|
30.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/57 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1058
tad-29 ta' Ġunju 2016
li jagħlaq il-proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat f'intervent pubbliku miftuħa permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/826
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/826 (2) fetaħ proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat hekk kif il-limitazzjoni kwantitattiva ta' 218 000 tunnellati stabbilita fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 għax-xiri ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss f'intervent pubbliku kienet inqabżet. |
|
(2) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1042 (3), żied il-limitazzjonijiet kwantitattivi applikabbli għax-xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għas-sena 2016 mit-30 ta' Ġunju 2016. |
|
(3) |
Għalhekk, jixraq li tingħalaq il-proċedura tal-offerti miftuħa permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/826 u jerġa' jibda x-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss f'intervent pubbliku sakemm jintlaħqu l-limitazzjonijiet kwantitattivi. |
|
(4) |
Billi, wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament l-aġenziji tal-intervent għandhom jinnotifikaw minnufih lill-offerenti dwar l-għeluq tal-proċedura tal-offerti, dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għeluq tal-proċedura tal-offerti
Il-proċedura tal-offerti miftuħa permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/826 hija b'dan magħluqa.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/826 tal-25 ta' Mejju 2016 li jagħlaq l-intervent tax-xiri (buying-in) ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għall-perjodu ta' intervent li jintemm fit-30 ta' Settembru 2016 u li jiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti għax-xiri (ĠU L 137, 26.5.2016, p. 19).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1042 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli, rigward il-limitazzjonijiet kwantitattivi applikabbli għax-xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat (ĠU L 170, 29.6.2016, p. 1).