31987D0594



Official Journal L 362 , 22/12/1987 P. 0008 - 0021
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0102
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0102


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-30 ta' Novembru 1987

li taċċetta f'isem il-Komunità l-Anness F.3 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri tad-dwana

(87/594/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28, 43, 113 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi bid-Deċiżjoni 75/199/KEE [2] il-Komunità kkonkludiet il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri tad-dwana;

Billi, l-aċċettazzjoni ta' l-annessi ma' din il-Konvenzjoni tikkontribwixxi b'mod effettiv sabiex jiġi ffaċilitat u żviluppat il-kummerċ internazzjonali;

Billi l-Anness F.3 li jirrigwarda l-faċilitajiet tad-dwana li japplikaw għall-vjaġġaturi jistgħu jkunu aċċettati mill-Komunità,

Billi din l-aċċettazzjoni għandha, madankollu, tkun akkumpanjata b'ċerti riservi sabiex jitqiesu l-ħtiġiet speċjali ta' l-Unjoni Doganali u l-istadju korrenti milħuq fl-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tad-dwana,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness F.3 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri tad-dwana, li jirrigwardaw il-faċilitajiet tad-dwana li japplikaw għall-vjaġġaturi, huwa hawnhekk aċċettat f'isem il-Komunità bla ħsara għar-riserva ta' natura ġenerali u r-riservi dwar l-Istandards 21, 38 u 44 u l-Prattika rakkomandata 45.

It-test ta' l-Anness, flimkien mar-riservi, huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni tad-dwana bl-aċċettazzjoni mill-Komunità ta' l-Anness riferit fl-Artikolu 1, bla ħsara għar-riservi riferiti f'dak l-Artikolu.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Novembru 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Wilhjelm

[1] ĠU C 318, tat-30.11.1987.

[2] ĠU 100, tal- 21.4.1975, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

ANNESS F.3

ANNESS LI JIRRIGWARDA L-FAĊILITAJIET TAD-DWANA LI JAPPLIKAW GĦALL-VJAĠĠATURI

DAĦLA

Iż-żieda kbira fis-safar internazzjonali kellu effett konsiderevoli fuq ix-xogħol ta' l-amministrazzjonijiet tad-dwana, peress li l-vjaġġaturi bl-oġġetti tagħhom u bil-mezzi tat-trasport tagħhom iridu jgħaddu minn kontrolli tad-dwana matul il-vjaġġ tagħhom.

Huwa fl-interess kemm tal-vjaġġatur kif ukoll tal-awtoritajiet interessati li jiffaċilitaw il-moviment permezz tal-kontroll tad-dwana meħtieġ, iżda madankollu dan ma għandux isir a skapitu tar-responsabbiltajiet l-oħra assenjati lid-dwana bħalma huma l-ħarsien ta' l-interessi fiskali u ekonomiċi tal-pajjiż, il-prevenzjoni ta' l-importazzjoni ta' oġġetti projbiti u r-ripressjoni ta' offiżi oħra tad-dwana.

Dan l-Anness jipprovdi dawk li huma kunsidrati l-faċilitajiet minimi għall-vjaġġaturi, u f'dan il-kuntest għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-rakkommandazzjoni li saret fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni.

Dan l-Anness għandu x'jaqsam mal-faċilitajiet tad-dwana li japplikaw għal dawk kollha li jivvjaġġaw, irrispettivament jekk humiex residenti jew mhux-residenti li sejrin jitilqu jew residenti li ġejjin lura jew tal-mod tagħhom tat-trasport, u għall-oġġetti li jinġarru minn dawn il-vjaġġaturi, sewwa fuq il-persuna tagħhom, u sewwa fil-bagalji jew fil-mezzi tat-trasport tagħhom. Japplika wkoll għall-mezzi privati tat-trasport tagħhom (vetturi bil-magna fuq it-toroq, bastimenti u vetturi ta' l-ajru).

L-Anness japplika wkoll għall-ħaddiema li jgħixu f'pajjiż iżda jaħdmu f'ieħor, għall-membri tal-ekwipaġġ u għal persuni oħra li sikwit jaqsmu l-fruntiera. Madankollu dawn it-tipi ta' vjaġġaturi jistgħu jiġu esklużi mill-benefiċċju ta' ċerti faċilitajiet.

L-Anness ma japplikax għall-kontrolli varji li kultant jitwettqu mid-dwana f'isem awtoritajiet oħra bħalma huma l-kontrolli tal-immigrazzjoni u kontrolli fito-sanitarji. Lanqas ma' l-Anness ikopri l-każ ta' persuni li jittrasferixxu r-residenza tagħhom minn pajjiż għall-ieħor.

DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop ta' dan l-Anness:

(a) it-terminu "vjaġġatur" ifisser:

(1) kull persuna li temporanjament tidħol f'territorju ta' pajjiż li fih hu jew hija normalment ma jirrisjedux ("non-resident"), u

(2) kull persuna li tmur lura fit-territorju tal-pajjiż li fih hu jew hija normalment jirresjiedu wara li kienu temporanjament barra minnu ("resident ritornant").

Nota:

Persuna tista' titqies li tirresjiedi f'pajjiż normalment jekk huwa jew huma residenti b'mod prinċipali jew b'mod permanenti f'dan il-pajjiż. Madankollu, il-post fejn persuna tirresjiedi b'mod normali huwa stabbilit skond il-leġislazzjoni nazzjonali;

(b) it-terminu "mezz tat-trasport għall-użu privat" ifisser vetturi tat-triq bil-mutur (inklużi l-muturi) u l-karrijiet, id-dgħajjes u l-vetturi ta' l-ajru, flimkien mal-partijiet li jinbidlutagħhom u l-aċċessorji u t-tagħmir normali, importati jew esportati b'mod esklussiv għall-użu personali mill-persuna interessata u mhux għat-trasport tal-persuni għal rimunerazzjoni jew għat-trasport industrijali jew kummerċjali tal-merkanzija, sewwa jekk għal rimunerazzjoni u sewwa jekk le;

(ċ) it-terminu "effetti personali" ifisser l-oġġetti kollha (ġodda jew użati) li vjaġġatur jista' jeħtieġ b'mod raġjonevoli għall-użu personali tiegħu jew tagħha matul il-vjaġġ, wara li jkunu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi tal-vjaġġ, iżda jeskludu kull oġġett importat jew esportat għal skopijiet kummerċjali;

(d) it-terminu "dazji u taxxi fuq l-importazzjoni" ifisser id-dazji tad-dwana u d-dazji, it-taxxi, il-piżijiet jew l-imposti l-oħra kollha li jinġabru fuq jew f'konnessjoni ma' l-importazzjoni ta' l-oġġetti, iżda ma jinkludux il-piżijiet u l-imposti li huma limitati fl-ammont għall-ispejjeż approssimattivi tas-servizzi mwettqa;

