31986R2858



Official Journal L 265 , 17/09/1986 P. 0005 - 0006
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0130
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0130


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2858/86

tal-15 ta' Settembru 1986

dwar il-klassifika ta' oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 39.07 tat-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi, biex jiġi żgurat li n-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni tiġi applikata b'mod uniformi, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li ġejjin:

1. Fajl li jikkonsisti f'rettangolu tal-kartun (kartonċin) (bejn wieħed u ieħor ta' 530 × 310 mm u 1,84 mm ħxuna), miksi fuq kull naħa b'folja ta' materjal plastiku artifiċjali (bejn wieħed u ieħor 0,23 mm ħxuna) issiġillat fl-erbat itruf kollha tiegħu; dan il-kartun miksi mbagħad jintlewa f'żewġ postijiet biex jifforma d-dahar tal-fajl. Fuq ġewwa, hemm mekkaniżmu li jorbot;

2. Fajl li jikkonsisti f'żewġ rettangoli tal-kartun (il-qoxriet bejn wieħed u ieħor ta' 310 × 220 mm kull wieħed u 1,64 mm ħxuna), strixxa tal-kartun (id-dahar, bejn wieħed u ieħor 310 × 45 mm u 1,64 mm ħxuna) u żewġ strixxi dojoq fuq kull naħa tad-dahar (fursetti, bejn wieħed u ieħor ta' 310 × 14 mm kull waħda u 1,64 mm ħxuna), miksija fuq kull naħa b'folja ta' materjal plastiku artifiċjali (bejn wieħed u ieħor 0,42 mm ħxuna) iwwelldajata fuq l-erbat itruf kollha, matul l-istrixxa li tifforma d-dahar tal-folder, u matul il-fursetti. Fuq ġewwa, hemm mekkaniżmu li jorbot;

3. Fajl li jikkonsisti f'żewġ rettangoli tal-kartun (kartonċin) (il-qoxriet, bejn wieħed u ieħor ta' 255 × 310 mm kull waħda u 2,05 mm ħxuna) u strixxa tal-kartun (id-dahar, bejn wieħed u ieħor ta' 51 × 310 mm u 2,05 mm ħxuna), li jkunu miksija fuq kull naħa b'folja ta' materjal plastiku artifiċjali (0,40 mm ħxuns) iwweldjata fuq l-erbat itruf kollha tul l-istrixxa li tifforma d-dahar tal-binder. Fuq ġewwa, hemm mekkaniżmu li jorbot;

4. Fajl li jikkonsisti f'rettangolu tal-kartun ta' bejn wieħed u ieħor 520 × 310 mm li fil-parti ċentrali tiegħu jkollu, matul iż-żewġ linji tat-tiwi, żewġt ixquq rettangolari (bejn wieħed u ieħor ta' 290 × 6 mm) bejn wieħed u ieħor 18 mm minn xulxin. Il-kartun ikun miksi fuq kull naħa b'folja ta' materjal plastiku artifiċjali li jkun iwweldjat fl-erbat itruf tiegħu u fil-parti li tikkorrispondi ma' l-ixquq. Fuq ġewwa, jkun hemm mekkaniżmu li jorbot;

Billi t-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [3] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1355/86 [4], tikklassifika fl-intestaturi Nru 39.07 oġġetti ta' materjali tax-xorta deskritta fl-intestaturi Nri 39.01 sa 39.06, u fl-intestaturi Nru 48.18, inter alia, reġistri, pitazzi, kotba tan-notamenti, blokki għal memoranda, kotba ta' l-ordnijiet, kotba ta' l-irċevuti, djarji, karta xuga, binders (għal paġini sfużi jew oħrajn), eċċ., billi l-intestaturi msemmija hawn fuq jistgħu jkunu previsti għall-klassifika ta' l-oġġetti in kwistjoni;

