20.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Settembru 2012

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31883 (2011/C) (ex N516/516) li l-Awstrija implimentat u li qed tippjana li timplimenta għall-Österreichischen Volksbanken AG

(notifikata bid-dokument C(2012) 6307)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/298/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2)(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fid-9 ta’ Diċembru 2008 (2) il-Kummissjoni approvat l-iskema ta’ appoġġ lill-banek tal-Awstrija, li mbagħad ġiet imtawla erba’ darbiet u li skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2011 (3).

(2)

F’April 2009 l-Österreichische Volksbanken AG (minn hawn ’il quddiem "ÖVAG" ingħatat kapital li jlaħħaq EUR 1 biljun skont l-iskema ta’ appoġġ għall-banek tal-Awstrija. Barra minn hekk, l-ÖVAG ippreżentat tliet ħarġiet ta’ strumenti tad-dejn li ġew garantiti mill-Istat skont din l-iskema fis-suq, kull wieħed ta’ EUR 1 biljun, fid-9 ta’ Frar, it-18 ta’ Marzu u l-14 ta’ Settembru rispettivament. L-Awstrija provdiet dawk il-miżuri ta’ għajnuna bil-preżunzjoni li l-ÖVAG kien bank stabbli u ppreżentat pjan ta’ vijabbiltà fid-29 ta’ Settembru 2009

(3)

Meta l-Kummissjoni għamlet eżami tal-għajnuna mill-Istat, ikkonkludiet li l-applikazzjoni tal-kriterji stipulati fl-Anness mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja attwali: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu neċessarju u salvagwardji kontra tgħawwiġ mhux xieraq tal-kompetizzjoni (4) (minn hawn 'il quddiem il-“Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni”) indikat li l-bank ma setax jibqa' jitqies bħala wieħed stabbli fit-tifsira ta’ din il-Komunikazzjoni fil-waqt tar-rikapitalizzazzjoni. Għaldaqstant intalab pjan ta’ ristrutturar. Filwaqt li żammet il-pożizzjoni tagħha li l-ÖVAG kienet soda, l-Awstrija bagħtet pjan ta' ristrutturar għall-ÖVAG fit-2 ta’ Novembru 2010 (il-"pjan inizjali ta’ ristrutturar"). Sussegwentement, dan il-pjan ġie sostitwit minn għadd ta’ sottomissjonijiet ta’ informazzjoni.

(4)

Permezz tal-ittra tad-9 ta’ Diċembru 2011 (5), il-Kummissjoni infurmat lill-Awstrija li kienet iddeċiedet li tniedi l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tar-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 1 biljun u l-garanzija ta’ EUR 3 biljun mogħtija lill-Awstrija favur l-ÖVAG u talbet lill-Awstrija tippreżenta pjan emendat ta’ ristrutturar.

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura (minn hawn ’il quddiem id-“deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Frar 2012. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom.

(6)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mill-partijiet interessati.

(7)

Fit-28 ta’ Marzu 2012, l-Awstrija ppreżentat pjan ta’ ristrutturar. Qabel ma ppreżentat dan il-pjan, l-Awstrija bagħtet diversi sottomissjonijiet ta’ informazzjoni b’mod partikolari fis-16 ta’ Diċembru 2011, kif ukoll fl-1, fit-13 u fis-16 ta’ Marzu 2012.

(8)

Bejn April 2012 u Awwissu 2012, l-Awstrija u l-Kummissjoni ddiskutew il-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar u l-miżuri ta’ għajnuna f’serje ta’ laqgħat, telekonferenzi u skambji oħra ta’ informazzjoni. Il-verżjoni finali tal-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar intbagħtet fl-4 ta’ Settembru 2012 (il-“pjan il-ġdid ta’ ristrutturar”).

(9)

Fl-4 ta’ Settembru 2012, l-Awstrija ressqet impenji, li huma mehmużin mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   DESKRIZZJONI

2.1.   Il-benefiċjarji u d-diffikultajiet tagħhom

(10)

L-ÖVAG huwa istitut ċentrali tal-Volksbanken tal-Awstrija (kooperattivi lokali tal-kreditu) li jipprovdihom b’servizzi ċentralizzati tal-back-office, ġestjoni tal-likwidità u prodotti finanzjarji. Il-Volksbanken huma banek universali li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom ivarja minn lokali sa reġjonali. Flimkien mal-ÖVAG, bħala l-istituzzjoni prinċipali tagħhom, dawn jiffurmaw il-grupp Volksbank. Huma għandhom is-sjieda ta’ 60.2 % tal-ÖVAG permezz ta’ entità holding komuni. Sidien oħra jinkludu d-DZ Bank (23.8 %), l-ERGO Versicherungsgruppe AG (9.5 %) u r-Raiffeisen Zentralbank Österreich AG ("RZB", l-istitut ċentrali tal-grupp Raiffeisen, it-tieni grupp kooperattiv Awstrijak) (5.8 %). Iż-0,6 % li jifdal huma f’forma ta’ sjieda mifruxa (6). Fl-aħħar tal-2008 l-ÖVAG kien ir-raba’ l-akbar bank tal-Awstrija b’karta bilanċjali li tlaħħaq EUR 52,9 biljun (7), u bi klassifikazzjoni Aa3 mill-Moody’s u klassifikazzjoni A minn Fitch (8).

(11)

Is-suq ġeografiku l-aktar importanti tal-ÖVAG huwa l-Awstrija. Il-bank kien attiv ukoll f'għadd ta' pajjiżi fl-Ewropea Ċentrali u fil-Lvant tal-Ewropa (CEE) fejn l-ishma tas-suq tiegħu, minbarra fir-Rumanija, kienu żgħar. Sa punt limitat, l-ÖVAG huwa attiv ukoll fil-Ġermanja fil-banek korporattivi u fil-finanzjament tal-beni immobbli.

(12)

Sa reċentement l-ÖVAG kienet topera f’ħames segmenti tan-negozju: il-banek korporattivi, il-banek kummerċjali, il-proprjetà immobbli, is-swieq finanzjarji u l-portafoll bankarju/operazzjonijiet oħra. L-ÖVAG abbandunat il-finanzjament pubbliku u l-finanzjament tal-infrastruttura fl-2008, meta biegħet is-sehem tagħha f’Kommunalkredit Austria AG ("KA") lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ammont nominali ta’ EUR 1. Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, wieħed isib aktar dettalji dwar il-mudell tan-negozju preċedenti tal-ÖVAG (9).

(13)

Il-problemi tal-ÖVAG kienu diversi. Kif diġà ġie identifikat fid-Deċiżjoni tal-ftuħ (10), il-fatturi li ġejjin ikontribwixxew għad-diffikultajiet tal-ÖVAG: l-esponiment tagħha għall-pajjiżi CEE permezz tas-sussidjarji tal-banek kummerċjali aggruppati f’VB International ("VBI"); l-involviment tagħha fil-finanzi pubbliċi u l-finanzjament tal-infrastruttura, portafoll tal-investiment li jinkludi fost l-oħrajn strumenti maħruġin minn Lehmann Brothers u mill-banek tal-Islanda u dipendenza fuq il-finanzjament bl-ingrossa. Dawn il-fatturi wasslu għal telf sinifikanti tal-ÖVAG fl-2008 and 2009 u wasslu biex fl-2009 l-Awstrija nediet miżuri ta' appoġġ lill-bank.

(14)

Fl-2009 l-ÖVAG kienet diġà nediet proċess ta’ ristrutturar, li fost l-oħrajn kien immirat lejn is-separazzjoni tal-bank mill-attivitajiet li kienu l-kawża prinċipali tal-problemi. Madankollu, xi wħud mir-riskji li kienu jirriżultaw mill-portafoll tal-legati affettwaw il-bank għal darba oħra fl-2011. B'mod partikolari dawn kienu:

a)

telf iġġenerat mis-sussidjarji tal-VBI u deprezzament fil-valur tal-ktieb tagħhom fil-kontijiet tal-ÖVAG li jlaħħqu EUR 380 miljun;

b)

deprezzament ta’ EUR 300 miljun fl-investimenti tal-ÖVAG, b’rabta mal-pajjiżi li ntlaqtu l-agħar mill-kriżi sovrana;

c)

tniżżil fil-valur tal-bqija tal-kapital ta’ parteċipazzjoni li l-ÖVAG kellu f’KA, f’ammont li jlaħħaq EUR 142 miljun;

d)

rivalutazzjoni tal-valur tal-ktieb ta’ Investkredit (11) (IK) b’EUR 323 miljun inqas fil-kuntest tal-fużjoni bl-assorbiment mill-ÖVAG.

(15)

L-impatt tat-telf elenkat fil-premessa (14) wassal biex għat-tieni darba l-Awstrija salvat lill-ÖVAG, bi qbil mal-azzjonisti oriġinali fis-27 ta' Frar 2012. Barra minn hekk, l-ÖVAG irrevediet il-pjan ta’ ristrutturar oriġinali tagħha u għażlet li tagħmel ristrutturar aktar radikali.

2.2.   Il-miżuri ta’ għajnuna

2.2.1.   Il-miżuri ta’ għajnuna tal-2009

(16)

Fl-2009, il-pożizzjoni tal-likwidità u tal-kapital tal-ÖVAG kienet imsaħħa skont l-iskema ta’ appoġġ lill-banek tal-Awstrija b’rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 1 biljun u garanziji tal-Istat li jkopru strumenti tad-dejn li jlaħħqu EUR 3 biljun. Bis-saħħa tal-implimentazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni, sa tmiem l-2009, il-proporzjon tal-Grad 1 tal-ÖVAG żdied għal 9.2 % u l-proporzjon tal-ekwità għal 12.5 %.

Rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 1 biljun

(17)

F’April 2009, l-Awstrija ssottoskriviet ċertifikati ta’ parteċipazzjoni (Partizipationsscheine, "PS") tal-ÖVAG li jammontaw għal EUR 1 biljun ("rikapitalizzazzjoni tal-2009") B’dan l-istrument, l-Istat ma jiksibx drittijiet tal-vot iżda jikseb kupun preferenzjali u privileġġ ta’ konverżjoni. L-istrument huwa wieħed perpetwu u jiġi trattat bħala kapital prinċipali tal-Grad 1.

(18)

Kif inhu stipulat fl-iskema ta’ appoġġ għall-banek tal-Awstrija, il-PS għandhom kupun preferenzjali ta’ 9.3 % kull sena. Fis-sitt u s-seba’ sena wara s-sottoskrizzjoni tal-istrumenti, il-kupun jiżdied b’50 punt bażi kull sena, imbagħad fit-tmien sena jiżdied b’75 punt bażi u mid-disa’ sena finanzjarja ’l quddiem b’100 punt bażi. Dan jiżdied biss għal massimu ta’ EURIBOR ta’ 12-il xahar flimkien ma’ 1 000 punt bażi kull sena. Il-pagament tal-kupun huwa soġġett għall-profitt li jagħmel il-bank u d-deċiżjoni tal-ÖVAG li tiddistribwih. Il-kupuni li ma jitħallsux f’sena partikolari ma jiġux diferiti għal sena oħra. Il-PS jassorbu t-telf fi proporzjon mal-kapital totali li jassorbi t-telf.

(19)

Il-bank għandu d-dritt li jifdi l-PS kollha jew segmenti minnhom fi kwalunkwe ħin. Il-prezz tal-fidwa fl-ewwel 10 snin finanzjarji mis-sottoskrizzjoni jammonta għal 100 % tal-valur nominali taċ-ċertifikati ta’ parteċipazzjoni, u wara dawn l-10 snin għal 150 % (12).

(20)

L-Istat għandu d-dritt li jibdel il-PS f’ishma ordinarji tal-ÖVAG. Għalkemm sal-1 ta’ Jannar 2019 konverżjoni bħal din kienet soġġetta għal qbil mill-bank, il-kunsens tal-bank mhuwiex neċessarju f’dawn il-każijiet:

a)

jekk id-dividend għas-sena finanzjarja 2011 ma jitħallasx kollu jew parzjalment; jew

b)

jekk għal sentejn konsekuttivi wara l-31 ta’ Diċembru 2011, id-dividend ma jitħallasx kollu jew parzjalment; jew

c)

jekk fl-1 ta’ Jannar 2012 l-Istat ikun għad għandu PS b’valur nominali ta’ tal-anqas EUR 700 miljun; jew

d)

jekk fl-1 ta’ Jannar 2015 l-Istat ikun għad għandu PS b’valur nominali ta’ tal-anqas EUR 400 miljun.

Garanziji li jkopru ħruġ ġdid ta’ dejn

(21)

L-ÖVAG ibbenefikat minn garanziji tal-gvern skont l-iskema ta’ appoġġ lill-banek tal-Awstrija u ħarġet EUR 3 biljun ta' bonds b'garanzija mill-Istat fl-2009.

Tabella 1

Ħruġ ta’ dejn tal-ÖVAG garantit mill-Istat fl-2009

Segment

Valur Nominali

Data tal-ħruġ

Maturità

Kupun

L-ispejjeż totali

1.

EUR 1 biljun

9.2.2009

9.2.2012

3,000  %

157 punt bażi fuq Euribor 6M

2.

EUR 1 biljun

18.3.2009

19.3.2013

3,375  %

194 punt bażi fuq Euribor 6M

3.

EUR 1 biljun

14.9.2009

14.9.2012

2,250  %

155 punt bażi fuq Euribor 6M

Sors: Il-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid, p. 36

2.2.2.   Il-miżuri ta’ għajnuna tal-2012

(22)

Id-daqs tat-telf irrappurtat mill-ÖVAG għall-2011 se jwassal biex jittieħdu aktar miżuri tal-għajnuna mill-Istat, li jikkonsistu minn injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 250 miljun f’għamla ta’ ishma ordinarji (ir-"rikapitalizzazzjoni tal-2012") u garanzija tal-assi bil-għan li l-kapital jiżdied b’EUR 100 miljun ("garanzija tal-assi")

Żieda fil-kapital ta’ EUR 250 miljun

(23)

Iż-żieda fil-kapital għandha ssir f’żewġ passi. L-ewwel nett, il-kapital tal-bank jitnaqqas b’70 % biex jiġi bbilanċjat it-telf akkumulat. Dan it-tnaqqis fil-kapital inaqqas ukoll pro rata l-PS li l-Awstrija injettat fl-2009. Fit-tieni stadju, l-ÖVAG jirċievi kapital ġdid li jlaħħaq EUR 484 miljun. EUR 250 miljun minn dan l-ammont għandu jiġi sottoskritt mill-Awstrija u l-bqija mill-Volksbanken. L-Awstrija u l-Volksbanken jissottoskrivu l-ishma bil-prezz ta’ EUR 2.181 għal kull sehem. B’riżultat ta’ dan, l-Istat jikseb sehem ta’ 43.4 % fil-bank u jsir it-tieni l-akbar azzjonist wara l-Volksbanken (50.2%) L-ishma tal-azzjonisti l-oħrajn, li ma jipparteċipawx fl-injezzjoni tal-kapital, jiġu dilwiti: DZ-Bank: 3,8 %, ERGO: 1.5 %, RZB: 0.9 %, sjieda mifruxa: 0,1 %.