(e) it-terminu "dazji u taxxi fuq l-esportazzjoni" ifisser id-dazji tad-dwana u d-dazji, it-taxxi, il-piżijiet jew l-imposti l-oħra kollha li jinġabru fuq jew f'konnessjoni ma' l-esportazzjoni tal-oġġetti, iżda ma jinkludux il-piżijiet u l-imposti li huma limitati fl-ammont ammont għall-ispejjeż bejn approsimattivi tas-servizzi mwettqa;

(f) it-terminu "dħul temporanju" ifisser il-proċedura tad-dwana li biha ċerti oġġetti jistgħu jiddaħħlu f'territorju tad-dwana bil-kondizzjoni li jinħelsu mill-ħlas tad-dazji u tat-taxxi fuq l-importazzjoni; dawn l-oġġetti jridu jkunuimportati għal skop speċifiku u jridu jkunu maħsuba għall-esportazzjoni mill-ġdid ġewwa perjodu speċifiku taż-żmien u mingħajr ma jkunu għaddew minn ebda bidla għajr id-deprezzament normali minħabba l-użu li jsir mill-oġġetti;

(g) it-terminu "sigurtà" ifisser dak li jiżgura għas-sodisfazzjoni tad-dwana illi jrid jiġi mwettaq obbligu lejn id-dwana;

(h) it-terminu "kontroll tad-dwana" ifisser il-miżuri applikati sabiex jiżguraw il-konformità mal-liġijiet u r-regolamenti li d-dwana hija responsabbli li tinforza.

PRINĊIPJI

1. L-Istandard

Il-faċilitajiet tad-dwana applikabbli għall-vjaġġaturi għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

2. L-Istandard

Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet li għandhom jitwettqu u l-formalitajiet tad-dwana li għandhom jiġu kompletati għall-clearance ta' l-oġġetti tal-vjaġġatur u tal-mezz tat-trasport għall-użu privat.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

3. L-Istandard

L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinnominaw l-uffiċċji tad-dwana li fihom jistgħu jsiru l-formalitajiet tad-dwana li għamndshom x'jaqsmu mal-vjaġġaturi. Biex ikunu stabbiliti l-lokazzjoni, il-kompetenza u s-sigħat tan-negozju ta' dawn l-uffiċċji, il-fatturi li jridu jiġu kunsidrati għandhom jinkludu s-sitwazzjoni ġeografika u l-volum tat-traffiku tal-passiġġieri.

Noti:

(1) Dawn l-uffiċċji tad-dwana jistgħu jkunu lokati jew fuq il-fruntiera jew fl-intern (p.e. f'ajruport jew fi stazzjon ewlieni tal-ferrovija).

(2) F'uħud mill-każijiet jista' jkun possibbli għall-vjaġġaturi li jikkompletaw il-formalitajiet kollha meħtieġa fuq il-ferroviji internazzjonali, il-bastimenti laneċ, il-bastimenti tal-kroċiera, eċċ.

(3) Metodu ieħor għalbiex jitħaffef il-passaġġ tal-vjaġġaturi mill-kontroll tad-dwana huwa dak li jiġu provvduti faċilitajiet ta' qabel il-cleranace fil-pajjiż tat-tluq.

4. Il-Prattika rakkomandata

Fuq it-talba minn qabel mill-persuna interessata, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet tad-dwana, dawn tal-aħħar għandhom, sakemm tippermetti l-organizzazzjoni amministrattiva tagħhom, jippermettu illi l-formalitajiet tad-dwana li japplikaw għall-vjaġġaturi jiġu kompletati f'postijiet oħra mill-uffiċċji tad-dwana nominati għal dan l-iskop; kull spiża li dan jintitola tista' tiġi imposta fuq il-persuna interessata.

5. L-Istandard

L-uffiċċji tad-dwana ewlenin li fihom jistgħu jiġu kompletati l-formalitajiet tad-dwana li japplikaw għall-vjaġġaturi għandhom ikunu miftuħa 24 siegħa kuljum meta l-ħtiġiet tat-traffiku hekk jitolbu jew, jekk dan mhux meħtieġ, f'sigħat speċifikati li matulhom il-vjaġġaturi jistgħu jkunu mistennija li jaslu jew iħallu l-pajjiż.

6. Prattika rakkomandata

Meta l-uffiċċji tad-dwana korrispondenti jkunu lokati fuq fruntiera komuni, l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiżi interessati għandhom jikkorrelataw il-kompetenza u s-sigħat tal-kummerċ ta' dawn l-uffiċċji.

Nota:

F'xi każijiet kontrolli konġunti kienu ġew stabbiliti fuq fruntieri komuni bl-uffiċċji tad-dwana tal-pajjiżi interessati stabbiliti fl-istess post u kultant fl-istess bini.

7. L-Istandard

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li japplikaw il-kontroll tad-dwana sħiħ fuq il-vjaġġaturi kollha, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom normalment japplikaw dawn il-kontrolli biss fuq bażi selettiva jew tat-teħid ta' kampjuni.

8. L-Istandard

It-tfittxijiet personali fuq il-vjaġġaturi għal skopijiet tad-dwana għandhom jitwettqu biss f'każijiet eċċezzjonali u meta jeżistu raġunijiet validi ta' suspett ta' kuntrabandu jew ta' offiżi oħra.

9. L-Istandard

Il-vjaġġauri li jaslu jew iħallu l-pajjiż b'vettura tat-triq jew bil-ferrovija għandhom jingħataw il-permess li jikkompletaw il-formalitajiet kollha meħtieġa mingħajr, kif għandu jsir, ma jkollhom iħallu l-mezz tat-trasport li jkunu qegħfin jivvjaġġaw fih.

10. Prattika rakkomandata

Fl-ajruporti internazzjonali maġġuri għandha tintuża s-sistema taż-żewġ kanali kif imsemmija f'Appendiċi I ma' dan l-Anness għall-clearance lejn l-intern tal-vjaġġaturi u l-bagalji tagħhom.

11. Prattika rakkomandata

F'portijiet internazzjonali xierqa, b'mod partikolari dawk użati mill-bastimenti tal-passiġġieri li jagħmlu vjaġġi qosra fuq il-baħar (bħas-servizzi regolari tal-bastimenti laneċ), għandha tintuża s-sistema taż-żewġ kanali kif deskritta fil-qosor f'Appendiċi II ma' dan l-Anness għall-clearance lejn l-intern tal-vjaġġaturi, il-bagalji tagħhom u l-vetturi tat-triq tagħhom għall-użu privat.

