31995R2696



Official Journal L 280 , 23/11/1995 P. 0017 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2694/95

tal-21 ta' Novembru 1995

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2588/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull sud-diviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti,

Billi, bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċi xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi hu aċċettat li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissuktaw ikunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru ta' l-1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunita [3] skond ma ġiet emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2454/93 [4], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u ta' l-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemija.

Artikolu 2

L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tissokta tkun invokata, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, fil-21 November 1995.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p.1

[2] ĠU L 264, tas-7.11.1995, p.4

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p.1

[4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

| |

1Preparazzjoni ta' l-ikel bil-komposizzjonijiet li ġejjin: | 21069092 | Il-klassifikazzjoni hi determinata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-Nota 1 (b) tal-Kapitolu 38, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 2106, 210690 u 21069092. Ara wkoll in-Noti Spjegattvi tas-SA, Kapitolu 38, Ġenerali, raba' paragrafu. |

—ilma | 55,9 % |

—monogliċeridi ta' aċidi tax-xaħam | 23,5 % |

—propylene glycol | 7,3 % |

—polyglycerol esters | 5,9 % |

—sorbitol | 3,5 % |

—sapun | 2,6 % |

—digliċeridi ta' aċidi tax-xaħam | 1,1 % |

—potassium propionate | 0,1 % |

Dan il-prodott huwa emulsjonanti użat fil-manifattura ta' diversi tipi ta' prodotti tal-forn. |

2.Prodott fil-forma ta' trab, granelli jew boċċi żgħar li jkollhom bil-piż madwar:48 % ta' calċju hydrogenorthophosphate ("dicalcium phosphate"),40 % ta' kalċju bis(dihydrogenorthophosphate) ("monocalcium phosphate")u12 % ta' calcium carbonate, ta' tip użat fl-għalf. | 23099093 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 2309, 230990 u 23099093. Ara wkoll in-Noti Spjegattvi tas-SA, intestatura 23.09, Parti II-C. Il-prodott ma jweġibx id-deskrizzjonijiet mogħtija fin-nota 3 (A) tal-Kapitlu 31. |

3.Artikolu tat-tessut magħmul (dimensjonijiet: 5cm x 80 cm), li jikkonsisti min tubu tat-tessut li jkollu polyacrylamid fil-forma ta' granelli, li meta mxarrab, jintuża biex tiffriska l-ġilda.(Ara ritratt) [1] | 39269099 | Il-klassifikazzjoni hi determinata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 3926, 392690 u 39269099. Il-prodott għandu karattru essenzjali ta' prodott polyacrylamide. |

+++++ TIFF +++++

[1] Ir-ritratt huwa purament għall-finijiet illustrativi.

--------------------------------------------------