Garanzija tal-assi

(24)

Flimkien mal-injezzjoni tal-kapital ta’ EUR 250 miljun, l-Awstrija se tipprovdi garanzija tal-assi ta’ EUR 100 miljun, li se sservi biex iżżid il-kapital tal-ÖVAG bl-istess ammont, u li se tiġi rimunerata bir-rata ta’ 10 % kull sena (jiġifieri bħal injezzjoni tal-kapital). L-għan tal-garanzija tal-assi huwa li jitnaqqas il-proviżjonament jew il-bżonnijiet ta’ tniżżil fil-valur tal-bank u li tiġi protetta l-bażi tal-kapital tiegħu. Il-miżura tvarja mill-miżuri standard tal-assi danneġġati, minħabba li l-garanzija se tkun strutturata b’tali mod li tinfluwenza d-dispożizzjonijiet dwar it-telf mis-self li l-bank kien diġà stabbilixxa għat-telf mistenni fuq l-assi koperti. Il-garanzija għalhekk se tingħata għal telf (mill-kotba) li diġà ġġarrab.

(25)

L-ÖVAG se tkun tista’ tieħu l-garanzija u titlob rikors mill-Istat (il-garanti) jekk tipprovdi evidenza li d-dejn huwa irrekoverabbli jew li d-debitur daħal fi proċedimenti formali ta’ insolvenza; dan japplika biss jekk ir-rikors ikun neċessarju biex jiġi evitat li dak il-proporzjon tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (13) tal-grupp ÖVAG (14) jaqa’ taħt il-livell ta’ 11 % sal-31 ta’ Diċembru 2015. Il-livell limitu CET1 jitbaxxa għal 10 % jekk sal-istess data l-ÖVAG ikun biegħ kompletament l-ishma tiegħu f’Volksbank Romania S.A ("VBRO") jew f’VB Leasing International Holding GmbH ("VBLI").

(26)

Ir-rikors skont il-garanzija mhux se jkun permess qabel il-31 ta’ Diċembru 2015. Il-pagamenti li jidħlu u li jkunu relatati mal-assi koperti għandhom isiru vis-à-vis kwalunkwe pretensjoni li l-bank jista’ jkollu kontra l-Istat, jekk dawn jaqbżu l-valur mhux danneġġat u mhux garantit tal-assi.

(27)

L-obbligi ta’ ħlas tal-Istat li jirriżultaw mill-użu ta’ garanzija se jiġu diferiti sal-31 ta’ Lulju 2016, mingħajr ma jiġi impost interess għall-pagamenti diferiti. Kull ammont li jinġibed għandu jitħallas lura lill-Istat, hekk kif is-sitwazzjoni finanzjarja tal-bank tippermetti dan.

(28)

Il-garanzija se tiġi rimunerata b’tariffa ta’ 10 % fis-sena (15) fuq l-ammont totali mogħti mit-30 ta’ Settembru 2012 sal-1 ta’ Jannar 2016. Għall-ammonti użati, ir-rimunerazzjoni se tiġi sostitwita minn tariffa ta’ 10 % fis-sena, li se titħallas minn xħin l-ammonti jintużaw sa xħin l-ammont użat jitħallas kompletament lill-Istat. Ir-rimunerazzjoni tal-aħħar hija marbuta mal-profitt li jagħmel il-bank u ma’ konformità ma’ proporzjon CET1 ta’ 10 %; din mhijiex kumulattiva.

(29)

Ir-responsabbiltà tal-Istat skont dik il-garanzija se tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2016; dan ma jgħoddx għal kwalunkwe talba li titressaq qabel din id-data.

2.3.   Il-Mudell tan-negozju l-ġdid

Ħarsa ġenerali

(30)

Skont il-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid, l-ÖVAG se tintegra mill-qrib mal-Volksbanken. Se tiġi stabbilita sistema ta’ responsabbiltà konġunta ("Verbundmodell") bejn l-ÖVAG u l-Volksbanken Il-funzjonijiet tal-ÖVAG jitnaqqsu għal dawk ta’ istitut ċentrali tas-settur tal-Volksbanken. Dan se jikkonċentra fuq l-għoti ta' servizzi lill-Volksbanken permezz ta’: pooling tal-likwidità, għajnuna fl-għoti ta' self fuq skala ikbar u l-għoti ta' prodotti tat-teżor għall-Volksbanken u l-klijenti tagħhom. B’hekk, it-total fuq il-karta bilanċjali tagħha kif ukoll il-kumplessità tal-mudell tan-negozju tagħha se jitnaqqsu sinifikattivament. L-attivitajiet li kkawżaw problemi lill-bank jew li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ istitut ċentrali tal-Volksbanken huma abbattuti jew se jiġu divestiti. Il-bank jiġma' dawn l-attivitajiet f’segment tal-istralċ mhux prinċipali.

(31)

Il-karta bilanċjali se titnaqqas minn EUR 91 biljun fi tmiem Settembru 2008 (16), għal EUR 19-il biljun fis-sena 2017, li minnhom EUR [12-15] (*1) biljun se jagħmlu parti min-negozju prinċipali l-ġdid (filwaqt li l-bqija huma negozju mhux prinċipali abbattut). L-assi ppeżati skont ir-riskju (“RWA” - risk-weighted assets) se jonqsu minn EUR 35,2 biljun fl-2008 għal EUR [9-12] biljun fl-2017 fil-każ bażi.

Il-Verbundmodell

(32)

Il-"Verbundmodell" hija sistema ta’ responsabbiltà konġunta bi trasferiment irregolat kif xieraq tal-likwidità bejn il-membri tagħha ("Liquiditätsverbund"), ikkumbinata ma’ protezzjoni finanzjarja konġunta tal-kredituri tal-membri kollha ("Haftungsverbund"). Fl-istess waqt il-Verbunmodell tipprevedi l-manutenzjoni tal-indipendenza legali tal-banek assoċjati, filwaqt li tippermetti li l-membri tagħha jagħmlu użu mill-infrastruttura organizzazzjonali kondiviża tan-“netwerk”.

(33)

F’dan ir-rigward, l-ÖVAG bħala istitut ċentrali għandha tiżgura u tikkontrolla s-solvenza u l-likwidità tal-banek kooperattivi li huma parti mill-"Verbund" abbażi tal-kontijiet ikkonsolidati. Barra minn hekk, l-ÖVAG hija responsabbli, fost l-oħrajn, għar-rappreżentazzjoni tal-interess tal-grupp kollu, għar-relazzjonijiet pubbliċi fuq livell ta' grupp u għall-appoġġ f'ċerti funzjonijiet tal-back-office, bħal pereżempju tranżazzjonijiet f'titoli, il-loġistika, twaqqif ta' standards għall-grupp biex ikun hemm konformità u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Barra minn hekk, il-bank se jingħatawlu aktar funzjonijiet ("Verbundfunktionen") li jidher li huma neċessarji min-naħa regolatorja għall-grupp kollu jew għal raġunijiet ta’ effiċjenza. Dawn jinkludu, b’mod partikolari, responsabbiltà għall-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti regolatorji li għandhom jiġu rispettati b’mod kollettiv (pereżempju s-solvenza, il-likwidità, il-proċess intern ta’ adegwatezza tal-kapital għall-"Verbund", l-awditjar intern). Dawn jinkludu wkoll għoti ta’ appoġġ għall-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (individwalizzati).

(34)

Skont l-Att tal-Banek tal-Awstrija (17), is-sistema ta’ responsabbiltà konġunta timplika li l-ÖVAG fir-rwol tiegħu bħala istitut ċentrali jassumi responsabbiltà għall-obbligi kollha tal-"Verbund", filwaqt li r-responsabbiltà tal-banek kooperattivi individwali għall-"Verbund" hija limitata għall-parti tal-fondi tagħhom li taqbeż il-minimu regolatorju meħtieġ biex jiġu koperti r-RWA tagħhom stess. Dak il-“kapital eċċessiv” tal-banek kooperattivi kollha tal-"Verbund" sal-31 ta’ Diċembru 2011 jammonta għal EUR [450-500] miljun jekk jiġi kkalkolat abbażi ta’ proporzjon ta’ CET1 ta’ 8 %u għal EUR [600-650] miljun jekk jiġi kkalkolat abbażi ta’ CET1 ta’ 7 %.

(35)

Karatteristika importanti oħra tal-“Verbundmodell” hija dik tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-likwidità. Dik il-kooperazzjoni fir-rigward tal-likwidità skont il-kundizzjonijiet tal-liġi Awstrijaka tfisser, fost l-oħrajn, li l-banek kooperattivi huma obbligati li jżommu 14 % tad-depożiti tagħhom mal-ÖVAG bħala riżerva minima. Barra minn hekk, l-ÖVAG jista’ jiġbor kollateral mill-Volksbanken (self ipotekarju) li jista’ jintuża għall-finanzjament tal-bonds kopert. Bħalissa, il-banek kooperattivi għandhom EUR [2.5-5] biljun f’assi li potenzjalment jistgħu jintużaw bħala kollateral. Element sinifikanti ieħor biex tiġi żgurata pożizzjoni stabbli tal-likwidità tal-ÖVAG kien it-trasferiment tal-pjattaforma tal-ibbankjar onlajn Livebank, minn wieħed mill-Volksbanken lokali għall-ÖVAG fl-2011. Min-naħa dan se jipprovdi lill-ÖVAG b’aċċess dirett għad-depożiti fil-livell tal-konsumatur u għalhekk inaqqas id-dipendenza tiegħu fuq il-finanzjament bl-ingrossa, li kien wieħed mis-sorsi tal-problemi tal-ÖVAG. It-tieni nett, dan se jippermetti li s-settur tal-Volksbanken ikollu dehra ta’ bbankjar onlajn ċentralizzat, skont il-Verbundmodell.

Is-segment prinċipali

(36)

Is-segment prinċipali huwa magħmul minn tliet segmenti: in-negozju tal-kreditu/sottoskrizzjoni, is-swieq finanzjarji u l-portafoll bankarju/operazzjonijiet oħra. L-ÖVAG tistenna li l-assi totali tas-segment prinċipali jlaħħqu EUR [12-15] biljun fl-2017 (EUR 16.8 blijun fi tmiem l-2012) u RWA ta’ [4-6] biljun sa tmiem l-2017.

(37)

Is-segment Negozju tal-Kreditu/Sottoskrizzjoni jinkludi tliet unitajiet; il-Verbundbank tal-kreditu, il-VB Factoring u l-kiri tal-prodotti fl-Awstrija ("Mobilienleasing") (minn hawn ’il quddiem "VBLF"). L-ÖVAG tikkunsidra dik il-parti min-negozju prinċipali tagħha mal-banek kooperattivi. L-attivitajiet kummerċjali huma ffukati fuq l-Awstrija.

(38)

Il-Verbundbak tal-Kreditu jinkludi n-negozju tas-self tal-kreditu u s-self sindikat mal-Verbundenbanken (18). Is-servizzi mogħtija miż-żewġ sussidjarji VB Factoring u VBLF huma kkunsidrati bħala funzjonijiet ċentrali għall-"Verbund" ukoll. VBLF hija waħda mill-fornituri prinċipali tas-servizzi tal-kiri fil-qasam tal-karozzi, it-trakkijiet u l-awtomazzjoni tal-uffiċċji fl-Awstrija. Minħabba r-rabta tiegħu mal-banek kooperattivi, VBLF se tkun parti mill-istrateġija tan-negozju futura tal-ÖVAG. L-ÖVAG għandu sjieda totali ta’ VB Factoring li hija sussidjarja tiegħu, u li tipprovdi servizzi għall-biċċa l-kbira tan-negozju ta’ fatturament li jsir mill-banek kooperattivi.

(39)

Is-segment Swieq Finanzjarji jinkludi, b’mod partikolari, l-unitajiet Teżor tal-Grupp, Investimenti tal-Volksbank, Immo KAG u l-Ibbankjar Onlajn (Livebank). Is-segment Swieq Finanzjarji huwa responsabbli mill-ġestjoni tal-likwidità fuq medda qasira u dik fuq medda twila, l-innegozjar tat-titoli u l-innegozjar fil-kambju, kif ukoll għall-kontroll tar-riskji marbutin mal-likwidità u l-prezzijiet tas-suq. Barra minn hekk, dan huwa fornitur għall-banek kooperattivi u għall-klijenti istituzzjonali domestiċi u barranin.

(40)

Is-segment Portafoll bankarju/Operazzjonijiet oħra jikkonsisti mill-unitajiet Swieq Kapitali u Ġestjoni tar-Responsabbiltà tal-Assi. Barra minn hekk, l-attivitajiet tal-kumpanija VB Services für Banken GesmbH (fornitur tas-servizzi barrani) u ta’ diversi kumpaniji holding ġew assenjati f’dak is-segment.

Is-segment mhux prinċipali

(41)

Is-segment mhux prinċipali jinkludi l-parteċipazzjonijiet u l-oqsma ta’ qabel tan-negozju kollha li ma għandhomx jagħmlu parti min-negozju prinċipali tal-ÖVAG. L-assi totali ta’ dak is-segment għandhom baġit ta’ EUR 11.7 biljun fis-sena 2012 (RWA: EUR 11.0-il biljun) fl-2012 u EUR [3-5] biljun (RWA: EUR [3-5] biljun) fl-2017. L-ÖVAG tistenna li tnaqqas l-RWA ta’ dak is-segment għal mhux inqas minn EUR 1 biljun sal-2026. Il-portafolli assenjati għal dak is-segment huma abbattuti jew se jiġu ċeduti.