12. L-Istandard

Il-faċilitajiet tad-dwana pprovduti f'dan l-Anness għandhom japplikaw għall-vjaġġaturi tkun xi tkun iċ-ċittadinanza/nazzjonalità tagħhom.

13. Prattika rakkomandata

Ikun xi jkun il-mezz tat-trasport użat, m'għandhiex tinħtieġ lista tal-vjaġġaturi jew lista tal-bagalji li jakkumpanjawhom għall-iskopijiet tad-dwana.

Nota:

Din id-dispożizzjoni ma tipprekludix li d-dwana titlob tagħrif li jirrigwarda n-numru ta' vjaġġaturi li jaslu jew iħallu fuq mezz partikolari tat-trasport.

14. L-Istandard

Il-vjaġġaturi għandhom jitħallew jagħmlu dikjarazzjoni bil-fomm rigward l-oġġetti li jakkumpanjawhom. Madankollu, id-dwana tista' teħtieġ dikjarazzjoni bil-miktub għall-oġġetti miġrura mill-vjaġġaturi li jikkostitwixxu l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' natura kummerċjali jew li jaqbżu, fil-valur jew fil-kwantità, il-limiti stabbiliti fil-leġislazzjoni nazzjonali.

Nota:

Id-dikjarazzjoni bil-miktub prevista taħt dan l-Istandard tista' tkun id-dikjarazzjoni li s-soltu tkun meħtieġa għall-clearance għall-użu tad-dar jew dikjarazzjoni simplifikata tal-oġġetti. Id-dwana tista' teħtieġ bħala alternattiva l-preżentazzjoni ta' fattura kummerċjali jew dokument kummerċjali ieħor.

15. L-Istandard

L-oġġetti li jinġarru mill-vjaġġaturi għandhom jinħażnu jew jinżammu, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet tad-dwana, sal-clearance taħt il-proċedura tad-dwana xierqa, l-esportazzjoni mill-ġdid jew disponiment ieħor minnhom skond il-leġislazzjoni nazzjonali, fil-każijiet li ġejjin:

- fuq it-talba tal-vjaġġatur;

- meta l-oġġetti interessati ma jistgħux ikunu klerjati minnufih;

- meta d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Anness ma japplikawx għal dawn l-oġġetti.

16. L-Istandard

Il-bagalji mhux akkumpanjati (jiġifieri l-bagalji li jaslu jew jitilqu qabel jew wara l-vjaġġatur) għandhom jiġu klerjati bil-proċedura li tapplika għall-bagalji mhux akkumpanjati jew bi proċedura tad-dwana oħra simplifikata.

Noti:

(1) Id-dħul ħieles mid-dazji ta' l-importazzjoni u t-taxxi li japplikaw għall-oġġetti għajr l-effetti personali li jkunu jinsabu fil-bagalji akkumpanjati mhux neċessarjament japplika għal dawk l-oġġetti li jkunu jinsabu f'bagalji mhux akkumpanjati.

(2) Meta jintalab id-dħul ħieles mid-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi rigward l-oġġetti fil-bagalji mhux akkumpanjati ta' vjaġġatur, l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jeħtieġu xhieda illi l-persuna interessata tkun fil-fatt sejra tasal minn barra l-pajjiż.

(3) Id-dispożizzjonijiet deskritti fil-qosor f'Appendiċi III ma' dan l-Anness jistgħu jipprovdu gwida utli fit-trattament tad-dwana tal-bagalji reġistrati li jinġarru bil-ferroviji.

17. L-Istandard

Għandha ssir dispożizzjoni għall-bagalji mhux akkumpanjati ta' vjaġġatur sabiex jiġu klerjati minn persuna oħra għajr il-vjaġġatur.

18. Prattika rakkomandata

Għandha tiġi applikata sistema ta' stima b'rata uniformi għall-oġġetti ddikjarati għall-użu tad-dar taħt il-faċilitajiet li japplikaw għall-vjaġġaturi, sakemm din l-importazzjoni hija ta' natura mhux kummerċjali u l-valur totali jew il-kwantità ta' l-oġġetti ma jaqbżux l-ammonti stabbiliti fil-leġislazzjoni nazzjonali. Is-sistema b'rata uniformi:

- għandha tistabbilixxi r-rati li jkopru t-tipi kollha tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjonijiet;

- m'għandhiex iċċaħħad lill-oġġetti mill-benefiċċju ta' kull faċilità tad-dħul ħieles mid-dazju li għalihom ikunu intitolati xort'oħra;

- għandha tipprovdi illi l-oġġetti jistgħu, jekk il-vjaġġatur hekk jitlob, jeħlu dazji u taxxi fuq l-importazzjoni bir-rati approprjati għalihom infushom, f'liema każ, madankollu, l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jeħtieġu illi l-oġġetti kollha li għandhom jeħlu d-dazju u t-taxxi għandhom jeħlu dawn; u

- m'għandhiex telimina l-possibbiltà illi l-awtoritajiet tad-dwana jistabbilixxu rati speċjali fuq l-oġġetti ta' dazju għoli jew saħansitra jeskludu ċerti oġġetti mill-benefiċċju tas-sistema tar-rata uniformi.

Nota:

Importazzjoni s-soltu titqies li hija ta' natura mhux kummerċjali meta hija ta' darba fil- u tikkonsisti biss minn oġġetti għall-użu personali jew għall-konsum tal-vjaġġatur jew tal-familja tiegħu jew il-vjaġġatur jiddisponi minnha bħala rigali fil-pajjiż u li ma tissuġġerix, min-natura jew il-kwantità tagħha, li hija importata għal skopijiet kummerċjali.

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DĦUL

(a) Il-persuni li mhumiex residenti

19. L-Istandard

L-effetti personali ta' dawk mhux residenti għandhom jingħataw dħul temporanja. Għajr għall-oġġetti li jinvolvu ammont għoli ta' dazji u taxxi fuq l-importazzjoni, dawn l-effetti personali għandhom jitħallew jidħlu mingħajr il-ħtieġa ta' ebda dokumenti jew garanzija.

20. L-Istandard

B'żieda mal-ħwejjeġ ta' l-ilbies, ma' l-oġġetti tat-twalettau oġġetti oħra ovvjament ta' natura personali, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu b'mod partikolari bħala effetti personali:

- il-ġojjelli personali;

- il-kaxxi tar-ritratti ta' ritratt fiss u ta' ritratti li jiċċaqalqu flimkien ma' provvista raġjonevoli ta' films u l-aċċessorji tagħhom;

- il-projjetturitas-slides jew tal-films u l-aċċessorji tagħhom flimkien ma' kwantità raġjonevoli ta' slides jew films;

- il-binokuli;

- l-istrumenti tal-mużika portatili;

- il-gramofoni portatili bid-diski;

- ir-reġistraturi portatili tal-ħoss u t-riprodutturi (inklużi l-magni tad-dettatura) biż-żagarelli;

- ir-riċevituri portatili tar-radju;

- it-televiżjonijiet portatili;

- it-typewriters portatili;

- il-kalkulaturi portatili;

- il-perambulaturi;

- is-siġġijiet tar-roti għall-invalidati;

- l-apparat ta' l-isports bħat-tined u apparat ieħor tal-kampeġġ, apparat tas-sajd, apparat tax-xabbaturi, armi tan-nar ta' l-isports bil-munizzjon, roti mingħajr mutur, kenuri, jew kayaks anqas minn 5,5 metri tul, skis, pali tat-tennis.

