2001R2065 — MT — 01.05.2004 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2065/2001

tat-22 ta' Ottubru 2001

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward it-tagħrif lill-konsumatur dwar prodotti tas-sajd u akwakultura

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 278, 23.10.2001, p.6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2065/2001

tat-22 ta' Ottubru 2001

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward it-tagħrif lill-konsumatur dwar prodotti tas-sajd u akwakultura

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u akwakultura ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001 ( 2 ) u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) migjub fih,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li ċerti prodotti tas-sajd jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ bl-imnut biss bil-kondizzjoni li numru ta' ħtiġijiet rigward it-tagħrif tal-konsumatur jiġu mħarsa. L-implikazzjonijiet ta' dik l-obbligazzjoni għandhom jiġu speċifikati.

(2)

Għandu jkun possibbli li l-listi ta' deskrizzjoni kummerċjali aċċettati fit-territorju ta' l-Istati Membri jkunu jistgħu jinbidlu fid-dawl tal-ħtiġijiet tas-suq.

(3)

Il-ħtiġijiet li jirregolaw it-tagħrif lill-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tad-deskrizzjoni kummerċjali u l-metodu ta' ptoduzzjoni ta' speċi, u ż-żona li fiha tkun inqabdet, għandhom ikunu speċifikati.

(4)

Kwantitajiet żgħar ta' prodotti jistgħu jiġu biss eżentati mill-obbligazzjoni fir-rigward ta' l-immarkar jew tikkettjar jekk ikunu jikkonformaw ma' numru ta' ħtiġijiet, li għandhom ikunu mfissra.

(5)

L-iskop tat-tagħrif li għandu jiġi mgħoddi matul l-istadji kollha tal-katina tal-bejgħ għandhom jiġi speċifikati.

(6)

Għandha ssir disposizzjoni biex l-Istati Membri jistabbilixxu arranġamenti għall-verifika tal-provenjenza tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament.

(7)

Il-Miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Amministrazzjoni tal-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU I

Ambitu

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet applikabbli skond id-Direttiva 2000/13/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), dan ir-Regolament għandu jkun jgħodd għall-prodotti tas-sajd u akwakultura nklużi fil-listi u koperti bil-preżentazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3 tan-Nomenklatura Magħquda li huma mqiegħeda fis-suq fil-Komunita, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, inklużi prodotti li jiġu pakkeġġati minn qabel.



KAPITOLU II

Tibdil fil-listi tad-deskrizzjonijiet kummerċjali u l-ħtiġijiet li jirregolaw it-tagħrif lill-konsumatur

Artikolu 2

1.  Kull speċi li ma tkunx inkluża fil-lista tad-deskrizzjonijiet kummerċjali aċċettata minn Stat Membru tista' titqiegħed taħt deskrizzjoni kummerċjali provviżorja stabbilita mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. Deskrizzjoni kummerċjali definittiva nkluża fil-lista ta' deskrizzjonijiet aċċettati għandha titniżżel mill-Istat Membru fi żmien ħames xhur mid-data li fiha l-ispeċi in kwistjoni jingħata d-deskrizzjoni kummerċjali provviżorja.

2.  Kull tibdil fil-lista tad-deskrizzjonijiet kummerċjali aċċettata minn Stat Membru għandu jiġi notifikat minnufih lill-Kummissjoni, li għandha tavża b'dan lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 3

Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, id-deskrizzjoni kummerċjali ta' speċje għandha tkun kif stabbilita f'kull Stat Membru skond l-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament.

L-operaturi jisgħu wkoll jindikaw l-isem xjentifiku ta' l-speċi konċernati mal-bejgħ lill-konsumatur finali.