(42)

Il-parti abbattuta tas-segment mhux prinċipali tinkludi, b’mod partikolari, il-portafoll tal-finanzjament korporattiv li jinkludi partijiet kunsiderevoli min-negzoju attwali ta’ Self Korporattiv tas-CEE, id-diviżjonijiet kollha tal-Finanzjament b’Self fl-Awstrija u s-CEE u l-linji kummerċjali; Finanzjament tal-Proġetti Internazzjonali u Bbankjar Korporattiv, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx relatat man-negozju tas-sottoskrizzjoni mal-banek kooperattivi. Il-fergħa ta’ Frankfurt mhix se tibqa’ parti mil-portafoll prinċipali tal-ÖVAG. Barra minn hekk, il-portafoll tal-beni immobbli b’mod ġenerali ġie abbattut u mhux se jibqa’ parti mill-mudell tan-negozju tal-bank. Il-portafoll tal-beni immobbli ta’ Europolis, kumpanija ta’ ġestjoni tal-assi fil-qasam tal-beni immobbli, kien diġà mibjugħ fl-2010.

(43)

Parti oħra minn dan is-segment hija VBLI, sussidjarja ta’ kera li minnha l-ÖVAG għandha sjieda ta’ 50 % (19). Il-grupp VBLI jwettaq negozju ta’ kera fi tmien pajjiżi tas-CEE u fix-Xlokk tal-Ewropa. Huwa għandu wkoll sehem żgħir ta’ 8 % f’kumpanija tal-kiri fl-Ungerija, li l-azzjonist prinċipali fiha huwa VR-Leasing. VBLI kien negozju kumplementari għan-negozju tal-kreditu internazzjonali mwettaq minn VBI. Minħabba li l-attivitajiet tal-ibbankjar internazzjonali twaqqfu, il-bank beħsiebu jbigħ il-parteċipazzjoni tiegħu f’VBLI sal-31 ta’ Diċembru [2013-2017]. Sabiex jiffaċilita l-bejgħ, l-ÖVAG kienet diġà ssottoskriviet il-parteċipazzjoni tagħha fil-kontijiet tal-IFRS bi [30-60] % sa EUR [50-70] miljun. Jekk sa tmiem l-2014 il-bejgħ ta’ VBLI ma jkunx jidher realistiku, in-negozji l-ġodda kollha jieqfu sal-31 ta’ Diċembru [2013-2017] u VBLI se tiġi likwidata skont il-qafas legali rilevanti (20).

(44)

Parti oħra mis-segment mhux prinċipali huwa VBRO, li kien eskluż mill-bejgħ ta’ VBI fl-2010. L-assi totali li għandu, jagħmlu lil VBRO s-seba' l-akbar bank fir-Rumanija. Il-bank huwa attiv fis-suq Rumen, b'fokus sod fuq il-kreditu marbut mal-ipoteka għall-klijenti tan-negozju bl-imnut u negozji iżgħar, li prinċipalment huwa denominat b'muniti barranin. Bħalissa VBRO qed jiġi ristrutturat mill-ÖVAG. Fl-2011, l-istruttura tal-fergħat ġiet organizzata mill-ġdid u dan wassal għal tnaqqis sinifikanti fil-fergħat. In-numru tal-ħaddiema fin-netwerk tal-fergħat tnaqqas b’25 %. Fl-ambjent ta’ bħalissa, l-akkwiżizzjoni tad-depożiti u s-servizzi ta’ tranżazzjoni tal-ħlasijiet tingħata prijorità, filwaqt li n-negozju tas-self jitnaqqas b’mod sinifikanti. L-istrateġija l-ġdida tan-negozju timmira li tiżviluppa lil VBRO f’bank universali b’taħlita ta’ prodotti aktar ibbilanċjata u tnaqqis tal-persentaġġ kumparattivament għoli ta’ self ipotekarju f’muniti barranin. Huwa ppjanat li d-dipendenza ta’ VBRO fuq il-finanzjament mill-azzjonisti tiegħu titnaqqas u jiġi mtejjeb il-proporzjon tas-self meta mqabbel mad-depożiti. Il-pjan jinkludi wkoll strateġija determinata ta’ suċċess għas-self improduttiv. Minkejja li VBRO qed jippjana li jiġġenera riżultati pożittivi tul il-perjodu ta' ristrutturar, il-pjan ta' ristrutturar jimmira lejn riżultati aktar newtrali u mhux daqstant ambizzjużi. L-ÖVAG qed tippjana li ċċedi lil VBRO sa tmiem [2013-2017] Sabiex tiffaċilita l-bejgħ, l-ÖVAG kienet diġà ssottoskriviet il-parteċipazzjoni tagħha fil-kontijiet tal-IFRS għal [0-50] %. Jekk sa tmiem [2013-2017] il-bejgħ ta’ VBRO ma jkunx jidher realistiku, in-negozji l-ġodda kollha jieqfu sal-31 ta' Diċembru [2013-2017] u VBRO jiġi likwidat skont il-qafas legali rilevanti (21). Alternattivament, partijiet minn VBRO jistgħu jinbiegħu sal-31 ta' Diċembru [2013-2017] u jiġu likwidati biss il-portafolli li jifdal skont il-qafas legali rilevanti. (22)

(45)

Fl-aħħar nett, l-attivitajiet tal-ibbankjar f’Malta għandhom jieqfu sa tmiem [2013-2017]. Jekk sa tmiem [2013-2017] ma jkunx sar bejgħ, in-negozji l-ġodda kollha jieqfu sal-31 ta' Diċembru [2013-2017] u l-attivitajiet jiġu likwidati skont il-qafas legali rilevanti (23). Anki l-parteċipazzjoni f’RZB se titwaqqaf, l-aktar tard, sa tmiem [2013-2017]. Jekk il-parteċipazzjoni f’RZB ma tkunx inbiegħet sa dik id-data, Fiduċjarju taċ-Ċessjoni awtorizzat kif xieraq jassumi responsabbiltà tal-proċess tal-bejgħ (24).

Finanzjament

(46)

L-ÖVAG provdiet informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-likwidità tagħha f’Mejju 2012 u ppreżentat miżuri li jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ finanzjament ta’ bħalissa u dawk futuri.

(47)

Fir-rigward tad-dipendenza preċedenti tagħha fuq il-finanzjament bl-ingrossa mhux assigurat, l-ÖVAG tiddikjara li dan sar prinċipalment minħabba sussidjarji li kienu tassew dipendenti fuq il-finanzjament mogħti mill-ÖVAG. Din il-problema kienet diġà ġiet indirizzata, sa ċertu punt, fil-bejgħ ta' VBI fl-2011 (tnaqqis fil-bżonnijiet ta’ finanzjament b’EUR 1.1 biljun). Barra minn hekk, ir-ristrutturar ta’ VBRO u l-bejgħ sussegwenti tiegħu, flimkien mal-bejgħ ta' VBLI, huma ħielsa sa EUR 2.4 biljun oħra ta’ likwidità.

(48)

Il-bank wera li implimenta miżuri li jagħtuh aċċess għal aktar sorsi ta’ finanzjament jew li jtaffu l-bżonnijiet ta’ likwidità tiegħu. L-akkwiżizzjoni tal-Livebank (minn wieħed mill-Volksbanken) tat lill-ÖVAG aċċess għal EUR 470 miljun ta’ finanzjament fil-livell tal-konsumatur, u b’hekk tnaqqset id-dipendenza passata tal-ÖVAG fuq il-finanzjament bl-ingrossa. L-azzjonisti f'minoranza ħadu impenji f'miżuri (25) li għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-bżonnijiet tal-finanzjament. Fl-aħħar nett, l-istabbiliment tal-Verbundmodell flimkien mal-Volksbanken jippermetti lill-ÖVAG tnaqqas il-bżonnijiet finanzjari bi EUR 2.7 biljun (26). Barra minn hekk, se tkun tista’ tuża xi assi tal-Volksbanken assoċjati bħala kollateral għall-bonds koperti jekk dan ikun meħtieġ (attwalment EUR [2-4] biljun)

2.4.   Kontribuzzjoni ta’ azzjonisti oħrajn u investituri ibridi

(49)

DZ Bank, Ergo u RZB ma pparteċipawx fl-injezzjoni tal-kapital, iżda ħadu l-impenn li jikkontribwixxu għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-ÖVAG b’dan il-mod:

a)

DZ Bank se jżomm il-faċilitajiet ta’ likwidità għas-sussidjarji, li għandhom sjieda konġunta ma’ DZ Bank u mal-ÖVAG (pereżempju VBLI). Barra minn hekk, dan se jieħu f’idejh in-negozju tal-fergħa tal-ÖVAG fi Frankfurt (EUR [400-500] miljun f’termini ta’ assi) u l-bżonnijiet ta’ finanzjament relatati.

b)

ERGO se jżomm il-faċilitajiet tiegħu ta’ likwidità mal-ÖVAG u jaqbel li ma jbigħx l-istrumenti finanzjarji tiegħu li jirriżultaw mill-ÖVAG u li huma miżmumin mill-fergħa tal-assigurazzjoni tiegħu Victoria.

c)

RZB se jimplimenta miżuri li se jkollhom effett pożittiv fuq il-kapital tal-ÖVAG fil-volum ta’ EUR 100 miljun u jforni likwidità addizzjonali lill-ÖVAG fl-ammont ta’ EUR 500 miljun.

(50)

Barra minn hekk, l-azzjonisti storiċi (27) jipparteċipaw fit-telf tal-passat permezz tat-tnaqqis fil-kapital ta’ 70 %. Barra minn hekk, dawn ġew dilwiti b’mod sinifikanti fl-aħħar rikapitalizzazzjoni (28). Barra minn hek il-Volksbanken jikkontribwixxu għaż-żieda reċenti fil-kapital b’kapital ġdid li jlaħħaq EUR 230 miljun.

(51)

Sabiex jiġi żgurat li s-sidien tal-bank jipparteċipaw fir-rikostituzzjoni ta’ bażi adegwata ta’ kapital tul il-perjodu ta’ ristrutturar, il-bank se jżomm id-dividendi u mhux se jħallas il-kupuni fuq il-kapital ibridu li mhuwiex obbligat li jħallas legalment. Dan huwa kkumplementat minn limitu strett fuq id-dividendi li jistgħu jitħallsu mill-banek kooperattivi tul il-perjodu ta' ristrutturar, bħala appoġġ biex jinġabar il-kapital fil-"Verbund".

(52)

L-ÖVAG provdiet informazzjoni dwar eżerċizzju ta’ xiri lura marbut ma’ strumenti ibridi maħruġin minn żewġ sussidjarji tal-ÖVAG u li jlaħħqu l-ammont ta’ EUR 300 miljun. Bejn Mejju u Lulju 2012, l-ÖVAG offriet li tixtri lura dawk l-istrumenti mingħand l-investituri għal madwar 40 % tal-valur nominali tagħhom. Il-prezz offrut għax-xiri lura kien idderminat abbażi tal-valur tas-suq tal-istrumenti flimkien ma’ primjum ta’ mhux aktar minn 10 punti perċentwali, li ġie miżjud bħala inċentiv biex l-investituri jipparteċipaw fix-xiri lura. It-tranżazzjoni saret f’nofs Lulju 2012. Din wasslet biex kważi 80 % tal-valur nominali tal-istrumenti jinxtara lura u għal profitt għall-ÖVAG wara tnaqqis tal-kostijiet tat-tranżazzjoni ta’ EUR 129.9 miljun.

2.5.   Programmar finanzjarju

(53)

L-Awstrija ppreżentat pjan tan-negozju dettaljat għal bejn l-2012 u l-2017. Il-pjan jinkludi xenarju ta’ referenza u xenarju f’każ ta’ stress; dan huwa bil-għan li juri l-abbiltà tal-ÖVAG li terġa’ ssir vijabbli fuq terminu twil taż-żmien.

Xenarju ta’ referenza

(54)

Il-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid huwa bbażat fuq preżunzjonijiet fir-rigward tal-evoluzzjoni taż-żona tal-ewro, it-tkabbir tal-PDG tagħha, il-bidliet fir-rati ta’ interess fuq medda qasira u medda twila ta’ żmien, li b’mod ġenerali huma f’konformità mal-aspettattivi ta’ atturi importanti tas-suq u istituzzjonijiet internazzjonali, bħal pereżempju il-FMI. L–inflazzjoni fiż-żona ewro, il-prezzijiet taż-żejt u r-rata tal-kambju tal-EUR/USD u l-EUR/CHF huma parti mill-preżunjonijiet ukoll. L-ippjanar jassumi rkupru moderat ta’ tkabbir fil-PDG fl-2013 u wara.

(55)

Kif jidher fit-Tabella 2 fix-xenarju ta’ referenza l-ÖVAG huwa mistenni jtejjeb ir-riżultati tiegħu b’mod kontinwu sal-2016.

Tabella 2

Dejta finanzjarja prinċipali tal-ÖVAG – Xenarju ta’ referenza (f’EUR miljuni u % rispettivament)

Il-Grupp ÖVAG

2012P

2013P

2014P

2015P

2016P

2017P

2018P

Riżultat (wara t-taxxi)

[60-80]

[10-30]

– [30-10]

[40-60]

[130-150]

[90-110]

m.a.

Redditu fuq l-ekwità, wara t-taxxi

[3-5]

[1-3]

– [3-1]

[3-5]

[10-12]

[8-10]

m.a.

Total tal-karta bilanċjali

[20 000 -30 000 ]

[26 000 -28 000 ]

[22 000 -24 000 ]

[20 000 -22 000 ]

[19 000 -21 000 ]

[18 000 -20 000 ]

m.a.

RWA

[18 000 -20 000 ]

[16 000 -18 000 ]

[13 000 -15 000 ]

[11 000 -13 000 ]

[10 000 -12 000 ]

[9 000 -11 000 ]

[8 000 -10 000 ]

CET 1

[9-10]

[10-11]

[11-12]

[11-12] (29)

[11-12] (29)

[12-13] (30)

[12-13] (30)

Proporzjon tal-kwalità

[13-14]

[12-13]

[14-15]

[14-15] (29)

[15-16] (29)

[15-16] (30)

[14-15] (30)

Sors: Il-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid tal-ÖVAG

(56)

Ir-redditu fuq l-ekwità (return on equity - RoE) tal-bank jiżdied tul il-perjodu ta’ ristrutturar għal livell ta’ 8.0 % wara t-taxxa. Il-bank jiddikjara li l-livell ta’ RoE ta’ 8 % wara t-taxxa, jirrappreżenta rimunerazzjoni adegwata u orjentata lejn is-suq tal-kapital, meta wieħed jikkunsidra l-mudell tan-negozju tal-bank prinċipali bi profil baxx tar-riskju. B’mod partikolari, il-bank mhuwiex involut f’tali attivitajiet volatili bħall-banek tal-investimenti jew l-innegozjar tal-proprjetà, iżda jiffoka fuq ir-rwol tiegħu ta' istitut ċentrali għall-banek kooperattivi lokali.