21. L-Istandard

B'żieda mal-prodotti tal-konsum permessi li jkunu importati mingħajr dazji u taxxi fuq l-importazzjoni f'limiti kwantitattivi speċifikati, il-persuni mhux residenti għandhom jitħallew jimportaw, mingħajr dazji u taxxi fuq l-importazzjoni, oġġetti strettament ta' natura mhux kummerċjali sa valur totali ta' 75 SDR. Jista' jiġi fissat ammont iżgħar għall-persuni li jkollhom inqas minn 15-il sena jew persuni li jaqsmu l-fruntiera ta' sikwit.

Noti:

(1) Il-faċilitajiet ipprovduti f'dan l-Istandard jistgħu jkunu bla ħsara għall-kondizzjoni illi l-oġġetti jkunu għall-użu jew il-konsum personali tal-vjaġġatur jew tal-familja tiegħu jew li jridu jiġu disponuti minnhom mill-vjaġġatur bħala rigali fil-pajjiż u li jinġarru fil-bagalji akkumpanjati tiegħu, jew fuq il-persuna tiegħu jew fil-bagalji ta' idejh.

(2) Dawk mhux residenti li jkunu biss għaddejjin mill-pajjiż jistgħu jkunu permessi faċilitajiet akbar.

22. L-Istandard

Il-kwantitajiet ta' l-oġġetti tat-tabakk, l-inbid, l-ispirti u l-fwieħa permessi sabiex ikunu importati mingħajr dazji u taxxi fuq l-importazzjoni minn dawk mhux residenti għandhom ikunu kif ġej:

(a) 200 sigarett jew 50 sigarru jew 250 gramma tabakk, jew taħlita ta' dawn il-prodotti b'piż totali li ma jaqbiżx il-250 gramma;

(b) 2 litri nbid u 1 litru spirti;

(ċ) 1/4 litru ta' ilma tat-twaletta u 50 gramma fwieħa.

Il-faċilitajiet ipprovduti rigward l-oġġetti tat-tabakk u x-xorb alkoħoliku jistgħu, madankollu, ikunu ristretti għall-persuni li jkunu laħqu ċerta età u jistgħu ma jingħatawx, jew jingħataw fi kwantitajiet imnaqqsa lil dawk il-persuni biss li jaqsmu l-fruntiera ta' sikwit (p.e., il-persuni li jgħixu qrib il-fruntiera, il-ħaddiema li jgħixu f'pajjiż iżda jaħdmu f'ieħor, ix-xufiera professjonali u l-membri ta' l-ekwipaġġ fit-trasport internazzjonali).

Nota:

Il-faċilitajiet ipprovduti f'dan l-Istandard jistgħu jkunu bla ħsara għall-kondizzjoni li l-prodotti jkunu għall-konsum personali tal-vjaġġatur jew tal-familja tiegħu jew iridu jiġu disponuti minnhom mill-vjaġġatur bħala rigali fil-pajjiż u li jinġarru fil-bagalji akkumpanjati tiegħu, fuq il-persuna tiegħu jew fil-bagalji ta' jdejh.

23. L-Istandard

Meta jkun meħtieġ li tiġi depożitata dikjarazzjoni tad-dħul temporanju għall-effetti personali ta' dawk mhux residenti l-ammont ta' kull garanzija li għandu jkun ipprovdut m'għandhux jaqbeż l-ammont tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni li jistgħu jeħlu.

24. Prattika rakkomandata

Meta jkun meħtieġ li tiġi depożitata dikjarazzjoni tad-dħul temporanju għall-effetti personali ta' dawk mhux residenti, il-Partijiet Kontrattanti tal-Konvenzjoni Doganali dwar il-karné tal-ATA għad-dħul temporanju ta' l-oġġetti (Brussel, tas-6 ta' Diċembru 1961) għandhom jaċċettaw il-karné tal-ATA minflok id-dokumenti tad-dwana nazzjonali u bħala garanzija għall-ħlas tad-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni.

25. L-Istandard

Meta jkun meħtieġ li tiġi ddepożitata dikjarazzjoni tad-dħul temporanju għall-effetti personali ta' dawk mhux residenti, il-limitu taż-żmien tad-dħul temporanju għandu jiġi ffissat b'referenza għat-tul ta' żmien li l-vjaġġatur idum fil-pajjiż, sakemm ma jinqabeż l-ebda limitu stabbilit fil-leġislazzjoni nazzjonali.

26. L-Istandard

Fuq it-talba tal-vjaġġatur, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet tad-dwana, dawn ta' l-aħħar għandhom jestendu l-perjodu taż-żmien tad-dħul temporanju ffissat fil-bidu.

27. L-Istandard

Għandha ssir dispożizzjoni sabiex l-oġġetti mdaħħla temporanjament iridu jkunu esportati mill-ġdid minn uffiċċju tad-dwana ieħor minn dak li minn ġo fih kienu importati.

28. L-Istandard

Dawk li mhux residenti għandhom jingħataw dħul temporanju rigward il-mezz tagħhom tat-trasport għall-użu privat.

Nota:

Jista' jingħata wkoll dħul temporanju rigward l-annimali u vetturi li ma jimxux weħidhom użati bħala mezz ta' trasport minn dawk mhux residenti.

29. L-Istandard

Il-karburanti li jinġarru fit-tankijiet normali tal-mezz tat-trasport għandhom jiddaħħlu ħielsa mid-dazji u t-taxxi fuq l-importazzjoni.

30. L-Istandard

Il-faċilitajiet mogħtija rigward il-mezzi tat-trasport għall-użu privat għandhom japplikaw sewwa jekk il-mezzi tat-trasport ikunu l-proprjet ta' min mhux residenti jew mikrija jew mislufa lilu u sewwa jekk jaslu ma', qabel jew wara l-vjaġġatur.

31. Prattika rakkomandata

L-awtoritajiet tad-dwana la għandhom jeħtieġu dokument tad-dwana u lanqas garanzija għad-dħul temporanju tal-mezzi tat-trasport għall-użu privat ta' dawk mhux residenti.

