20.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/32


P9_TA(2022)0085

Ftehim dwar l-Istatus bejn l-UE u l-Moldova dwar l-attivitajiet operazzjonali tal-Frontex***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Moldova (07202/2022 – C9-0120/2022 – 2022/0087(NLE))

(Approvazzjoni)

(2022/C 361/07)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07202/2022),

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Moldova (07204/2022),

—

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(b) u (d), l-Artikolu 72(2)(c) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0120/2022),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), l-Artikolu 114(7) u l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Moldova.