Xenarju f’każ ta’ stress

(57)

L-ÖVAG ipprovdiet xenarju f’każ ta’ stress f’livell ta’ grupp ibbażat fuq preżunzjoni tas-suq anqas favorevoli. Fost l-oħrajn ġew preżunti, apprezzament addizzjonali tad-dollaru Amerikan meta mqabbel mal-ewro u t-tidjgħif tal-leu Rumen meta mqabbel mal-ewro, żieda tar-rati tal-interess aktar bil-mod milli mistenni fil-każ ta' bażi, deterjorament addizzjonali ta' xi klassifikazzjonijiet sovrani u tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku fiż-żona Euro. Skont l-istimi tal-bank, dawk l-iżviluppi flimkien jistgħu jwasslu għal użu addizzjonali ta’ kapital li jlaħħaq EUR [600-650] miljun u għal tnaqqis tal-proporzjon CET1 tal-ÖVAG's CET għar-riskji inġenerali għal to [6.0-7.0] % fl-2017.

Tabella 3

Dejta finanzjarja prinċipali tal-ÖVAG – Xenarju f’każ ta’ stress (f’EUR miljuni u % rispettivament)

 

2012

2013

2014

2015

2016

2017

CET1

[7-8]

[7-8]

[7-8]

[5,5-6,5]

[6-7]

[6-7]

Proporzjon tal-kapital

[11-12]

[10-11]

[10-11]

[8-9]

[9-10]

[8-9]

Xenarji sensittivi

(58)

Barra minn hekk, il-bank ipprovda xenarji sensittivi stbbiliti minn konsulent estern, fejn l-iżviluppi avversi addizzjonali ġew preżunti: bejgħ b’dewmien ta’ VBRO bi […] prezz ta’ EUR […] miljun, żieda tal-kostijiet ta’ finanzjament mill-ġdid tiegħu; inabbiltà li jinbiegħ VBLI; kwalità aktar baxxa tal-assi fis-segmenti mhux prinċipali (żieda fl-RWA b’20 %, żieda fid-dispożizzjonijiet kontra r-riskji b’50 % u danni fuq investimenti ta’ EUR 100 miljun); żieda fl-RWA b’10% fis-segment prinċipali; l-ebda żieda fil-profitti bejn l-2016 u l-2017.

(59)

Il-konsulent sab li kieku dawk il-kundizzjonijiet ta’ stress kellhom jimmaterjalizzaw kollha, l-ÖVAG ikollha nuqqas ta' kapital ta’ EUR [150-200] miljun (31) bejn l-2017 u l-2018, li madankollu ma jkunx kopert mill-kapital regolatorju eċċessiv tal-banek kooperattivi (jiġifieri l-"Haftungsverbund") li jammonta għal EUR [650-750] miljun bejn l-2017 u l-2018. Għalhekk, b’mod ġenerali, ix-xenarju avvers jista’ jiġi ġestit mill-bank.

Tnaqqis fil-kostijiet

(60)

Skont il-projezzjonijiet finanzjarji tal-ÖVAG, il-kostijiet amministrattivi tiegħu se jitnaqqsu minn EUR 166 miljun fl-2012 għal EUR 105.5 miljun fl-2017, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 36 %. Madankollu, barra mill-miżuri ta’ ottimizzazzjoni tal-kostijiet (bħall-għeluq tal-fergħa ta’ Frankfurt u l-uffiċċji tar-rappreżentanti ta’ IK fis-CEE; sinerġiji li jirriżultaw mill-fużjoni tal-ÖVAG u IK; tnaqqis fil-persunal, okkupanza tal-bini u spejjeż tal-konsultazzjoni; outsourcing tal-infrastruttura tal-IT), dan l-impatt jinkludi l-effetti tal-bejgħ u tat-tnaqqis tal-operazzjonijiet fis-segment mhux prinċipali. Għalhekk, il-bank ipprovda wkoll informazzjoni dwar ir-riżultati mistennija tal-miżuri għat-tnaqqis tal-kostijiet fis-segment prinċipali. L-ottimizzazzjoni tal-kostijiet għandha tirriżulta fi tnaqqis annwali fil-kostijiet bi EUR 15-il miljun sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, li jirrappreżenta madwar 12 % tal-kostijiet totali fl-2012.

Tifdija tal-PS bejn l-2017 u l-2018

(61)

Bħala parti mit-tnaqqis fil-kapital fl-2012, il-PS mogħtija mill-Awstrija fl-2009 tnaqqsu għal EUR 300 miljun. Il-bank beħsiebu jifdi 50 % ta’ dak l-ammont fl-2017 u l-50 % li jifdal fil-bidu tal-2018. Jekk ikun neċessarju li jsir dan biex tkun tista’ ssir dik it-tifdija, il-Volksbanken jipprovdu lill-ÖVAG bil-mezzi rilevanti.

3.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(62)

Il-Kummissjoni tfakkar li fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat rigward il-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar għall-ÖVAG mas-suq intern billi kellha, abbażi tal-pjan ta’ ristrutturar, dubji serji jekk l-ÖVAG setgħetx terġa’ ssir vijabbli fit-terminu ta’ żmien twil (32). Il-Kummissjoni esprimiet dubji wkoll jekk kienx żgurat qsim tal-piżijiet adegwat u jekk it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni kienx limitat biżżejjed (33).

4.   L-OPINJONI TAL-AWSTRIJA

(63)

L-Awstrija tenfasizza li l-ÖVAG huwa bank ta’ rilevanza sistemika, li l-insolvenza tiegħu kien ikollha implikazzjonijiet negattivi kbar għas-sistema bankarja tal-Awstrija u l-ekonomija reali tal-Awstrija. Dik il-valutazzjoni ġiet ikkonfermata b’ittra mill-Österreichische Nationalbank, il-bank ċentrali tal-Awstrija.

(64)

L-Awstrija ma tiċħadx li l-mizuri deskritti fit-taqsima 2.2 għandhom karattru ta' għajnuna.

(65)

L-Awstrija tgħid li l-mizuri deskritti fit-taqsima 2.2.1 ingħataw f’konformità mal-iskema ta’ għajnuna lill-banek approvata tal-Awstrija. Hija tenfasizza li meta saret ir-rikapitalizzazzjoni l-ÖVAG ma kienx bank f’diffikultà fit-tifsira tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Madankollu, l-Awstrija qablet li tipprezenta pjan ta’ ristrutturar għall-bank.

(66)

Barra minn hekk, l-Awstrija ma tikkuntestax li t-tieni mizura ta’ rikapitalizzazzjoni maqbula fis-27 ta’ Frar 2012 u l-garanzija tal-assi (“il-mizura tal-2012”) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Madankollu, hi tqis li dawn huma kompatibbli mas-suq intern abbazi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, billi huma meħtieġa biex jirrimedjaw it-taqlib fl-ekonomija ta' Stat Membru u huma kompatibbli mal-komunikazzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni.

(67)

B’mod partikolari, l-Awstrija pprovdiet informazzjoni u dejta tas-suq kumparattiva li abbażi tagħha targumenta li l-miżuri tal-2012 jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012 (34), tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu appoġġati l-miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (il-“Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011”)

(68)

Fir-rigward tal-miżura tar-rikapitalizzazzjoni tal-2012, il-valur tal-kumpanija tal-ÖVAG (bank mhux elenkat) qabel ir-rikapitalizzazzjoni tal-2012 kien stmat abbażi ta’ approċċ ta’ valutazzjoni xierqa bbażata fuq is-suq, li kien approċċ price-to-book (P/B) ta’ grupp tal-pari. Abbażi tad-dejta li tista’ tiġi osservata għal grupp tal-pari xieraq, l-Awstrija ddeterminat multiplu tal-P/B (35), li jwassal għal valur tal-kumpanija fil-firxa ta’ EUR [270-300] miljun sa EUR = [320-360] miljun. Wara li titqies ir-rikapitalizzazzjoni mill-Volksbanken, il-valur tal-kumpanija jkun fil-firxa ta’ bejn EUR [500-530] miljun u EUR [550-580] miljun li jissarraf fi prezz għal kull sehem ta’ EUR [3-4]. Billi l-Awstrija ssottoskriviet l-ishma bi prezz ta’ EUR 2,2, il-firxiet tal-iskont effettiv huma bejn [35 % u 45 %]. L-Awstrija tikkunsidra li l-applikazzjoni ta’ dak l-iskont tindirizza b’mod adegwat ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 8 tal-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011 li l-injezzjonijiet tal-kapital mill-Istat għandhom jiġu sottoskritti bi skont suffiċjenti aġġustat għad-dilwizzjoni.

(69)

Fir-rigward tal-garanzija tal-assi, l-Awstrija ssostni li hija timmira esklużivament li żżid l-kapital tal-ÖVAG b’EUR 100 miljun. Billi din hija kumparabbli mar-rikapitalizzazzjoni u rimunerata b’rata ta’ 10 % kull sena, hija konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(70)

Fl-opinjoni tal-Awstrija l-pjan ta’ ristrutturar jassigura li l-vijabbiltà fit-tul tal-ÖVAG terġa’ tinkiseb, l-ÖVAG tipprovdi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti għall-ispejjeż ta’ ristrutturar u li t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jkun limitat b’miżuri strutturali u ta’ mġiba sostanzjali.

(71)

L-Awstrija pprovdiet għadd ta’ impenji li huma elenkati fl-Anness u li jikkostitwixxu parti integrali minn din id-Deċiżjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-impenji jiġu implimentati, se jinħatar fiduċjarju ta’ monitoraġġ, li l-attivitajiet tiegħu se japplikaw tul il-perjodu ta’ ristrutturar li jintemm fl-2017. L-impenji jinkludu diversi restrizzjonijiet ta’ mġiba għall-ÖVAG bħal projbizzjonijiet fuq id-dividendi u l-kupuni (36), projbizzjoni fuq ir-riklamar tal-għajnuna mill-Istat mogħtija u projbizzjoni fuq il-price leadership għall-pjattaforma onlajn tagħha "Livebank" (37), projbizzjoni fuq l-akkwisti (38), u impenn li tiġi vvalutata r-rimunerazzjoni tal-membri tal-bord bl-għan li tiġi stabbilita struttura ta’ inċentiva għall-iżvilupp sostenibbli (39). Barra minn hekk, l-impenji jikkostitwixxu l-obbligu li VBLI jiġi ċedut sa [2013-2017], VBRO u l-attivitajiet bankarji f’Malta sa [2013-2017] u l-parteċipazzjoni f’RZB sa [2013-2017] (40).

5.   IL-VALUTAZZJONI

5.1.   L-eżistenza u l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat

(72)

Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, kull għajnuna ta’ kwalunkwe forma mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat li twassal għal tgħawwiġ jew theddida ta’ tgħawwiġ għall-kompetittività billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, u li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri għandha tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(73)

Biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: għandha tkun iffinanzjata minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat; għandha tagħti vantaġġ li jkun jista’ jiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, il-miżura għandha tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni, u l-miżura għandu jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(74)

Il-Kummissjoni tfakkar li fid-deċiżjonijiet dwar l-iskema ta' appoġġ lill-banek tal-Awstrija, diġà kienet stabbilixxiet li l-garanziji tal-likwidità u l-injezzjonijiet tal-kapital mogħtija skont l-iskema ta' appoġġ lill-banek tal-Awstrija jikkostitwixxu għajnuna. L-Awstrija ma argumentatx rigward din il-kwalifika.

(75)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-miżuri ta’ appoġġ maqbulin fis-27 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-premessa (73) huma ssodisfati wkoll fir-rigward tar-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 250 miljun u l-garanzija tal-assi ta’ EUR 100 miljun.

(76)

Il-miżuri tal-2012 ingħataw mill-Awstrija u għalhekk huma direttament attribwibbli għall-Istat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn jirriżultaw mir-riżorsi tal-Istat.

(77)

Il-miżuri tal-2012 jippermettu lill-ÖVAG tikseb il-kapital (u tabilħaqq il-garanzija tal-assi de facto tipprovdi lill-bank bil-kapital) f’sitwazzjoni ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja, fejn kieku ma setgħetx issib dak il-kapital bl-istess kundizzjonijiet fis-suq. Il-Kummissjoni tinnota li minoranza tal-azzjonisti tal-ÖVAG (il-Grupp ERGO, RZB u DZ Bank) iddeċidew li ma jipparteċipawx fir-rikapitalizzazzjoni tal-ÖVAG. Il-Volksbanken ipparteċipaw fiż-żieda tal-kapital. Madankollu, bħala azzjonisti f’maġġoranza eżistenti u minħabba li għandhom rabta kummerċjali mill-qrib mal-ÖVAG, kienu qed jinvestu b’kunsiderazzjonijiet ekonomiċi differenti minn dawn tal-Istat. Tabilħaqq, insolvenza tal-ÖVAG kien ikollha konsegwenzi kbar għall-Volksbanken, li potenzjalment jheddu l-eżistenza tagħhom stess. F’dan il-kuntest huma pparteċipaw fis-salvataġġ tal-ÖVAG sabiex jiżguraw il-futur kummerċjali tagħhom stess. Għaldaqstant, huwa kkunsidrat li l-miżuri tal-2012 jagħtu vantaġġ lill-ÖVAG. Barra minn hekk, il-vantaġġ huwa selettiv billi minnu jibbenefika bank wieħed biss.

(78)

Minħabba li l-ÖVAG hija attiva fis-settur finanzjarju, li huwa miftuħ għal kompetizzjoni internazzjonali intensa, kull vantaġġ mir-riżorsi tal-Istat lill-bank għandu l-potenzjal li jaffettwa l-kummerċ fl-Unjoni u li jagħweġ il-kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-Awstrija lanqas argumentat dwar din il-valutazzjoni.

(79)

Il-miżuri tal-kapital tal-2009 u l-2012 ilaħħqu EUR 1,350 miljun u jirrappreżentaw 3,8 % tal-RWA tal-bank fi tmiem l-2008 (EUR 35,2 biljun). Barra minn hekk, ingħataw garanziji li jammontaw għal EUR 3,0 biljun lill-bank mingħand l-Awstrija.

5.2.   Bażi legali tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern

(80)

Skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE, l-għajnuna tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern jekk tkun maħsuba li tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kriżi finanzjarja globali tista’ toħloq taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u li l-miżuri li jappoġġjaw il-banek huma xierqa biex jirrimedjaw dan it-taqlib. Din il-valutazzjoni ġiet ikkonfermata fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni – ir-Rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarjai fil-kriżi finanzjarja kurrenti: Tnaqqis tal-għajnuna għall-minimu neċessarju u salvagwardji kontra tgħawwiġ mhux neċessarju tal-kompetizzjoni (41) (minn hawn 'il quddiem "il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar"). Il-Kummissjoni għadha tikkunsidra li r-rekwiżiti biex l-għajnuna mill-Istat tiġi approvata skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, huma ssofdisfati fid-dawl ta' diffikultà ġdida fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni kkonfermat din l-opinjoni f’Diċembru 2011 bl-adotazzjoni tal-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni li testendi l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu appoġġati miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja.