32. Prattika rakommandata

Meta d-dokumenti jew il-garanziji tad-dwana huma meħtieġa għad-dħul temporanju tal-mezzi tat-trasport għall-użu privat ta' dawk mhux residenti, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jaċċettaw id-dokumenti u l-garanziji internazzjonali standard kif ippreżentati, per eżempju, fil-Konvenzjoni Doganali dwar il-karné tal-ATA għad-dħul temporanja ta' l-oġġetti (Brussel, tas-6 ta' Diċembru 1961), il-Konvenzjoni Doganali ta' New York dwar l-importazzjoni temporanja tal-vetturi privati tat-triq (ta' l-4 ta' Ġunju 1954) u l-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja għall-użu privat tal-vetturi tal-ajru u l-vetturi tal-baħar tal-gost (tat-18 ta' Mejju 1956).

33. L-Istandard

Il-limitu ġenerali taż-żmien għad-dħul temporanja tal-mezzi tat-trasport għall-użu privat ta' dawk mhux residenti m'għandux ikun anqas minn sitt xhur.

34. L-Istandard

Fuq it-talba tal-persuna interessata, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet tad-dwana, dawn tal-aħħar għandhom jestendu l-perjodu taż-żmien tad-dħul temporanju ffissat fil-bidu.

35. L-Istandard

Kull parti tal-bdil meħtieġa għat-tiswija ta' mezz tat-trasport għall-użu privat temporanjament fil-pajjiż għandha tingħata dħul temporanju.

36. Prattika rakkomandata

Bla ħsara għall-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-leġislazzjoni nazzjonali, l-awtoritajiet tad-dwana m'għandhomx jeħtieġu l-esportazzjoni mill-ġdid tal-mezzi tat-trasport għall-użu privat ta' dawk mhux residenti jew l-effetti personali li tkun ġratilhom ħsara serja jew inqerdu f'xi inċident jew forza maġġuri.

(b) Ir-residenti li jiġu lura

37. L-Istandard

Ir-residenti li jiġu lura għandhom jitħallew jimportaw mill-ġdid mingħajr dazji u taxxi fuq l-importazzjoni kull oġġett li jkunu ħadu magħhom fil-waqt tat-tluq tagħhom mill-pajjiż u li kienu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa f'dan il-pajjiż.

38. L-Istandard

B'żieda mal-prodotti tal-konsum permessi li jkunu importati mingħajr dazji u taxxi fuq l-importazzjoni fil-limiti kwantitattivi speċifikati, ir-residenti li jiġu lura għandhom jitħallew jimportaw, mingħajr dazji u taxxi fuq l-importazzjoni, l-oġġetti strettament ta' natura mhux kummerċjali sa valur totali ta' 75 SDRs. Ammont iżgħar jista' jiġi stabbilit għall-persuni li għandhom anqas minn 15-il sena jew persuni li jaqsmu l-fruntiera ta' sikwit.

Nota:

Il-faċilitajiet provvduti f'dan l-Istandard jistgħu jkunu bla ħsara għall-kondizzjoni illi l-oġġetti jkunu għall-użu jew il-konsum personali tal-vjaġġatur jew tal-familja tiegħu jew għandhom jiġu disponuti minnhom mill-vjaġġatur bħala rigali fil-pajjiż u li jinġarru fil-bagalji akkumpanjati tiegħu, jew fuq il-persuna tiegħu jew fil-bagalji ta' jdejh.

39. L-Istandard

Il-kwantitajiet ta' l-oġġetti tat-tabakk, l-inbid, l-ispirti u l-fwieħa permessi sabiex ikunu importati mingħajr dazji u taxxi fuq l-importazzjoni minn dawk ir-residenti li jiġu lura għandhom ikunu kif ġej:

(a) 200 sigarett jew 50 sigarru jew 250 gramma tabakk, jew taħlita ta' dawn il-prodotti b'piż totali li ma jaqbiżx il-250 gramma;

(b) 2 litri nbid u 1 litru spirti;

(ċ) 1/4 litru ta' ilma tat-twaletta u 50 gramma fwieħa.

Il-faċilitajiet ipprovduti rigward l-oġġetti tat-tabakk u x-xorb alkoliku jistgħu, madankollu, ikunu ristretti għal persuni li jkunu laħqu ċerta età u jistgħu ma jingħatawx, jew jingħataw fi kwantitajiet imnaqqsa lill-persuni biss li jaqsmu l-fruntiera ta' sikwit (p.e., il-persuni li jgħixu qrib il-fruntiera, il-ħaddiema li jgħixu f'pajjiż iżda jaħdmu f'ieħor, ix-xufiera professjonali u l-membri tal-ekwipaġġ fit-trasport internazzjonali).

Nota:

Il-faċilitajiet provduti f'dan l-Istandard jistgħu jkunu bla ħsara għall-kondizzjoni illi l-prodotti jkunu għall-konsum personali tal-vjaġġatur jew tal-familja tiegħu jew għandhom jiġu disponuti minnhom mill-vjaġġatur bħala rigali fil-pajjiż u li jinġarru fil-bagalji akkumpanjati tiegħu, fuq il-persuna tiegħu jew fil-bagalji ta' idejh.

DISPOŻIZZJONI LI JIRRIGWARDAW IT-TLUQ

40. L-Istandard

Il-formalitajiet tad-dwana li japplikaw għall-vjaġġaturi li jkunu sejrin jitilqu għandhom ikunu sempliċi kemm jista' jkun, u eliminati meta dan ikun possibbli.

Nota:

Il-formalitajiet tad-dwana jistgħu jkunu meħtieġa, per eżempju, għalbiex tinkiseb eżenzjoni mid-dazji u t-taxxi internazzjonali jew il-ħlas mill-ġdid tagħhom.

41. L-Istandard

Il-vjaġġaturi għandhom jitħallew jesportaw oġġetti għal skopijiet kummerċjali, bla ħsara għall-konformità mal-formalitajiet meħtieġa u l-ħlas tad-dazji u t-taxxi fuq l-esportazzjoni li jistgħu jeħlu.

42. L-Istandard

Fuq it-talba tar-residenti li jkun sejrin jitilqu mill-pajjiż, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa dwar l-identifikazzjoni rigward ċerti oġġetti meta b'hekk tiġi faċilitata l-importazzjoni libera mill-ġdid ta' dawn l-oġġetti.

Nota:

Il-miżuri li s-soltu jittieħdu rigward dan jikkonsistu f'li jiġu nnotati l-partikolaritjiet meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni bir-reġistrazzjoni ta' deskrizzjoni ta' l-oġġetti jew tal-marki, in-numri jew l-indentifikazzjonijiet l-oħra mwaħħla magħhom b'mod permanenti, jew billi jitwaħħlu marki tal-identifikazzjoni jew is-siġilli tad-dwana.