Artikolu 4

1.  Ir-referenza għall-metodu ta' produzzjoni skond l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandha tkun tikkonsisti f'waħda mill-espressjonijiet li ġejjin, skond jekk il-prodott in kwistjoni jkunx inqabad, fil-baħar jew fl-ilma ħelu, jew li rriżulta minn akwakultura:

— Bl-Ispanjol:

— 

“… pescado…” jew “… pescado en aguas dulces…” jew “… criado…”,

▼A1

— Biċ-Ċek:

— 

… produkt byl uloven na moři … or “… ve sladkých vodách …”, or “… nebo pochází z chovu …”, “… uloveno v moři …” jew “… uloveno ve sladkých vodách …”, jew “… nebo pochází z chovu …”.

▼B

— bid-Daniż:

— 

“… fanget…” jew “… fanget i ferskvand…” jew “… opdrættet…”,

— bil-Ġermaniż:

— 

“… gefangen…” jew “… aus Binnenfischerei…” jew “… aus Aquakultur…” jew “gezüchtet…”,

— bil-Griek:

— 

“… a αλιευμένο…” jew “… αλιευμένο σε γλυκά νερά…” jew “… υδατοκαλλιέργειας. …”,

— bl-Ingliż:

— 

“… caught…” jew “… caught in freshwater…” jew “… farmed…” jew “… cultivated…”,

— bil-Franċiż:

— 

“… pêché…” jew “… pêché en eaux douces…” jew “… élevé…”,

— bit-Taljan:

— 

“… prodotto della pesca…” jew “… prodotto della pesca in acque dolci…” jew “… prodotto di acquacoltura…”,

— bl-Olandiż:

— 

“… gevangen …” jew “… gevangen in zoet water…” jew “… aquacultuurproduct…”,

— bil-Portugiż:

— 

“… capturado…” jew “… capturado em água doce…” jew “… de aquicultura…”,

— bil-Finlandiż:

— 

“… pyydetty…” jew “… pyydetty makeasta vedestä…” jew “… viljelty…”,

— bl-Isvediż:

— 

“… fiskad…” jew “… fiskad i sötvatten…” jew “… odlad…”.

— bil-Malti:

— 

“… maqbud…” jew “… maqbud fl-ilma ħelu…” jew “… imrobbi…” jew “… koltivat…”,

2.  Fil-każ ta' speċi maqbuda fil-baħar, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-ommissjoni tar-referenza għall-metodu ta' produzzjoni mal-bejgħ lill-konsumatur finali bil-kondizzjoni li jkun ovvju mid-deskrizzjoni kummerċjali u ż-żona tal-qbid li jkunu speċi maqbuda mill-baħar. Awtorizzazzjoni ta' dan it-tip tista' ma' tingħatax jekk ikun hemm dubbju dwar il-metodu ta' produzzjoni.

3.  Għall-finijiet ta' l-indikazzjoni tal-metodu ta' produzzjoni, il-prodotti mrobbija għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mill-akwakultura kif deskritta fil-paragrafu 2.2(a) ta' l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 ( 4 ).

Artikolu 5

1.  L-indikazzjoni taż-żona tal-qbid skond l-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandha tkun tikkonsisti f'dan li ġej:

(a) fil-każ ta' prodotti maqbuda fil-baħar, referenza għall-waħda miż-żoni msemmija fl-l-Anness għal dan ir-Regolament;

(b) fil-każ ta' prodotti maqbuda fl-ilma ħelu, referenza għall-Istat Membru jew pajjiż terz ta' l-oriġini tal-prodott;

(ċ) fil-każ ta' prodotti agrikoli, referenza għall-Istat Membru jew pajjiż terz li fih il-prodotti jgħaddu mill-istadju finali ta' żvilupp. Fejn il-prodott jitrabba f'aktar minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, l-Istat Membru li fih jinbiegħ lill-konsumatur finali jista' fiż-żmien ta' bejgħ bħal dak jawtorizza l-Istati Membri jew pajjiżi terzi varji li fihom jitrabba li jiġu indikati.