(81)

Fir-rigward tal-ekonomija tal-Awstrija, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li fl-approvazzjoni tagħha tal-iskema tal-Awstrija (42) u fl-approvazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Awstrija lil banek individwali (43), hemm theddida ta’ xkiel serju fl-ekonomija Awstrijaka u li l-appoġġ tal-Istat lill-banek huwa xieraq biex jirrimedja dan ix-xkiel. Għaldaqstant, il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna għandha tkun l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat (44).

(82)

Il-kumpatibbiltà tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni, partikolarment rigward ir-rimunerazzjoni tagħhom, għandha l-ewwel tiġi vvalutata abbażi tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011.

5.3.   Konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011

(83)

Fir-rigward tal-PS mogħtija fl-2009, jista’ jiġi nnutat li dawn ingħataw skont it-termini stipulati fl-iskema ta’ appoġġ lill-banek tal-Awstrija għat-tali tip ta’ strumenti. Il-Kummissjoni tinnota li barra minn hekk l-istess huwa minnu għall-garanziji ta’ finanzjament mill-ġdid mogħtija dak iż-żmien (45).

(84)

Fir-rigward tal-injezzjoni tal-kapital fl-2012, skont l-Anness tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011, iż-żidiet fil-kapital għall-banek mhux elenkati (bħall-ÖVAG) għandhom, fejn ma jkunx hemm prezz tas-suq li jista’ jiġi osservat, jiġu vvalutati abbażi ta’ approċċ xieraq (inkluż approċċ price-to-earnings (P/E) għal grupp ta’ pari jew metodoloġiji ta’ valutazzjoni oħrajn li huma aċċettati b’mod ġenerali) ta’ valutazzjoni bbażata fuq is-suq.

(85)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Awstrija pprovdiet kalkolazzjonijiet bbażati fuq l-approċċ price-to-book biex tiddetermina l-valur tal-ÖVAG qabel ir-rikapitalizzazzjoni tal-2012. Il-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011 issemmi b’mod espliċitu l-approċċ price-to-earnings biss, iżda tirreferi wkoll għal metodoloġiji ta’ valutazzjoni oħrajn li huma aċċettati b'mod ġenerali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għażla tal-approċċ price-to-book hija ġġustifikata f’dan il-każ partikolari. L-ewwel nett, l-approċċ price-to-book ukoll huwa metodu ta’ valutazzjoni bbażat fuq is-suq stabbilit. It-tieni nett, minħabba l-volatilità passata tar-riżultati tal-ÖVAG, it-twaqqif tal-valur tal-bank stabbilit fuq bażi aktar stabbli jidher li huwa l-approċċ korrett.

(86)

Il-Kummissjoni rrevediet b’mod kritiku l-grupp tal-pari magħżul mill-Awstrija u l-firxa stabbilita ta' multipli tal-P/B applikabbli u tikkunsidrahom raġonevoli.

(87)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni mbagħad analizzat jekk l-azzjonisti tal-ÖVAG kinux akkwistaw sehem xieraq fil-bank waqt ir-rikapitalizzazzjoni, meta jitqiesu l-valuri tal-kumpanija aktar baxxi fil-firxa (EUR [270-300] miljun). Il-Kummissjoni kkunsidrat li jekk jista’ jiġi konkluż li l-Istat, li kkontribwixxa għar-rikapitalizzazzjoni tal-bank, kiseb sehem xieraq fil-bank anki jekk jiġi meqjus l-aktar valur baxx tal-kumpanija, jista’ jiġi konkluż li l-miżuri jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kummissjoni anki jekk il-valur tal-kumpanija jkun fil-fatt ogħla mill-valur l-aktar baxx fil-firxa. Qabel ma tagħmel dik il-valutazzjoni, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll li l-fornitur il-ġdid tal-kapital jirċievi skont suffiċjenti.

(88)

Fil-fatt, skont il-punti 8 u 9 tal-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011, l-injezzjonijiet tal-kapital għandhom jiġu sottoskritti bi skont suffiċjenti għall-prezz tal-ishma wara aġġustament għall-effett ta' dilwizzjoni, dan jista’ jiġi kwantifikat bl-użu ta’ tekniki tas-suq li huma aċċettati b’mod ġenerali (TERP (46)). Dak l-approċċ huwa applikat għall-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-2012.

(89)

Fil-prattika ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, il-Kummissjoni aċċettat li skont ta’ tal-anqas 25 % huwa aċċettabbli (47). Dan il-valur għandu jiġi aġġustat b’kunsiderazzjoni tad-daqs tal-miżuri li jsaħħu l-kapital fid-dawl tal-kapital eżistenti tal-bank. Il-Kummissjoni tinnota, f’dak ir-rigward, li l-Istat issottoskriva l-kapital bi skont ta’ bejn [35 % u 45 %] (48).

(90)

Abbażi tal-firxa tal-valutazzjoni tal-kumpanija, il-Kummissjoni kkalkolat l-istruttura teoretika tal-azzjonisti tal-ÖVAG wara l-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-2012 u qabblitha mal-istruttura tal-azzjonisti tal-bank de facto, maqbula b’riżultat ta’ dik il-miżura. Il-Kummissjoni tosserva li l-istruttura l-ġdida tal-ÖVAG (49), kif ġiet maqbula mill-azzjonisti tiegħu, tagħti lill-Istat li kkontribwixxa l-aktar għar-rikapitalizzazzjoni tal-bank, sehem kemxejn ogħla minn dak li l-Kummissjoni ddeterminat li huwa neċessarju għall-konformità mar-regola dwar l-għajnuna mill-Istat. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rikapitalizzazzjoni tal-2012 tal-ÖVAG hija f’konformità mal-Komunikazzjoni ta’ Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011.

(91)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-garanzija tal-assi, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura tippermetti lill-ÖVAG li taqleb id-dispożizzjonijiet diġà stabbiliti tiegħu ta’ telf mis-self. Fil-fatt il-miżura tippermetti li tiżdied il-bażi tal-kapital. Madankollu, differenti minn miżura tipika ta’ assi danneġġati, ma għandhiex effett fuq l-RWA tal-bank minħabba l-istruttura tal-garanzija li timmira li tnaqqas biss id-dispożizzjonijiet ta’ telf mis-self tal-bank. Barra minn hekk, il-garanzija tal-assi tkopri l-ewwel telf u għalhekk hija differenti minn miżura tal-assi danneġġati standard. Barra minn hekk, kull ammont użat għandu jitħallas lura lill-Istat. Abbażi ta’ dak, billi l-garanzija tinħadem, l-effett tal-miżura huwa li l-bażi tal-kapital tal-ÖVAG tiżdied b’mod temporanju u tiġi protetta; u għalhekk hija simili għal injezzjoni ta’ kapital fl-ÖVAG u għandha tiġi vvalutata kif inhi. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tixbah lil injezzjoni ta' kapital.

(92)

L-ÖVAG irċeviet garanzija tal-assi li tammonta għal EUR 100 miljun, li se tiġi rimunerata b’tariffa ta’ 10 % kull sena fuq l-ammont totali mogħti u mhux użat (bl-eċċezzjoni tal-kanċellazzjonijiet) mit-30 ta’Settembru 2012 sal-1 ta’ Jannar 2016. Għall-ammonti użati, ir-rimunerazzjoni se tiġi sostitwita b'tariffa ta' 10 % kull sena li għandha titħallas minn xħin l-ammonti jintużaw sa xħin l-ammont jitħallas kompletament lill-Istat. Ir-rimunerazzjoni tal-aħħar hija marbuta ma' jekk il-bank jagħmilx profitti u jekk jikkonformax mal-proporzjon CET1 ta' 10 %. Din mhix kumulattiva. Il-Kummissjoni tinnota li kemm l-istruttura kif ukoll il-livell tar-rimunerazzjoni huma simili għar-rimunerazzjoni li tipikament tkun meħtieġa għal injezzjoni ta’ kapital għal bank f’diffikultà skont il-Komunikazzjoni ta’ Rikapitalizzazzjoni. Il-livell tar-rimunerazzjoni hija konformi wkoll mal-punt 29 tal-iskema tal-Awstrija fuq il-miżuri ta’ għajnuna ta’ emerġenza lill-banek li jinsabu f’diffikultà (50).

5.4.   Kumpatibbiltà mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

(93)

Il-miżuri kollha identifikati bħala għajnuna mill-Istat ingħataw fil-kuntest tar-ristrutturar tal-ÖVAG. Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-għoti ta’ għajnuna għar-ristrutturar lill-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi kurrenti. Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, sabiex ikun kumpatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, ir-ristrutturar ta’ istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja għandu jwassal biex il-bank jerġa’ jsir vijabbli, jinkludi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti u qsim tal-piżijiet u jinkludi biżżejjed miżuri li jillimitaw it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

5.4.1.   Il-Vijabbiltà

(94)

Pjan ta’ ristrutturar, meta jiġi implimentat kif xieraq, għandu jiżgura li l-istituzzjoni finanzjarja tkun tista’ terġa’ ssir vijabbli fit-tul (ara t-taqsima 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar).

(95)

Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-vijabbiltà fit-tul tiġi żgurata jekk il-bank ikun kapaċi jikkompeti fis-suq għall-kapital bil-merti tiegħu stess b’konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. Huwa għandu jkun kapaċi jkopri l-kostijiet tiegħu kollha u jipprovdi redditu xieraq fuq l-ekwità, b’kunsiderazzjoni tal-profil tar-riskju tiegħu. Il-pjan ta’ ristrutturar irid jidentifika l-kawża tad-diffikultajiet tal-bank u d-dgħufijiet tiegħu u jispjega kif ir-ristrutturar qed jindirizzahom. B’mod partikolari, ir-ristrutturar li jirnexxi jimplika waqfien mill-attivitajiet kollha li kieku strutturalment jibqgħu jagħmlu t-telf fit-terminu medju.

(96)

F’konformità mal-punti 9 sa 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-Awstrija ppreżentat pjan ta’ ristrutturar komprensiv u ddettaljat li jagħti informazzjoni kompleta dwar il-mudell tan-negozju. Barra minn hekk, il-pjan jidentifika wkoll il-kawża tad-diffikultajiet affaċċjati mill-bank.

(97)

Fir-rigward tal-mudell tan-negozju, l-ÖVAG se tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività tagħha għar-rwol tagħha bħala istitut ċentrali tal-Volksbanken lokali u reġjonali. Din se tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-likwidità u intermedjazzjoni fl-aċċess għas-swieq kapitali lill-Volksbanken assoċjati, prodotti li jmorru lil hinn mill-kapaċità jew l-għarfien tal-Volksbanken, u faċilitajiet tal-back-office kondiviżi bħall-konformità, il-kummerċjalizzazzjoni jew l-IT. Konsegwentement, l-ÖVAG se tiffoka fuq l-attivitajiet statutorji tagħha u tikkapitalizza fuq il-kompetenzi prinċipali tagħha, filwaqt li twaqqaf l-attivitajiet f’dawk l-oqsma li kienu l-bidu tad-diffikultajiet finanzjarji tiegħu jew li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell tan-negozju l-ġdid li ġie ddefinit. B’mod partikolari, l-ÖVAG twaqqaf l-attivitajiet tagħha relatati mal-proprjetà immobbli u l-partijiet mill-finanzjament korporattiv tagħha u l-portafolli ta’ investiment li mhumiex neċessarji għar-rwol tagħha bħala istitut ċentrali, u tbigħ is-sussidjarji kollha li mhumiex prinċipali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-mudell tan-negozju l-ġdid tal-bank huwa adattat biex jiżgura l-vijabbiltà u s-sostenibbiltà tiegħu fuq terminu twil ta’ żmien.

(98)

Id-diffikultajiet tal-ÖVAG prinċipalment setgħu jiġu attribwiti lil dawn il-fatturi: l-esponiment tagħha għall-pajjiżi tas-CEE permezz tas-sussidjarji tagħha tal-banek fil-livell tal-konsumatur aggruppati f’VBI; l-involviment tagħha fil-finanzi pubbliċi u l-finanzjament tal-infrastruttura, l-attivitajiet tagħha marbutin mal-proprjetà immobbli u xi partijiet mill-portafoll korporattiv tagħha, il-portafoll tal-investiment tagħha u d-dipendenza tagħha fuq il-finanzjament bl-ingrossa.

(99)

Fuq nota pożittiva, il-Kummissjoni tirrimarka li l-ÖVAG kienet diġà biegħet is-sussidjarji kollha tagħha barra waħda (VBRO) fl-2011. Il-Kummissjoni tfakkar li fid-dawl tal-bejgħ li ma rnexxiex ta’ VBRO u l-ammont ta’ telf li ġġenera fl-2011, il-Kummissjoni esprimiet dubji fid-Deċiżjoni tal-ftuħ dwar jekk il-pjan ta’ ristrutturar inizjali kienx se jippermetti lill-bank isolvi l-problemi kollha tiegħu. Il-Kummissjoni tinnota li l-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar jidentifika s-sors tal-problemi ta’ VBRO u jindirizzahom bir-ristrutturar ta’ VBRO b’tali mod li s-sussidjarju ma jaffettwax b’mod negattiv il-profittabbiltà tal-ÖVAG u li jsir aktar attraenti għal investitur potenzjali. (51) F’dan ir-rigward hija tinnota li skont il-pjan ta’ ristrutturar, VBRO qed jippjana li jkollu riżultati pożittivi fis-snin li ġejjin. Barra minn hekk, l-ÖVAG niżżlet il-valur tal-VBRO fil-kontijiet tagħha għal [0-50], sabiex jitħaffef il-proċess tal-bejgħ. Għaldaqstant, il-bank ma għadux jaffaċċja telf possibbli jekk prezz tal-bejgħ għoli ta' VBRO ma jintlaħaqx. L-ÖVAG u l-Awstrija ħadu l-impenn li jekk VBRO ma jinbiegħx sa tmiem [2013-2017], ma jinbediex negozju ġdid u dan jiġi likwidat skont il-qafas legali rilevanti. (Alternattivament, partijiet minn VBRO jistgħu jinbiegħu sal-31 ta’ Diċembru [2013-2017] u l-portafolli li jifdal biss jistgħu jiġu likwidati skont il-qafas legali rilevanti.) Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni għandha ċ-ċertezza li r-riskji li jirriżultaw minn VBRO huma diġà mnaqqsin u li se jiġu indirizzati f’limitu ta’ żmien prevedibbli. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li VBRO naqqas l-għadd ta’ fergħat u ħaddiema, kif ukoll in-negozju tas-self tiegħu.