43. L-Istandard

Għandha tinħtieġ l-applikazzjoni ta' proċedura għall-esportazzjoni temporanja koperta bid-dokumenti tad-dwana rigward l-effetti personali u l-mezzi privati tat-trasport tar-residenti li jkunu sejrin jitilqu mill-pajjiż f'każijiet ta' eċċezzjoni biss.

44. L-Istandard

Kull garanzija pprovduta minn dawk mhux residenti dwar l-oġġetti mdaħħla fuq bażi temporanja għandha tiġi rrilaxxjata fil-waqt meta l-oġġetti jiġu esportati mill-ġdid, ikun liema jkun l-uffiċċju tad-dwana li minnu ssir l-esportazzjoni mill-ġdid.

45. Prattika rakkomandata

Jekk garanzija tkun ingħatat fil-għamla ta' depożitu ta' flus, għandha tintgħamel dispożizzjoni għalbiex titħallas lura mill-uffiċċju ta' l-esportazzjoni, saħansitra jekk l-oġġetti ma kienux importati permezz dan l-uffiċċju.

PASSIĠĠIERI F'TRANSITU

46. L-Istandard

Il-passiġġieri fit-transitu li ma jitilqux miż-żona tat-transitu ma għandhom ikunu meħtieġa li jgħaddu minn ebda kontroll tad-dwana.

Nota:

Din id-dispożizzjoni ma teskludix lid-dwana milli żżomm sorveljanza ġenerali taż-żoni tat-transitu u milli tittieħed kull azzjoni meħtieġa meta tkun suspettata offiża tad-dwana.

IT-TAGĦRIF LI JIRRIGWARDA L-FAĊILITAJIET TAD-DWANA LI JAPPLIKAW GĦALL-VJAĠĠATURI

47. L-Istandard

L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jiżguraw illi jkun disponibbli fil-pront għal kull persuna interessata t-tagħrif kollu rilevanti dwar il-faċilitajiet tad-dwana li japplikaw għall-vjaġġaturi.

48. L-Istandard

It-tagħrif li jirrigwarda l-eżenzjonijiet mid-dazji u t-taxxi permessi lill-vjaġġaturi u l-formalitajiet tad-dwana li jridu jitwettqu għandhom ikunu disposibbli għall-vjaġġaturi, fuq it-talba tagħhom, qabel it-tluq tagħhom minn pajjiżhom jew, meta prattikabbli, matul il-vjaġġ.

Noti:

(1) Dan it-tagħrif jista' jintgħamel disponibbli għall-vjaġġaturi fuq il-bastimenti, il-vetturi tal-ajru jew il-ferroviji internazzjonali.

(2) Dan it-tagħrif jista' tintgħamel disposnibbli għall-vjaġġaturi fil-għamla ta' fuljetti u jista' jiġi esibit, kif approprjat, fil-postijiet tal-wasla u tat-tluq.

49. Prattika rakkomandata

It-tagħrif dwar il-faċilitajiet tad-dwana li japplikaw għall-vjaġġaturi għandu jkun stampat fl-ilsien jew l-ilsna uffiċjali tal-pajjiż interessat u f'kull ilsien ieħor meqjus utli.

--------------------------------------------------

APPENDIĊI I

DISPOŻIZZJONIJIet dwar is-sistema taż-żewġ kanali għall-clearance tal-vjaġġaturi u l-bagalji tagħhom li jaslu bl-ajru

Is-sistema taż-żewġ kanali jew tal-aħmar/aħdar hija kontroll simplifikat tad-dwana li jippermetti lill-awtoritajiet tad-dwana li jtejbu l-mixi tat-traffiku tal-passiġġieri f'ajruporti internazzjonali u li jiġi trattat b'effiċjenza n-numru jiżdied tal-passiġġieri mingħajr ma titnaqqas l-effiċjenza tal-kontroll u mingħajr żieda korrispondenti fin-numru tal-personal tad-dwana. Mhux bilfors li hija inkompatibbli ma' l-applikazzjoni ta' kontrolli oħra, per eżempju, kontrolli tal-kambju, għajr jekk iċ-ċirkostanzi jeħtieġu kontroll sħiħ tal-passiġġieri kollha u tal-bagalji tagħhom.

Is-sistema taż-żewġ kanali għandha titħaddem kif iddikjarat fil-qosor hawn taħt:

1. Is-sistema għandha tippermetti lill-passiġġieri li jagħżlu bejn iż-żewġ tipi ta' kanal:

(a) wieħed (il-kanal l-aħdar) għall-passiġġieri li magħhom ma jkollhomx oġġetti jew ikollhom biss oġġetti li jistgħu jiddaħħlu mingħajr dazji u taxxi fuq l-importazzjoni u li mhumiex bla ħsara għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni; u

(b) l-ieħor (il-kanal l-aħmar) għall-passiġġieri l-oħra.

2. Kull kanal għandu jkun immarkat ċar u b'mod distint sabiex il-għażla bejniethom tista' tinftiehem faċilment mill-passiġġieri. Il-marka bażika ta' distinzjoni għandha tkun:

(a) għall-kanal riferit taħt il-1(a), aħdar, fil-għamla ta' ottagonu regolari, u bil-kliem "Xejn x'tiddikjara" ("Rien à déclarer");

(b) għall-kanal riferit taħt fil-1(b), aħmar, fil-għamla ta' kaxxa, u bl-kliem "Oġġetti x'tiddikjara" ("Marchandises à déclarer").

B'żieda ma' dan, il-kanali għandhom ikunu identifikati b'iskrizzjoni li tinkludi l-kelma "Dwana" ("Douane").

3. It-testi riferiti fil-paragrafu 2 għandhom ikunu bl-Ingliż u/jew bil-Franċiż u f'kull ilsien jew ilsna oħra meqjusa utli għall-ajruport interessat.

4. Il-passiġġeri jridu jkunu mgħarrfa tajjeb biżżejjed għalbiex jagħżlu bejn il-kanali. Għal dan l-iskop huwa importanti:

(a) illi l-passiġġieri jkunu mgħarrfa dwar il-funzjoni tas-sistema u dwar id-deskrizzjonijiet u l-kwantitajiet ta' l-oġġetti li jista' jkollhom magħhom meta jużaw il-kanal l-aħdar. Dan jista' jsir permezz ta' kartelluni jew tabelli fl-ajruport jew permezz ta' fuljetti disponibbli għall-pubbliku fl-ajruport jew imqassma mill-aġenziji tat-turisti, mil-linji tal-ajru u minn korpi oħra interessati;

(b) illi r-rotta għall-kanali jkollha tabelli ċari.

