intiża sabiex tiżgura l-effettività tad-dritt għall-proprjetà fir-rigward tal-proprjetà immobbli kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Deċiżjoni differenti tkun, fil-fehma tiegħi, la neċessarjament vantaġġuża għall-konsumatur ikkonċernat u lanqas mixtieqa mill-perspettiva tal-osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ drittijiet għall-proprjetà diġà akkwistati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, konstatazzjoni ta’ inkompatibbiltà tal-proċedura inkwistjoni mad-Direttiva 93/13 ma tidhirx neċessarjament iġġustifikata fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumatur ikkonċernat, protezzjoni li nfakkar tikkostitwixxi fl-aħħar mill-aħħar l-għan primordjali li jrid jintlaħaq mid-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Jekk id-deċiżjoni tar-rinviju tirriżulta partikolarment mhux kompluta fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-konvenuta fil-kawża prinċipali, mill‑elementi fattwali mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minn Banco Santander u mill‑Gvern Spanjol jirriżulta li, minkejja li l-aġġudikazzjoni tal-proprjetà immobbli kkonċernat kienet traskritta b’att notarili fit-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE> u li dan ġie iskritt fir-reġistru tal-artijiet, C. Sánchez López talbet lil Banco Santander tibqa’ fl-abitazzjoni tagħha inkwistjoni skont il‑ftehim għal ħolqien ta’ fond għall-akkomodazzjoni soċjali implementat fuq livell nazzjonali fis-<DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>. Fid-<DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>, C. Sánchez López u Banco Santander ikkonkludew kuntratt suġġett għal dan il-ftehim, li jippermetti b’mod partikolari li C. Sánchez López tibqa’ fil-proprjetà bħala kerrejja suġġetta għal kera fl-ammont ta’ madwar EUR 90. B’hekk, jidher li din ma urietx ix-xewqa li tikkontesta l-kuntratt ipotekarju li kienet iffirmat preċedentement, anki jekk, fir-realtà, kellha kull opportunità. Bl-istess mod, xejn ma jippermetti li jiġi konkluż li l‑konsumatur ikkonċernat ried jikkontesta n-natura definittiva tat‑trasferiment tat-titolu fuq il-proprjetà li huwa jokkupa, trasferiment li jirriżulta mill-aġġudikazzjoni li seħħet fil-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE> u li kienet iskritta fir-reġistru tal-artijiet fit-<DATE ISO="20120412">12 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, ma huwiex ċert li l-kontestazzjoni ta’ din il‑proċedura tista’ tiġġenera <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>benefiċċju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> għall-konsumatur inkwistjoni. Billi l‑klawżola ddikjarata inġusta ma torbotx lill-konsumatur, l-eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-ipoteka tista’ tiġi invalidata u l-konsumatur li jkun naqas milli jħallas ikun mill-ġdid marbut bil-kuntratt ta’ self ipotekarju. Fil‑fatt, ladarba l-ebda klawżola oħra tal-kuntratt<?PAGE NO="13"?> ma tkun tista’ tiġi identifikata bħala eventwalment inġusta, il-kuntest kuntrattwali oriġinali jkun jidħol mill-ġdid fis-seħħ, f’dan il-każ, mingħajr tibdil tal-klawżoli dwar ir-rimbors. Madankollu, għandu jitfakkar li d-dritt għal protezzjoni effettiva tal‑konsumatur jinkludi l-fakultà li l-konsumatur jirrinunzja milli jinvoka d-drittijiet tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Banif Plus Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-472/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:88">EU:C:2013:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Sales Sinués u Drame Ba</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-381/14 u C-385/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:252">EU:C:2016:252</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li l-invalidazzjoni tal‑kuntratt ipotekarju previst f’dan il-każ twassal sabiex tqiegħed lill‑konsumatur ikkonċernat f’sitwazzjoni inqas favorevoli peress li twassal għall-annullament tal-aġġudikazzjoni tal-proprjetà immobbli u b’hekk għall-kontestazzjoni tal-kuntratt ta’ kera soċjali konkluż sussegwentement bejn Banco Santander u C. Sánchez López.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>It-tieni nett, jekk il-qorti tiġi awtorizzata tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-eventwali natura inġusta tal-kuntratt ipotekarju preċedentement konkluż u li eżawrixxa l-effetti tiegħu kollha – il-proprjetà ipotekata kienet is-suġġett ta’ trasferiment definittiv – dan ikun iwassal għall-kontestazzjoni, abbażi tal-effettività tad-Direttiva 93/13, ta’ dritt għall-proprjetà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li ma huwiex ibbażat fuq il-kuntratt konkluż mal‑konsumaturi, iżda fuq ir-rikonoxximent extraġudizzjarju ta’ titolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li d-dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> inkwistjoni kien is-suġġett ta’ iskrizzjoni fir-reġistru tal-artijiet madwar erba’ snin qabel it-talba għal deċiżjoni preliminari f’din il-kawża. Jekk, fil-kawża prinċipali, jirriżulta li Banco Santander huwa d-detentur ta’ dan id-dritt, seta’ kien li entità kompletament differenti akkwistat din il-proprjetà wara l-iskrizzjoni tagħha fir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher kuntrarju għall-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ proprjetà li jiġu kkontestati, abbażi tal‑effettività tad-Direttiva 93/13, proprjetajiet akkwistati, ladarba ma tqumx iktar il-kwistjoni dwar l-preklużjoni tal-eżistenza ta’ klawżola inġusta inkluża f’kuntratt li jorbot bejjiegħ jew fornitur ma konsumatur u li jkompli jipproduċi effetti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Konklużjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li r‑risposta għad-domandi magħmula mill-Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera (qorti tal-ewwel istanza ta’ Jerez de la Frontera, Spanja) għandha tkun kif ġej:</TXT><P>Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ma tapplikax għal proċedura bħal dik prevista fl-Artikolu 41 tal-Ley Hipotecaria (liġi dwar l-ipoteki) u fl-Artikolu 250(1) tal-Ley 1/2000, de Enjuiciamiento Civil (Liġi Nru 1/2000, dwar il-proċedura ċivili), tas-<DATE ISO="20000107">7 ta’ Jannar 2000</DATE>, sa fejn din il-proċedura ma hijiex intiża li tevalwa u/jew li teżegwixxi kuntratt li jorbot bejjiegħ jew fornitur ma’ konsumatur, iżda hija intiża sempliċement sabiex tiżgura l-effettività ta’ dritt għall-proprjetà legalment akkwistat u iskritt fir-reġistru tal-artijiet.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>