(100)

Fir-rigward tal-attivitajiet tal-ÖVAG, l-attivitajiet fl-oqsma tal-proprjetà immobbli u tal-finanzi pubbliċi u l-finanzjament tal-infrastruttura, il-Kummissjoni tinnota li s-sussidjarji rilevanti (KA, Europolis) inbiegħu u li t-telf ta’ dawn l-ishma ġie nnutat mill-ÖVAG fil-kontijiet tiegħu. L-attivitajiet marbutin mal-proprjetà immobbli li fadal fl-ÖVAG ġew allokati għall-portafoll mhux prinċipali u qed jiġu abbattuti.

(101)

Il-waqfien totali tal-attivitajiet imsemmijin fil-premessi (99) u (100) jikkostitwixxi miżura neċessarja u xierqa biex jitneħħa t-tħassib tal-Kummissjoni, billi ċ-ċessjonijiet jistabbilixxu tmiem għal kull telf futur jew esponiment għar-riskji li jirriżultaw minn dawk is-sussidjarji. Barra minn hekk, il-miżuri jilliberaw il-kapaċitajiet ta’ ġestjoni, li jistgħu jerġgħu jintużaw fin-negozju prinċipali tal-bank.

(102)

Fir-rigward tal-partijiet tal-finanzjament korporattiv u l-portafolli tal-investiment li kienu sorsi ta’ telf fil-passat, il-Kummissjoni tinnota li l-bank innota t-telf neċessarju fil-kontijiet tiegħu. Barra minn hekk, l-esponimenti tas-CDS (52) ġew indirizzati jew hedged. Fl-aħħar nett, dawk l-operazzjonijiet li mhumiex neċessarji biex l-ÖVAG twettaq ir-rwol tagħha bħala istitut ċentrali ġew allokati fil-portafoll mhux prinċipali u qed jiġu abbattuti.

(103)

Fir-rigward tad-dipendenza passata fuq il-finanzjament bl-ingrossa mhux assigurat, il-Kummissjoni tinnota li l-ÖVAG u s-sidien maġġoritarji tagħha qed jimplimentaw miżuri li se jiżguraw pożizzjoni ta’ likwidazzjoni komda tal-bank. B’mod partikolari, l-istabbiliment tal-pool tal-likwidità mal-Volksbanken reġjonali u ċ-ċessjonijiet tas-sussidjarji, li kienu tassew dipendenti fuq il-finanzjament mill-ġdid tal-ÖVAG għandhom inaqqsu l-bżonnijiet ta’ finanzjament tal-bank b’EUR 6,2 biljun. Barra minn hekk, bl-akkwiżizzjoni tal-Livebank l-ÖVAG kisbet aċċess għal finanzjament fil-livell tal-konsumatur li bħalissa jlaħħaq EUR 470 miljun, u b’hekk naqas b’mod sinifikanti d-dipendenza passata tagħha fuq il-finanzjament bl-ingrossa. .Abbażi tal-informazzjoni mogħtija fil-kuntest tal-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ÖVAG tista’ tiżgura pożizzjoni ta’ finanzjament komda, anki bil-maturità imminenti tal-EUR 1 biljun li jifdal ta’ dejn iggarantit mill-Istat.

(104)

Skont il-punt 13 tal-Komunikazzjoni ta’ Ristrutturar, il-bank għandu jkun jista’ jiġġenera redditu xieraq fuq l-ekwità, filwaqt li jkopri l-kostijiet kollha tal-operat normali tiegħu u jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dik il-kundizzjoni hija ssodisfata, kif inhu spjegat fil-premessi (105) sa (107).

(105)

L-ewwel nett, l-ÖVAG ipprovdiet projezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu ta’ bejn l-2012 u l-2017, fejn tat informazzjoni dwar id-dħul, il-kostijiet, id-dispożizzjonijiet tar-riskju, il-profitti u l-pożizzjoni tal-kapital tal-bank. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-projezzjonijiet tal-każ ta’ bażi mogħtija huma bbażati fuq preżunzjonijiet makroekonomiċi sottostanti raġonevoli. Bl-eċċezzjoni tas-sena 2014 (53), il-bank jistenna li se jiġġenera profitti u jtejjeb ir-riżultati annwali tiegħu kontinwament tul il-perjodu ta’ ristrutturar. Barra minn hekk, fl-2017 ir-RoE se jilħaq livell ta’ 8,0 %, li jidher li huwa livell xieraq ta’ rimunerazzjoni għal bank bi profil tar-riskju bħal dak tal-ÖVAG. Il-proporzjonijiet tal-kapital tal-bank jibqgħu ogħla mir-rekwiżiti regolatorji minimi tul il-perjodu ta’ ristrutturar kollu, fejn il-proporzjon CET1 tjieb minn [9-10] % fl-2012 għal [12-13] % (54) fl-2007.

(106)

It-tieni nett, il-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid juri li l-ÖVAG kapaċi tirreżisti xenarju ta’ stress. Il-preżunzjonijiet tax-xenarju ta’ stress ġew ivvalutati bħala raġonevoli. Billi x-xenarju ta’ stress juri li l-ÖVAG se tmur lil hinn mir-rekwiżiti ta' kapital regolatorju tagħha, il-bank jista' jitqies li qed jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 13 tal-Komunikazzjoni ta' Ristrutturar.

(107)

It-tielet nett, is-segment mhux prinċipali se jiġi abbattut mill-ÖVAG internament, mingħajr separazzjoni legali. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-ÖVAG ikkummissjonat simulazzjonijiet sabiex tikkwantifika impatt massimu possibbli tar-riskji mis-segment mhux prinċipali fuq il-pożizzjoni tal-kapital tagħha. L-analiżi tas-sensittività (55) mogħtija mill-espert turi l-abbiltà tal-ÖVAG li tassorbi l-iżviluppi avversi fil-portafoll mhux prinċipali tagħha, biex il-karti bilanċjali tal-ÖVAG ma jdgħajfux il-vijabbiltà fit-tul tal-bank.

(108)

L-ÖVAG ippreżentat ukoll strateġija għall-ħruġ parzjali tal-kapital tal-Istat, li jikkostitwixxi l-iskadenza tal-garanzija tal-assi fl-2015 u t-tifdija ta’ EUR 150 miljun ta' PS tal-Istat fl-2017 u l-porzjon li jifdal ta’ EUR 150 miljun immedjatament wara l-31 ta’ Diċembru 2017. Għaldaqstant, l-ÖVAG se żżomm il-profitti tagħha tul il-perjodu ta’ ristrutturar biex tibni l-pożizzjoni tal-kapital tagħha. Din l-akkumulazzjoni ta' kapital għandha tippermetti lill-bank jaffaċċja t-terminazzjoni tal-garanzija tal-assi fl-2015 u li jifdi l-PS tal-Istat skont l-iskadenza maqbula bil-mezzi ta' kapital tiegħu stess, filwaqt li jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji tal-kapital. Il-Kummissjoni tinnota li fil-kuntest tal-projezzjonijiet finanzjarji fil-każ ta’ bażi, il-bank provda informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-kapital tiegħu sal-2018 (56), fejn wera li l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ ħruġ twassal għal CET1 u proporzjonijiet tal-ekwità ta’ [12-13] % u [14-15] % rispettivament. Il-Kummissjoni tilqa’ l-impenn tal-Volksbanken assoċjati li jappoġġaw lill-ÖVAG biex tiffinalizza l-istrateġija ta’ ħruġ għall-PS tal-Istat (57). Skont l-analiżi tas-sensittività mogħtija mill-bank, li kieku l-iżvilupp avvers fi-segment mhux prinċipali tal-ÖVAG kellu jimmaterjalizza, il-Volksbanken assoċjati jkollhom biżżejjed fondi proprji biex jippermettu lill-ÖVAG tifdi l-PS tal-Istat filwaqt li tibqa’ konformi mar-rekwiżiti regolatorji. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-istrateġija ta’ ħruġ flimkien ma’ RoE xieraq miksubin sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, jiżguraw li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ÖVAG tintemm permezz ta’ ħlas lura, skadenza jew rimunerazzjoni b’termini tas-suq.

(109)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid sottomess mill-Awstrija għall-ÖVAG jissodisfa r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar fir-rigward tal-irkupru tal-vijabbiltà fit-tul u b’hekk jitnaqqsu d-dubji espressi f’dak ir-rigward fid-Deċiżjoni tal-ftuħ.

5.4.2.   Kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piż

(110)

Kif jidher fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-banek u l-azzjonisti tagħhom jeħtieġ li jikkontribwixxu għar-ristrutturar kemm jista' jkun possibbli sabiex jiżguraw li l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu neċessarju. Għaldaqstant, il-banek għandhom jiżguraw ir-riżorsi proprji tagħhom biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar, pereżempju billi jbigħu l-assi, filwaqt li l-azzjonisti għandhom jassorbu t-telf tal-bank fejn dan ikun possibbli. Il-miżuri li daħal għalihom l-ÖVAG jiżguraw li jintużaw ir-riżorsi proprji u li l-azzjonisti oriġinali u l-investituri privati li jkollhom kapital ibridu tal-bank jikkontribwixxu għar-ristrutturar.

(111)

Il-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar ma għandux elementi li jissuġġerixxu li l-għajnuna tmur lil hinn mill-mezzi meħtieġa biex ikopru l-kostijiet li jirriżultaw mill-irkupru tal-vijabbiltà. L-għajnuna li ngħatat hija meħtieġa biex tiżgura li l-ÖVAG ikollha buffers tal-kapital raġonevoli lil hinn mir-rekwiżiti minimi stipulati mill-qafas tas-CRD IV/CRR (58) fil-każ bażi u tkun tista’ tikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti f’xenarju ta’ stress. L-impenji mogħtija mill-bank u mill-Awstrija jiżguraw li l-miżuri tal-għajnuna riversibbli (PS u l-garanzija tal-assi) jintemmu hekk kif il-pożizzjoni tal-kapital tal-bank tippermetti dan, b’bidu minn tmiem l-2015 (59).

(112)

Il-Kummissjoni tinnota li, fir-rigward tal-kontribuzzjoni biex jiġu koperti l-kostijiet ta’ ristrutturar permezz tar-riżorsi interni ġġenerati mill-ÖVAG, il-bank implimenta u se jkompli jimplimenta miżuri biex jitnaqqsu l-kostijiet (60). Fis-segment prinċipali dawk il-miżuri ta’ tnaqqis ta’ kostijiet se jwasslu għal tnaqqis fil-kostijiet annwali bi EUR 15-il miljun sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, li jirrappreżenta madwar 12 % tal-kostijiet totali fl-2012. Fl-ÖVAG b’mod ġenerali (inkluż is-segment mhux prinċipali), il-kost se jitnaqqas b’mod aktar sinifikanti (EUR 105,5 miljun fl-2017 meta mqabbel ma’ EUR 166 miljun fl-2012, li jirrappreżenta tnaqqis b’36 %) (61).

(113)

Barra minn hekk, il-kostijiet tar-ristrutturar huma ffinanzjati minn proċedimenti miċ-ċessjoni tal-ishma f’segmenti mhux prinċipali profittabbli (RZB, sussidjarji fil-livell tal-konsumatur fl-Awstrija (diġà kienu implimentati bejn l-2009 u l-2010), VBLI).

(114)

Il-Punt 24 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jispeċifika li rimunerazzjoni adegwata tal-kapital tal-Istat hija wkoll mezz ta’ kif tinkiseb il-kondiviżjoni tal-piżijiet. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li fil-premessa (90) stabbilixxiet li l-Istat, li kkontribwixxa għar-rikapitalizzazzjoni tal-2012, kiseb sehem xieraq fil-bank. Dak is-sehem kien ibbażat fuq il-valur tal-kumpanija ddeterminat b’mod oġġettiv permezz ta’ approċċ P/B ibbażat fuq is-suq. Barra minn hekk, kif inhu stabbilit fil-premessa (89) il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-2012 hija sottoskritta bi skont suffiċjenti, li hija forma ta’ rimunerazzjoni ex-ante tal-injezzjoni tal-kapital. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-livell tar-rimunerazzjoni huwa xieraq flimkien ma' miżuri oħra ta' kondiviżjoni tal-piż.

(115)

Fir-rigward tal-PS tal-Istat li jifdal ta’ EUR 300 miljun, il-Kummissjoni tfakkar li l-PS tal-Istat ingħataw mill-ÖVAG fil-kuntest tal-iskema tal-appoġġ lill-banek tal-Awstrija u r-rimunerazzjoni tal-istrument ġiet stabbilita skont dik l-iskema. Il-Kummissjoni tosserva li fis-sitt u s-seba sena finanzjarji sħaħ wara s-sottoskrizzjoni tal-istrumenti, il-kupun jiżdied kull sena b’50 punt bażi, li jfisser kupun ta’ 9,8 % fl-2016 u ta’ 10,3 % fl-2017 (62). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li t-tifdija ta’ dawk l-istrumenti fl-2017 u l-2018 se teħtieġ il-ħlas lura ta’ 100 % tal-valur nominali miżjud bil-punti perċentwali li l-kupun tal-PS kien jonqsu biex jilħaq il-valur kuntrattwali, meta l-profitti annwali distribwibbli kienu jkunu biżżejjed għall-pagament iżda minflok inżammu mill-bank. (63) Abbażi tal-projezzjonijiet finanzjarji tal-bank, wieħed jista’ raġonevolment jistenna li l-ammont tal-fidwa mħallas lill-Istat fl-2017 u l-2018 se jinkludi r-rimunerazzjoni tal-kapital tal-PS attribwibbli għall-aħħar snin tal-perjodu ta’ ristrutturar. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ÖVAG se tħallas ir-rimunerazzjoni fuq il-PS tal-Istat, li hija adattata għall-profil tar-riskju tal-ÖVAG.

(116)

Fir-rigward tal-garanzija tal-assi, il-Kummissjoni tinnota li l-bank se jħallas tariffa ta’ 10 % kull sena fuq l-ammont tal-garanzija, jiġifieri EUR 100 miljun. F’termini ta’ kontabbiltà, it-tariffa hija partita ta’ spiża regolari u din ma tiddependix fuq il-profittabbiltà tal-bank. Barra minn hekk, kull ammont użat bħala parti mill-garanzija jiġi rimunerat bil-livell ta’ 10 % sakemm dan jitħallas. Minħabba l-karattru affidabbli u l-livell tat-tariffa, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rimunerazzjoni tal-garanzija tal-assi, li fil-fatt għandha l-karattru ta' żieda fil-kapital temporanja, hija adattata.