5. Il-kanali għandhom ikunu lokati lil hinn miż-żona tal-kunsinna tal-bagalji sabiex il-passiġġieri jkollhom il-bagalji tagħhom kollha magħhom meta jagħżlu l-kanal tagħhom. Barra minn dan, il-kanali għandhom ikunu irranġati hekk illi l-passiġġieri jimxu minn din iż-żona tal-ħruġ mill-ajruport dirett kemm jista' jkun.

6. Id-distanza bejn iż-żona tal-kunsinna tal-bagalji u d-dħul għall-kanali għandha tkun biżżejjed għalbiex tippermetti li l-passiġġieri jiddeċiedu liema kanal jagħżlu u jimxu f'dan il-kanal mingħajr ma joħolqu konġestjoni.

7. Il-passiġġieri li jagħżlu l-kanal l-aħdar ma għandhom ikunu ssoġġettati għall-ebda formalità tad-dwana oħra għajr jekk issoġġettati għal kontroll fuq il-post; fil-kanal l-aħmar il-passiġġieri għandhom iwettqu l-formalitajiet meħtieġa mid-dwana.

--------------------------------------------------

APPENDIĊI II

ID-DISPOŻizzjonijiet dwar is-sistema taż-żewġ kanali għall-clearance tal-vjaġġaturi, il-bagalji tagħhom u l-vetturi tagħhom li jaslu bil-baħar

Is-sistema taż-żewġ kanali jew tal-aħmar/aħdar hija kontroll simplifikat tad-dwana li tista' tintuża f'konnessjoni mal-clearance tal-passiġġieri, tal-bagalji tagħhom u tal-vetturi tagħhom li jaslu bil-baħar. Is-sistema tapplika b'mod partikolari għall-kontroll tal-passiġġieri li jagħmlu vjaġġi qosra fuq il-baħar, bħal dawk li jużaw is-servizz regolari tal-bastimenti laneċ. Tista' tgħin għalbiex ittejjeb il-mixi tat-traffiku tal-passiġġieri fil-portijiet internazzjonali tal-baħar u biex tieħu ħsieb b'effiċjenza numru jiżdied ta' passiġġieri mingħajr ma titnaqqas l-effiċjenza tal-kontroll tad-dwana u mingħajr żieda korrispondenti fin-numru tal-personal tad-dwana. Mhux bilfors li hija inkompatibbli ma' l-applikazzjoni ta' kontrolli oħra, p.e., il-kontroll tal-kambju u l-kontroll taċ-ċertifikati tal-assigurazzjoni internazzjonali tal-vetturi, għajr jekk iċ-ċirkostanzi jeħtieġu kontroll sħiħ tal-passiġġieri kollha u tal-bagalji jew tal-vetturi tagħhom.

Is-sistema taż-żewġ kanali għandha titħaddem kif deskritt fil-qosor hawn taħt:

1. Is-sistema għandha tippermetti lill-passiġġieri, sewwa jekk jivvjaġġaw fil-vettura tagħhom u sewwa jekk le, li jagħżlu bejn iż-żewġ tipi ta' kanali:

(a) wieħed (il-kanal l-aħdar) għall-passiġġieri li magħhom ma jkollhomx oġġetti jew ikollhom biss oġġetti li jistgħu jiddaħħlu mingħajr dazji u taxxi fuq l-importazzjoni u li ma jkunux jistgħu jiġu ssoġġettati għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni; u

(b) l-ieħor (il-kanal l-aħmar) għall-passiġġieri l-oħra.

2. Kull kanal għandu jkun immarkat ċar u b'mod distint sabiex il-għażla bejniethom tista' tinftiehem faċilment mill-passiġġieri. Il-marka bażika ta' distinzjoni għandha tkun:

(a) għall-kanal riferit fil-1(a), aħdar, fil-għamla ta' ottagonu regolari, u bil-kliem "Xejn x'tiddikjara" ("Rien à déclarer");

(b) għall-kanal riferit fil-1(b), aħmar, fil-għamla ta' kaxxa, u bil-kliem "Oġġetti x'tiddikjara" ("Marchandises à déclarer").

B'żieda ma' dan, il-kanali għandhom ikunu identifikati minn iskrizzjoni li tinkludi l-kelma "Dwana" ("Douane").

3. It-testi riferiti fil-paragrafu 2 għandhom ikunu bl-Ingliż u/jew bil-Franċiż u f'kull ilsien jew ilsma oħra meqjusa meħtieġa.

4. Fil-każ tal-passiġġieri li jivvjaġġaw fil-vettura tagħhom, u meta t-tqassim tal-vetturi bejn il-linji xierqa u l-proċedura tal-clearance b'daqshekk ikunu ffaċilitati, is-sewwieq ta' kull vettura jista' jiġi pprovdut bi stickers ħomor u ħodor li jkollhom il-marki riferiti fil-paragrafu 2(a) u (b), u jiġi ordnat li waħda minnhom titwaħħal mal-ħġieġa ta' quddiem tal-vettura:

(a) it-tabella l-ħadra, meta l-vettura nfisha u kull oġġett li jkun fiha, inklużi l-oġġetti li jkunu l-proprjetà tal-passiġġieri fil-vettura, jew miġrura minnhom, jistgħu jiddaħħlu mingħajr il-formalitajiet tad-dwana u ma jiġux issoġġettati għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni; u

(b) it-tabella l-ħamra li titwaħħal f'każijiet oħra.

5. Il-passiġġieri jridu jkunu mgħarrfa tajjeb biżżejjed għalbiex jagħżlu bejn il-kanali u fejn ikun il-każ bejn it-tabelli l-ħomor u l-ħodor li jitwaħħlu. Għal dan l-iskop huwa importanti:

(a) illi l-passiġġieri jkunu mgħarrfa dwar il-funzjoni tas-sistema u dwar id-deskrizzjoni u l-kwantitajiet ta' l-oġġetti li jista' jkollhom magħhom meta jużaw il-kanal l-aħdar. Dan jista' jsir permezz ta' kartelluni jew tabelli fil-port jew permezz ta' fuljetti disponibbli għall-pubbliku fil-port tal-imbarkazzjoni, fuq il-bastiment jew imqassma mill-aġenziji tat-turisti, mill-kumpaniji tal-bastimenti u minn korpi oħra interessati;

(b) illi, meta l-istikers il-ħomor u l-ħodor riferiti fil-paragrafu 4 għandhom jintużaw, is-sewwieq ta' kull vettura għandu jkun provdut b'dawn it-tabelli qabel il-wasla fil-port tad-destinazzjoni;

(ċ) li r-rotta għall-kanali tkun indikata biċ-ċar.

6. Il-kanali għandhom ikunu lil hinn minn kull żona tal-kunsinna tal-bagalji sabiex il-passiġġieri jkollhom il-bagalji tagħhom kollha magħhom meta jagħżlu l-kanal approprjat. Barra minn hekk, il-kanali għandhom ikunu lokati hekk li l-passiġġieri jimxu lejn l-ħruġ mill-port dirett kemm jista' jkun.