Billi dawn l-oġġetti kollha jikkonsistu bażikament f'żewġ materjali, jiġifieri kartun u materjal plastiku artifiċjali; billi jkunu għalhekk oġġetti li jikkonsistu f'materjali differenti li għandhom jiġu kklassifikati skond ir-regola ġenerali 3 (b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni;

Billi, fl-oġġetti fuq imsemmija l-kartun iservi biss ta' rinforz u appoġġ filwaqt li l-materjal plastiku artifiċjali, meta wieħed iqis il-preżentazzjoni u l-użu ta' l-oġġetti, jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom; billi l-oġġetti in kwistjoni għandhom għalhekk jiġu kklassifikati fl-intestatura Nru 39.07 tat-Tariffa Doganali Komuni;

Billi d-dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament mhix inkompatibbli ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti li ġejjin:

1. Fajl li jikkonsisti f'rettangolu tal-kartun (bejn wieħed u ieħor ta' 530 × 310 mm u ta' 1,84 mm ħxuns), miksi fuq kull naħa b'folja ta' materjal plastiku artifiċjali (bejn wieħed u ieħor ta' 0,23 mm ħxuna) iwweldjat fuq l-erbat itruf tiegħu; dan il-kartun miksi mbagħad jintewa f'żewġ postijiet biex jifforma d-dahar tal-fajl. Fuq ġewwa, jkun hemm mekkaniżmu li jorbot;

2. Fajl li jikkonsisti f'żewġ rettangoli tal-kartun (kartonċin) (il-qoxriet, bejn wieħed u ieħor ta' 310 × 220 mm kull waħda u 1,64 mm ħxuna), strixxa tal-kartun (id-dahar), bejn wieħed u ieħor 310 × 45 mm u 1,64 mm ħxuna) u żewġ strixxi dojoq fuq kull ġenb tad-dahar (fursetti, bejn wieħed u ieħor ta' 310 × 14 mm kull waħda u 1,64 mm ħxuna), miksija fuq kull naħa b'folja ta' materjal plastiku artifiċjali (bejn wieħed u ieħor 0,42 mm ħxuna) iwweldjata fuq l-erbat itruf tagħhom, matul l-istrixxa li tifforma d-dahar tal-folder, u matul il-fursetti. Fuq ġewwa, hemm mekkaniżmu li jorbot;

3. Fajl li jikkonsisti f'żewġ rettangoli tal-kartun (il-qoxriet, bejn wieħed u ieħor ta' 255 × 310 mm kull waħda u 2,05 mm ħxuna) u strixxa tal-kartun (id-dahar), bejn wieħed u ieħor ta' 51 × 310 mm u 2,05 mm ħxuna), li tkun miksija fuq kull naħa b'folja ta' materjal plastiku artifiċjali (0,40 mm ħxuna) iwweldjata fuq l-erbat itruf kollha tagħha u l-istrixxa li tifforma d-dahar tal-binder. Fuq ġewwa, hemm mekkaniżmu li jorbot;

4. Fajl li jikkonsisti f'rettangolu tal-kartun ta' bejn wieħed u ieħor 520 × 310 mm li jkollu fil-parti ċentrali tiegħu, matul iż-żewġ linji tat-tiwi, żewġt ixquq, rettangolari (ta' bejn wieħed u ieħor 290 × 6 mm) bejn wieħed u ieħor 18 mm minn xulxin. Il-kartun ikun miksi fuq kull naħa b'folja ta' materjal plastiku artifiċjali li tkun iwweldjata fl-erbat itruf kollha u fil-parti li tikkorrispondi ma' l-ixquq. Fuq ġewwa, ikun hemm mekkaniżmu li jorbot;

għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intesatura li ġejja fit-Tariffa Doganali Komuni

39.07 Oġetti ta' materjali tax-xorta deskritta fl-intestaturi minn Nru 39.01 sa 39.06.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Settembru 1986.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[2] ĠU L 191, tad-19.7.1984, p. 1.

[3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

[4] ĠU L 118, tas-7.5.1986, p. 1.

--------------------------------------------------