(117)

Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li s-sidien tal-bank jipparteċipaw kemm jista’ jkun fir-rikostituzzjoni ta’ bażi ta’ kapital adattat tul il-perjodu ta’ ristrutturar, l-Awstrija ħadet l-impenn li l-bank se jżomm id-dividendi u mhux se jħallas il-kupuni li mhux obbligat bil-liġi li jħallas sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar jew lil hinn minnu jekk il-PS tal-Istat ma tkunx tħallas sa dakinhar. Għalhekk, skont il-punt 26 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-ÖVAG ma għandhiex tuża l-għajnuna mill-Istat biex tagħmel ħlasijiet minn fondi proprji jekk ma jkunx hemm biżżejjed profitti biex isiru dawn il-ħlasijiet.

(118)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-ÖVAG offriet li tixtri lura strumenti ibridi minn investituri privati bil-prezz li jikkorrespondi għal madwar 40 % tal-valur nominali (64). Il-prezz offrut għax-xiri lura kien iddeterminat abbażi tal-valur tas-suq tal-istrumenti u kellu primjum ta’ mhux aktar minn 10 punti perċentwali, li ġie miżjud bħala inċentiv għall-investituri biex jipparteċipaw fix-xiri lura. L-offerta ġiet aċċettata għal kważi 80 % tal-valur nominali totali tal-istrumenti, li wara li ġew ikkunsidrati l-kostijiet tat-tranżazzjoni, l-ÖVAG baqagħlha profitt ta’ EUR 130 miljun. L-istrumenti pendenti li jifdal huma suġġetti għall-projbizzjoni fuq il-kupuni spjegata fil-premessa (117). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li kondiviżjoni tal-piżijiet mill-investituri ibridi tal-ÖVAG hija żgurata u r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar f’dak ir-rigward intlaħqu.

(119)

Aspett ieħor jikkonċerna l-Grupp ERGO, RZB u DZ Bank, l-azzjonisti minoritarji tal-ÖVAG. Il-Kummissjoni tinnota li l-ewwel dawn ġew dilwiti sinifikattivament fiż-żieda tal-kapital tal-2012. It-tieni nett, kif inhu spjegat fil-premessa (49), huma impenjaw ruħhom li jappoġġaw ir-ristrutturar tal-bank billi jħallu l-faċilitajiet għal-likwidità li ġew provduti qabel għad-dispożizzjoni tal-ÖVAG u sussidjarji komuni miegħu, jieħdu l-portafolli tal-assi u jappoġġaw lill-ÖVAG fl-isforzi tagħha biex tbigħ dawk is-sussidjarji komuni magħha (VBRO u VBLI), biex b’hekk jitħaffef it-tnaqqis tal-attivitajiet mhux prinċipali.

(120)

Għalhekk it-tnaqqis fil-kostijiet, il-bejgħ ta’ sussidjarji mhux prinċipali profittabbli u l-iżgurar ta’ rimunerazzjoni adegwata kemm għall-miżuri tal-kapital u kemm għall-garanzija tal-assi, jirrappreżentaw kontribuzzjoni proprja biżżejjed mill-ÖVAG għall-kostijiet tar-ristrutturar tagħha. It-telf imġarrab mid-detenturi tal-kapital, id-dilwizzjoni tal-azzjonisti oriġinali u l-miżuri li bihom jikkontribwixxu għar-ristrutturar tal-ÖVAG, kif ukoll iż-żamma tal-profitti, jiżguraw il-kondiviżjoni xieraq tal-piżijiet. Billi l-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid jista’ jiġi kkunsidrat bħala pjan li jipprevedi kontribuzzjoni proprja xierqa u kondiviżjoni tal-piżijiet, id-dubji espressi fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ f’dan ir-rigward tnaqqsu.

5.4.3.   Miżuri biex jiġi limitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni

(121)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tirrikjedi li l-pjan ta’ ristrutturar jinkludi l-miżuri li jillimitaw it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u tiżgura settur bankarju kompetittiv. Barra minn hekk, dawn għandhom jindirizzaw ukoll kwistjonijiet relatati mal-periklu morali u jassiguraw li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax sabiex jiġi ffinanzjata mġiba li xxekkel il-kompetizzjoni.

(122)

Il-Punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jiddikjara li meta jiġi vvalutat l-ammont ta’ għajnuna u t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jirriżulta, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kemm l-ammont relattiv u kemm dak assolut tal-għajnuna mill-Istat mogħtija, kif ukoll il-livell tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-pożizzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja fis-suq wara r-ristrutturar. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-ÖVAG irċeviet kapital mill-Istat ekwivalenti għal 3,8 % tal-RWA. Barra minn hekk, l-ÖVAG kisbet garanziji ta’ likwidità li jammontaw għal 5,4 % tal-karta bilanċjali tal-bank. Għaldaqstant, l-ammont ta’ għajnuna lill-benefiċjarju hija sinifikanti. Konsegwentement, mhumiex meħtieġa miżuri sinifikanti sabiex jillimitaw it-tgħawwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni anki meta tiġi kkunsidrata l-kontribuzzjoni proprja xierqa u l-kondiviżjoni tal-piżijiet tal-benefiċjarju u l-azzjonisti tiegħu tul il-perjodu ta’ ristrutturar.

(123)

Fil-pjan ta’ ristruttur il-ġdid, it-tnaqqis fil-karta bilanċjali previst reġa’ żdied meta mqabbel mal-pjan ta’ ristrutturar inizjali. L-ÖVAG se tnaqqas il-karta bilanċjali tagħha abbażi ta’ paragun mal-assi fi tmiem l-2008 b’67 % minn EUR 55,8 biljun għal EUR 18,4 biljun fl-2017. Jekk l-assi totali tas-segment prinċipali biss jitqiesu (EUR [12-15] biljun fl-2017) it-tnaqqis jammonta għal [60-80] %. F’termini ta’ RWA, il-bank se jnaqqas id-daqs tiegħu b’71 % (EUR 35.2 biljun fl-2008 vs. EUR 10.1 biljun fl-2017). EUR [4-6] biljun minn dawn l-RWA ta’ EUR 10,1 biljun jirrelataw mas-segment prinċipali, li jfisser tnaqqis tal-RWA b’[70-90] % meta jiġi kkunsidrat biss is-segment prinċipali.

(124)

Għal dak il-għan, l-ÖVAG qiegħda tipprova tbigħ għadd sinifikanti ta’ sussidjarji domestiċi u barranin. Dak il-bejgħ jeħtieġ li jsir sad-data speċifikata fl-impenji fl-Anness; inkella – is-sussidjarji ma jkunux jistgħu jieħdu sehem f’negozji ġodda. Ħarsa ġenerali lejn l-iktar bejgħ importanti fit-Tabella 4:

Tabella 4

L-iktar bejgħ importanti

Isem

Karta bilanċjali (EUR biljun)

RWA (EUR biljun)

Banek fil-livell tal-konsumatur Awstrijaċi

5,1

2,0

Europolis

1,7

0,1

Bejgħ ta’ VBI fl-2011

9,1

6,0

VBLI

2,1

1,6

VBRO

1,7

1,6

Malta

0,2

0,1

(125)

Dan il-bejgħ jinkludi s-sussidjarji internazzjonali kollha tal-bank. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-bejgħ ta’ KA, li kien jeħtieġ salvataġġ mill-Istat fl-2007, ikkontribwixxa għall-istabilizzazzjoni tal-ÖVAG. Għalhekk KA ma jistax jitqies bħala miżura li tillimita t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, id-daqs tal-karta bilanċjali u l-volum tal-RWA meħud bħala punt ta’ referenza għall-kalkolu tat-tnaqqis tad-daqs tal-bank ma jinkludux lill-KA (65).

(126)

Barra minn hekk KA se jillikwida l-fergħa tiegħu ta’ Frankfurt.

(127)

Kollox ma’ kollox, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tnaqqis tat-total tal-karta bilanċjali tal-bank b’aktar min-nofs huwa biżżejjed biex jiġi limitat adegwatement it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-għajnuna.

(128)

Barra minn dawk il-miżuri strutturali b'kopertura wiesgħa, l-Awstrija u l-ÖVAG qablu wkoll dwar diversi restrizzjonijiet ta’ mġiba. Il-bank ħa l-impenn li josserva l-projbizzjonijiet fuq l-akkwiżizzjoni u r-reklamar, il-projbizzjoni fuq l-innegozjar tal-proprjetà u t-tmexxija fil-prezzijiet relatati mal-Livebank, il-pjattaforma tal-ibbankjar onlajn tiegħu. Dan għandu jiżgura li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex tiffinanzja mġiba li tmur kontra l-kompetizzjoni (66).

(129)

Barra minn hekk, l-Awstrija ħadet l-impenn li l-ÖVAG, f’ismha stess, ma tagħmilx negozju fuq in-naħa tal-assi ma’ partijiet terzi barra mis-settur tal-Volksbanken u l-klijenti tagħhom. Hija tista’ taġixxi biss fil-Volksbankenverbund (67). Flimkien mal-bejgħ tas-sussidjarji profittabbli (VBLI, sussidjarji fil-banek fil-livell tal-konsumatur fl-Awstrija), din ir-restrizzjoni stretta tal-kamp ta’ attivitajiet tal-ÖVAG fis-swieq prinċipali tagħha toffri opportunità biex l-atturi l-oħrajn jespandu l-preżenza tagħhom tas-suq.

(130)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi (122)-(129) u fid-dawl tal-konklużjoni li l-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet huma xieraq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-iskala u n-natura proposti mill-Awstrija u l-ÖVAG huma biżżejjed biex jillimitaw it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni kkawżat mill-għajnuna lill-ÖVAG. Għaldaqstant, id-dubji mqajmin f’dak ir-rigward fid-Deċiżjoni tal-ftuħ huma mnaqqsin.

5.5.   Monitoraġġ

(131)

B’mod konformi mat-taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, jinħtieġu rapporti regolari sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivverifika li l-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid qiegħed jiġi implimentat kif suppost. L-Awstrija se tiżugura li l-ÖVAG taħtar fiduċjarju ta’ monitoraġġ li jgħin lill-Kummissjoni fl-obbligi tagħha li tivverifika l-implimentazzjoni xierqa tad-deċiżjoni. Il-Fiduċjarju se jipprovdi rapporti ta’ monitoraġġ kull sitt xhur. L-ewwel rapport għandu jintbagħat mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-approvazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar. Il-Kummissjoni, għalhekk, tqis li l-monitoraġġ kif suppost tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar huwa żgurat.

6.   KONKLUŻJONIJIET

(132)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-miżuri fil-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar, flimkien mal-impenji tal-Anness (68), se jippermettu lill-ÖVAG tiżgura l-vijabbiltà tagħha fit-tul huma biżżejjed fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-kontribuzzjoni proporja u huma xierqa u proporzjonati biex jibbilanċjaw l-effetti ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni tal-miżuri tal-għajnuna eżaminati fid-Deċiżjoni preżenti. Il-pjan ta’ ristrutturar ippreżentat jissodisfa l-kriterji tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u, għaldaqstant, il-miżuri tal-għajnuna jistgħu jitqiesu kumpatibbli mas-suq intern.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-miżuri li ġejjin implimentati jew pjanati mill-Awstrija jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

a)

il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 1 biljun u EUR 250 miljun lill-Österreichische Volksbanken AG mill-Awstrija;

b)

il-garanziji ta’ likwidità mogħtija mill-Awstrija lill-Österreichische Volksbanken AG fl-ammont ta’ EUR 3 biljun

c)

il-garanzija tal-assi lill-Österreichische Volksbanken AG mill-Awstrija bl-effett ta’ salvataġġ tal-kapital ta’ EUR 100 miljun.

2.   L-għajnuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 hija kumpatibbli mas-suq intern, fit-tifsira tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

L-Awstrija għandha tiżgura li l-pjan ta’ ristrutturar ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2012 jiġi implimentat kollu, inklużi l-impenji stipulati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.

Magħmula fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)   ĠU C 46, tas-17.2.2012, p. 3.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2008 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat Nru 557/2008 – Maßnahmen nach dem Finanzmarktstabilitäts- und dem Interbankmarktstärkungsgesetz für Kreditinstitute und Versicherungsunternehmen in Österreich, ĠU C 3, 8.1.2009, p. 2

(3)  L-ewwel estensjoni tal-iskema, inklużi ċerti emendi, ġiet approvata fit-30 ta’ Ġunju 2009 (ĠU C 172, 24.7.2009, p. 4), it-tieni estensjoni saret fis-17 ta’ Diċembru 2009 (ĠU C 28, 4.2.2010, p. 6), it-tielet estensjoni saret fil-25 ta’ Ġunju 2010 (ĠU C 250, 17.9.2010, p. 4) u r-raba’ estensjoni saret fis-16 ta’ Diċembru 2010 (ĠU C 20, 21.1.2011, p. 3).

(4)  Ara l-punt 13b u l-Anness mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, ĠU C 10, tal-15.1.2009, p. 2.

(5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2011 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.318833 – Ristrutturar tal-Österreichischen Volksbanken AG (ĠU. C 46 tas-17.2.2012, p. 3).

(6)  Dawn il-perċentwali jiddeskrivu l-istruttura tad-drittijiet tal-vot u jeskludu l-ishma tat-teżor tal-ÖVAG. Qabel it-tnaqqis tal-kapital b’70 % u ż-żieda ppjanata fil-kapital ta’ EUR 484 miljun l-ÖVAG kellu 1.63 % tal-ishma tiegħu stess.

(7)  Fl-aħħar tal-2007 kienu diġà EUR 78,6 biljun. Sors: Ir-rapport annwali tal-ÖVAG tal-2009.

(8)  Fitch tikkunsidra l-fatt li l-ÖVAG huwa membru tal-iskema tal-protezzjoni tal-Volksbanken Verbund. Għaldaqstant l-ÖVAG għandu l-istess Klassifikazzjoni tal-Ħruġ b’Default għat-terminu qasir u għat-terminu twil bħall-grupp kollu (“A” u “F1” rispettivament).

(9)  Id-Deċiżjoni ta’ ftuħ, il-premessi 7 sa 12.

(10)  Id-Deċiżjoni ta’ ftuħ, il-premessi 13 sa 19.