7. Id-distanza bejn il-bastiment, jew iż-żona tal-kunsinna tal-bagalji u d-dħul għall-kanali għandha tkun biżżejjed għalbiex tippermetti lill-passiġġieri jiddeċiedu liema kanal jagħżlu u jimxu fil-kanal mingħajr ma joħolqu konġestjoni.

8. Il-passiġġieri li jagħżlu l-kanal l-aħdar ma għandhom jiġu ssoġġettati għall-ebda formalità oħra tad-dwana għajr jekk jiġu ssoġġettati għal kontroll fuq il-post; fil-kanal l-aħmar il-passiġġieri għandhom iwettqu l-formalitajiet kollha meħtieġa mid-dwana.

9. Sistema li tinvolvi l-użu ta' kanal wieħed biss, iżda li fih il-vetturi li jkollhom it-tabella l-ħamra, jew dawk magħżula għall-kontrolli fuq il-post, jiġu diretti għal post tal-parkeġġ iddeżinjat, tista' titqies li tissodisfa l-ħtiġijiet tas-sistema taż-żewġ kanali.

--------------------------------------------------

APPENDIĊI III

Id-Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament tad-dwana tal-bagalji reġistrati li jinġarru bil-ferrovija

It-tqandil b'mod effiċjenti u mħaffef tal-bagalji rreġistrati li jinġarru bil-ferrovija jista' jiġi faċilitat bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

1. Meta jkollhom il-bagalji tagħhom irreġistrati mill-awtoritajiet tar-rotot tal-ferroviji, il-passiġġieri għandu jkollhom il-possibbiltà li jagħmlu dikjarazzjoni fil-għamla miġjuda ma' hawn (jew f'addattament miftiehem ta din il-għamla kif approprjat skond il-każ) sabiex jitħaffu l-formalitajiet tad-dwana.

2. L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jagħtu vantaġġi reali għall-użu tad-dikjarazzjoni bil-miktub u b'hekk jagħtu lill-passiġġieri inċentiv għalbiex jużaw proċedura li toffri salvagwardji aktar sħaħ lid-dwana.

3. Id-dikjarazzjoni għandha tkun ippreżentata mill-awtoritajiet tal-ferroviji lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż tat-tluq u tad-destinazzjoni fejn hekk meħtieġ.

4. Id-dikarazzjoni bil-miktub għandha titqies li hija sostituzzjoni għad-dikjarazzjoni normalment meħtieġa mill-passiġġieri u li jkollha l-istess effett tagħha.

5. L-awtoritajiet tad-dwana, sakemm huwa possibbli, għandhom jirrinunzjaw mill-eżami tal-kontenut tal-bagalji koperti minn dikjarazzjoni bil-miktub.

6. L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jagħmlu l-ħila tagħhom li jirrilaxxjaw, hekk kif tinqasam il-fruntiera, l-akbar proporzjon possibbli tal-bagalji reġistrati, koperti bid-dikjarazzjonijiet bil-miktub, u li mhumiex meħtieġa għall-eżami jew għal kontrolli oħra, sabiex ikunu disponibbli minnufih lill-ferroviji għat-twassil fid-destinazzjoni tagħhom.

7. Meta l-bagalji jkunu magħżula mill-awtoritajiet tad-dwana għall-eżami jew għal kontrolli oħra, għandu jkun possibbli li dan l-eżami jew dawn kontrolli jsiru fl-eqreb uffiċċju tad-dwana tal-post tad-destinazzjoni tal-passiġġier. Għal dan l-iskop, uffiċċji tad-dwana kemm jista' jkun għandu jkollhom is-setgħa li jikklerjaw il-bagalji reġistrati.

8. Il-bagalji għandhom jinżammu fuq il-fruntiera f'każijiet eċċezzjonali ħafna biss, per eżempju, meta tkun saret offiża jew ikun hemm suspett serju ta' frodi.

9. L-awtoritajiet tad-dwana jibqgħu liberi li jadottaw kull miżura ta' kontroll li jqisu meħtieġa sabiex jipprevienu l-abbużi.

10. Sabiex jiġi ffaċilitat l-irtirar tal-bagalji mill-passiġġieri, għandha tiġi msaħħa l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u l-ferroviji, b'mod partikolari rigward l-iskedar tas-sigħat li matulhom il-bagalji jkunu jistgħu jiġu kklerjati.

11. Għandha tingħata konsiderazzjoni sabiex il-ferroviji jintgħamlu responsabbli mill-kontroll ta' l-eżattezza tad-dikjarazzjoni bil-miktub, b'mod partikolari meta jkun mitlub ir-rilaxx tal-bagalji reġistrati waqt li l-uffiċċju tad-dwana jkun magħluq jew fi stazzjon mhux taħt is-servizz tad-dwana.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Riservi li għandhom jiddaħlu mill-Komunità dwar l-Anness F.3 mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri tad-dwana

1. Riserva Ġenerali (rimarka ġenerali)

Il-leġislazzjoni Komunitarja ġeneralment tkopri d-dispożizzjonijiet ta' dan l-anness. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, jekk ikun apprprjat, idaħħlu r-riservi tagħhom stess safejn u sakemm il-leġislazzjoni Komunitarja tħallilhom il-possibiltà li jżommu, f'ċerti każijiet, id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom,

2. L-Istandards 21 u 38

"Il-leġislazzjoni Komunitarja tipprovdi l-konċessjoni ta' ħelsien mid-dazji fuq l-importazzjoni ta' l-oġġetti fil-kwistjoni sa valur totali ta' 45 ECU (

European Currency Unit

) għal kull vjaġġatur li jkun ġej minn Stat li jinsab barra mill-Komunità Ewropea. B'żieda mal-limiti kwantitattivi ddikjarati fl-Istandards 22 u 39, il-leġislazzjoni Komunitarja tipprovdi l-ħelsien mit-taxxa fuq l-importazzjoni rigward il-kwantitajiet massimi tal-kafé u t-te li ġejjin:

(a)kafé: | 500 gramma |

jew | |

estratti u essenzi tal-kafé: | 200 gramma |

(b)te: | 100 gramma |

jew | |

estratti u essenzi tat-te: | 40 gramma" |

.

3. L-Istandard 44 u l-Prattika Rakkomandata 45

"Dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux applikati fil-każijiet kollha, b'mod partikolari meta l-proċedura titwettaq f'uffiċċji tad-dwana li jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti. Sabiex jiġu applikati dawn id-dispożizzjonijiet, it-territorju ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux għandu jiġi kkunsidrat bħat-territorju ta' Stat Membru wieħed".

--------------------------------------------------