|
24.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 473/33 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M. 10504 — EQT/H&F/Zooplus)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 473/14)
1.
Fil-15 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EQT Fund Management S.à.r.l (“EQT”, il-Lussemburgu), parti mill-grupp EQT (l-Isvezja), |
|
— |
Hellman & Friedman LLC (“H&F”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Zooplus AG (“Zooplus”, il-Ġermanja). |
H&F u EQT jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Zooplus kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
EQT: parti mill-fond ta’ investiment tal-grupp EQT, li l-kumpaniji tal-portafoll tiegħu huma attivi globalment f’varjetà ta’ industriji u setturi bħall-kura tas-saħħa, is-servizzi, il-prodotti tal-konsumatur, l-enerġija u l-ambjent, eċċ., |
|
— |
H&F: investiment ta’ ekwità privata f’varjetà ta’ setturi madwar id-dinja, inklużi software u teknoloġija, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa, konsumatur u ħwienet u servizzi oħra tan-negozju, |
|
— |
Zooplus: bejjiegħ bl-imnut tal-kummerċ elettroniku tal-provvisti tal-annimali domestiċi, b’attivitajiet fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE. Zooplus tħaddem numru ta’ ħwienet web lokalizzati u transnazzjonali li jbigħu provvisti għall-annimali domestiċi għal klieb, qtates, għasafar, żwiemel, annimali żgħar u akkwatiċi. Il-firxa ta’ prodotti tinkludi, b’mod partikolari, ikel għall-annimali domestiċi, kif ukoll aċċessorji għall-annimali domestiċi (bħal siġar tal-grif, basktijiet tat-trasport, ġugarelli, mifrex u ikliet ħfief). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10504 — EQT/H&F/ZOOPLUS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).