2.  L-operaturi jistgħu jindikaw iż-żona tal-qbid aktar preciża.

Artikolu 6

1.  Fejn tiġi offruta għal-bejgħ kombinazzjoni ta' speċi differenti, l-indikazzjonijiet li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandhom jiġu provduti għal kull speċje.

2.  Fejn tiġi offruta għall-bejgħ kombinazzjoni magħmula mill-istess speċje iżda li tkun ġejja minn metodi varji ta' produzzjoni, il-metodu ta' kull lott għandu jiġi ndikat. Fejn tiġi offruta għall-bejgħ kombinazzjoni li tkun tikkonsisti fl-istess speċje iżda li tkun ġejja minn varjetà ta' żoni ta' qbid jew pajjiżi ta' trobbija tal-ħut, għandha tiġi dikjarata ta' l-anqas iż-żona tal-grupp li jkun l-aktar rappreżentattiv f'termini ta' kwantità, flimkien ma' indikazzjoni li l-prodotti ġejjin ukoll minn żoni differenti ta' qbid u ta' trobbija tal-ħut.

Artikolu 7

Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi il-kwantitajiet żgħar ta' prodotti li jinbiegħu dirett lill-konsumatur, bil-kondizzjoni li dawn ma jeċċedux il-valur ta' EUR 20 għal kull xirja. Dawn il-kwantitajiet żgħar jistgħu jigu biss min-negozju tal-bejjiegħ stess.



KAPITOLU III

Rintraċċabbiltà u kontroll

Artikolu 8

L-informazzjoni meħtieġa dwar id-deskrizzjoni kummerċjali, il-metodu ta' produzzjoni u żożna tal-qbid għandhom ikunu disponibbli f'kull stadju tat-tqegħid fis-suq ta' l-ispeċji konċernati. Din l-informazzjoni flimkien ma' l-isem xjentifiku ta' l-ispeċi konċernati għandhom jiġi provduti permezz ta' l-ittikkettjar jew l-ippakkeġġar tal-prodott, jew permezz ta' dokument kummerċjali li jakkumpanja l-oġġetti, nkluża l-fattura.

Artikolu 9

1.  l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti għall-verifika ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8.

2.  l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, malli dawn jiġu addottati u sal-31 ta' Marzu 2002 l-aktar tard, bil-miżuri meħuda taħt il-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2002 l-aktar tard bil-miżuri eżistenti li jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 8.



KAPITOLU IV

Disposizzjonijiet finali

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun jgħodd mill-1 ta' Jannar 2002. Iżda, prodotti mqiegħeda fis-suq jew tikkettjati qabel dik id-data u pakketti li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jistgħu jitqegħdu fis-suq sakemm il-ħażniet jintużaw kollha.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Żona tal-qbid

Identifikazzjoni taż-żona (1)

Majjistral ta' l-Atlantiku

Żona 21 FAO

Grigal ta' l-Atlantiku (2)

Żona 27 FAO

Baħar Baltiku

Erja 27.IIId FAO

Majjistral Ċentrali ta' l-Atlantiku

Żona 31 FAO

Grigal Ċentrali ta' l-Atlantiku

Żona 34 FAO

Il-Lbiċ ta' l-Atlantiku

Żona 41 FAO

Ix-Xlokk ta' l-Atlantiku

Żona 47 FAO

Il-baħar Mediterran

Żoni 37.1, 37.2 u 37.3 FAO

Baħar l-Iswed

Żona 37.4 FAO

Oċean Indjan

Żoni 51 u 57 FAO

Oċean Paċifiku

Żoni 61, 67, 71, 77, 81 u 87 FAO

Antartiku

Żoni 48, 58 u 88 FAO

(1)   Yearbook tal-FAO. Statistiċi tas-sajd. Qabdiet. Vol. 86/1. 2000.

(2)   Eskluż il-Baħar Baltiku.



( 1 ) ĠU L 17, tal-21.1.2000, p. 22.

( 2 ) ĠU L 132, tal-15.5.2001, p. 10.

( 3 ) ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29.

( 4 ) ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10.