(11)  Investkredit Bank AG hija sussidjarja tal-ÖVAG, li tipprovdi self korporattiv, fatturament, finanzjament tal-proġetti, finanzjament tal-kummerċ u tal-esportazzjonijiet. Hemm aktar informazzjoni dwar dan fil-premessa 7 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.

(12)  Dan il-valur tal-fidwa jiżdied bil-punti perċentwali li bihom id-dividend fuq il-kapital tal-PS naqas mill-valur kuntrattwali meta l-profitti annwali distribwibbli kienu jkunu biżżejjed għall-pagament iżda minflok dawn inżammu, għalkemm il-bank ma kienx obbligat li jagħmel dan skont rekwiżiti regolatorji jew superviżorji.

(13)  Il-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif inhu ddefinit mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja ("Basel III: A global regulatory framework for more resilient banks and banking systems", Diċembru 2010 (rev. Ġunju 2011) http://www.bis.org/publ/bcbs189.htm).

(14)  L-ÖVAG u s-sussidjarji/parteċipi tagħha, partikolarment VB Factoring Bank Aktiengesellschaft, VB Leasing Finanzierungsgesellschaft m. b. H. u Volksbank Invest Kapitalanlagegesellschaft m. b. H

(15)  Dik it-tariffa tkun partita ta' spiża regolari tal-bank u għaldaqstant ma tiddependix fuq il-profittabbiltà tal-ÖVAG.

(16)  Wara l-bejgħ tas-sussidjarju finanzjarju pubbliku tiegħu KA lill-Awstrija, it-total fuq il-karta bilanċjali tal-ÖVAG kien EUR 52.9 biljun fi tmiem l-2008.

(*1)  Sigrieti kummerċjali, fejn kien possibbli ingħatat medda fil-[parentiżi].

(17)  Abbrevjazzjoni Bankwesengesetz (BWG)

(18)  Inkluż is-self sindikat mogħti flimkien ma’ IMMO BANK, li huwa l-ispeċjalist għall-finanzjament tal-proprjetà residenzjali fis-settur tal-Volksbanken.

(19)  L-azzjonist l-ieħor huwa VR Leasing (sussidjarju ta’ DZ Bank).

(20)  Ara l-punt 6.3 tal-Anness.

(21)  Ara l-punt 6.3 tal-Anness.

(22)  Ara l-punt 6.3 tal-Anness.

(23)  Ara l-punt 6.3 tal-Anness.

(24)  Ara l-punt 6.4 tal-Anness.

(25)  Ara l-paragrafu 49.

(26)  […].

(27)  Ara l-paragrafu 10.

(28)  Ara l-paragrafu 23.

(29)  b’kunsiderazzjoni tal-effett tal-iskadenza tal-garanzija tal-assi;

(30)  b’kunsiderazzjoni tal-effett tal-iskadenza tal-garanzija tal-assi u t-tifdija tal-kapital PS.

(31)  Dan l-ammont jinkludi l-effett tal-iskadenza ta’ dik il-garanzija tal-assi fl-2015 u t-tifdija tal-PS ta’ EUR 300 miljun.

(32)  Ara l-paragrafi 45 sa 62 aktar ‘il fuq.

(33)  Id-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi 65 sa 69, 73 u 74.

(34)   ĠU C 356, tas-6.12.2011, p. 7.

(35)  L-għażla tal-grupp tal-pari kienet ibbażata fuq kriterji oġġettivi, bħal għażliet ta’ prodotti kumparabbli u l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tal-attivitajiet.

(36)  Ara n-numri 8.2 u 8.3 tal-Anness.

(37)  Ara n-numri 8.5 u 8.4 tal-Anness.

(38)  Ara n-numru 8.1 tal-Anness.

(39)  Ara n-numru 8.6 tal-Anness.

(40)  Ara n-numri 6.1 - 6.4 tal-Anness.

(41)   ĠU C 195, tad-19.8.2009, p. 9.

(42)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2008 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat N 557/2008 – Maßnahmen nach dem Finanzmarktstabilitäts- und dem Interbankmarktstärkungsgesetz für Kreditinstitute und Versicherungsunternehmen in Österreich, ĠU C 3, 8.1.2009, p. 2; estiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 352/2009 ta-30 ta’ Ġunju 2009 (ĠU C 172, 24.7.2009, p. 4), estiża għal darba oħra bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 663/2009 tas-17 ta’ Diċembru 2009 (ĠU C 28, 4.2.2010, p. 6), estiża għal darba oħra bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 241/2010 tal-25 ta’ Ġunju 2010 (ĠU C 250, 17.9.2010, p. 4) u estiża għal darba oħra bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.32018 tas-16 ta’ Diċembru 2010 (ĠU C 20, 21.1.2011, p. 3).

(43)  Barra mid-deċiżjonijiet dwar l-iskema ta’ appoġġ lill-banek tal-Awstrija, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tal-għajnuna mill-Istat N 698/2009, Hypo Group Alpe Adria, ĠU C 85, 31.3.2010, p. 21; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tal-Għajnuna mill-Istat N 261/2010, It-tieni għajnuna ta’ ristrutturar għal BAWAG, ĠU C 250, 17.9.2010, p. 5; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tal-għajnuna mill-Istat SA.32745, Ristrutturar ta’ Kommunalkredit Austria AG, ĠU C 239, 17.8.2011, p. 2.

(44)  Jista’ jiġi nnutat ukoll li l-Awstrija tat għajnuna lill-ÖVAG skont l-iskema ta’ salvataġġ tal-banek tal-Awstrija, li ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat.

(45)  Ara n-noti f’qiegħ il-paġna 2 u 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

(46)  Theoretical ex-rights price (theoretischer Nach-Rechte-Preis).

(47)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2012 fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34055, Skema ġdida ta’ rikapitalizzazzjoni għal istituzzjoni ta’ kreditu fil-Portugall, għadha ma ġietx ippubblikata.

(48)  Minħabba l-applikazzjoni tal-metodoloġija tat-TERP, dak l-iskont diġà jinkludi l-effett ta' dilwizzjoni.

(49)  Ara l-paragrafu 23.

(50)  Ara n-noti f’qiegħ il-paġna 2 u 3.

(51)  Ara l-paragrafu 44.

(52)  Swaps ta’ Inadempjenza tal-Kreditu

(53)  Għas-sena 2014, il-kontijiet tal-grupp mħejjijin skont l-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja Internazzjonali, l-ÖVAG jistenna telf wara t-taxxi ta’ EUR [10-30] miljun, prinċipalment minħabba entrata straordinarja: il-bejgħ ta’ VBLI bil-prezz ta’ EUR [40-70] miljun, li huwa preżunt li huwa aktar baxx mill-valur fil-kotba tiegħu tal-IFRS ta' EUR [90-120] miljun. Fil-kontijiet tal-ÖVAG bħala entità waħda, imħejjijin skont il-Prinċipji ta; Kontabbiltà Aċċettati b’mod Ġenerali tal-Awstrija, il-valur fil-kotba ta’ VBLI diġà ġie mniżżel għal EUR [40-70] miljun. Għaldaqstant, ir-riżultat tal-ÖVAG għas-sena 2014 skont il-GAAP tal-Awstrija mhix mistennija li tintlaqat mir-rikavati tal-bejgħ u mistenni li jkun pożittiv.

(54)  B’kunsiderazzjoni tal-iskadenza tal-garanzija tal-assi fil-2015 u t-tifdija ta’ EUR 150 miljun tal-kapital PS tal-Istat fl-2017.

(55)  Ara l-premessi 58 u 59.

(56)  Ara l-premessa 55.

(57)  Ara l-premessa 60.

(58)  It-terminu “CRD IV/CRR” (Id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital IV/ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital) jirreferi għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, kif tittrasponi r-regoli ta’ Basel III fil-liġi tal-Unjoni Ewropea. Basel III,min-naħa l-oħra, huwa standard regolatorju globali dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-bank, l-ittestjar tal-istress u r-riskju tal-likwidità tas-suq, żviluppat u maqbul b'rispons għan-nuqqasijiet fir-regolazzjoni finanzjarja żvelati mill-kriżi reċenti. Fost l-oħrajn, dan jistabbilixxi rekwiżiti tal-kapital kwantittivament u kwalitattivament aktar stretti għall-banek. L-introduzzjoni gradwali tar-rekwiżiti l-ġodda għandha tibda fl-2013.

(59)  Ara l-premessi 25 sa 27.

(60)  Ara l-premessa 60.

(61)  Madankollu, l-impatt jinkludi l-effetti taċ-ċessjonijiet u t-tnaqqis tal-operazzjonijiet fis-segment mhux prinċipali.

(62)  Ara l-premessa 18.

(63)  Ara l-premessa 19.

(64)  Ara l-premessa 52.

(65)  Il-karta bilanċjali tal-ÖVAG u l-RWA, li ttieħdu bħala punt ta’ referenza, huma valuri mill-31 ta’ Diembru 2008; KA inbiegħ lill-Istat f'Novembru 2008.

(66)  Billi l-Livebank huwa biss parti min-negozju tal-ÖVAG fejn qed jieħu d-depożiti, projbizzjoni fuq it-tmexxija fil-prezzijiet ma hi neċessarja għall-ebda segment tas-suq ieħor.

(67)  Ara l-punt 4.1 tal-Anness

(68)  F’każ ta’ kunflitt bejn it-test tad-deċiżjoni u l-Anness, dan għandu jiġi solvut b’kunsiderazzjoni tat-test fid-deċiżjoni.


ANNESS

Lista ta’ impenji fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.31883 Österreichische Volksbanken AG

Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 659/1999, kif ġie emendat, ir-Repubblika tal-Awstrija (l-“Awstrija”) hawnhekk tipprovdi l-impenji li ġejjin b’rabta mal-Österreichische Volksbanken-Aktiengesellschaft ("ÖVAG") sabiex tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), b’deċiżjoni skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex issib għajnuna mogħtija lill-ÖVAG kompatibbli mas-suq intern.

L-impenji għandhom jiġu implimentati fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni.

Dan it-test għandu jiġi interpretat fil-qafas ġenerali tal-liġi tal-Komunità u b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 659/1999, kif ukoll b’kunsiderazzjoni għad-deċiżjoni li magħha l-impenji huma marbuta bħala impenji u/jew kundizzjonijiet u obbligi.

1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.1.

L-Awstrija għandha tiżgura li l-pjan ta’ ristrutturar (il-“pjan ta’ ristrutturar“) għall-ÖVAG ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2012 ikun korrett u kompletament implimentat.

1.2.

L-Awstrija għandha tiżgura li l-impenji (l-“impenji”) elenkati hawn taħt jiġu osservati bis-sħiħ waqt l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar.

1.3.

Il-fażi tar-ristrutturar għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. L-impenji li ġejjin japplikaw tul il-fażi ta’ ristrutturar, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor.

2.   Is-segment prinċipali u s-segment ta’ stralċ

2.1.

L-ÖVAG stabbilixxiet segment ta' stralċ li fih huma assenjati ċerti assi biex isirilhom stralċ. Is-segment ta’ stralċ għandu jiġi ġestit bħala segment indipendenti b’kontabbiltà separata, f’sens tal-proċedura ta’ rappurtar tiegħu stess.

3.   Tnaqqis fit-total tal-karta bilanċjali u l-RWA

3.1.

Tnaqqis tat-total tal-karta bilanċjali – grupp] Jekk wieħed jibda mit-total tal-karta bilanċjali awditjata tal-ÖVAG ta’ EUR 48 116 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2009, l-assi totali tal-karta bilanċjali tal-grupp għandhom jitnaqqsu għal EUR [26 000-28 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [22 000-24 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2014, għal EUR [20 000-22 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [18 000-20 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR 18 390 miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017.

3.2.

[Tnaqqis tal-RWA – grupp] Jekk wieħed jibda mill-assi totali tal-grupp ippeżati skont ir-riskju (mir-riskju totali) ta’ EUR 29 505 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2009, dawn l-assi għandhom jitnaqqsu għal EUR [16 000-18 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [14 000-16 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2014, għal EUR 11 682 miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [10 000-12 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR [10 000-12 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017.

3.3.

[Tnaqqis tat-total tal-karta bilanċjali – segment prinċipali] L-assi totali tal-karta bilanċjali fis-segment prinċipali għandhom jitnaqqsu għal EUR [15 000-17 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [15 000-17 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2014, għal EUR [14 000-16 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [13 000-15 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR [13 000-15 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017. Dawn l-ammonti jistgħu jinqabżu bi 2 %, sakemm dan ikun ir-riżultat tal-operati tas-sindikat miżjuda fil-livell primarju, rekwiżiti regolatorji ogħla biex tinżamm il-likwidità jew ħtieġa akbar għal finanzjament mill-ġdid tal-istituzzjonijiet primarji minn kif kien previst oriġinarjament. Fejn jinqabżu dawn l-ammonti għandha tintbagħat ġustifikazzjoni soda lill-fiduċjarju ta’ monitoraġġ.

3.4.

[Tnaqqis fl-RWA – segment prinċipali] L-assi totali ppeżati skont ir-riskju fis-segment prinċipali (ir-riskju totali) għandhom jitnaqqsu għal EUR [5 500-6 500] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [5 000-6 000] miljun sal-31 Diċembru 2014, għal EUR [5 000-6 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [5 000-6 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR [5 000-6 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017. Dawn l-ammonti jistgħu jinqabżu bi 2 %, sakemm dan ikun ir-riżultat tal-operati tas-sindikat miżjuda fil-livell primarju, rekwiżiti regolatorji ogħla biex tinżamm il-likwidità jew ħtieġa akbar għal finanzjament mill-ġdid tal-istituzzjonijiet primarji minn kif kien previst oriġinarjament. Fejn jinqabżu dawn l-ammonti għandha tintbagħat ġustifikazzjoni soda lill-fiduċjarju ta’ monitoraġġ.

3.5.

[Tnaqqis tat-total tal-karta bilanċjali – segment tal-istralċ] L-assi totali tal-karta bilanċjali fis-segment tal-istralċ għandhom jitnaqqsu għal EUR [10 000-12 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [6 000-8 000] miljun sal-31 Diċembru 2014, għal EUR [6 000-8 000] sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [5 000-7 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR [4 000-6 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017.

3.6.

[Tnaqqis fl-RWA – segment ta' stralċ] L-assi totali ppeżati skont ir-riskju fis-segment tal-istralċ (riskju totali) għandhom jitnaqqsu għal EUR [11 000-13 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [8 000-10 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2014, għal EUR [5 000-7 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [5 000-7 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR [4 000-6 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017.

3.7.

L-iskadenzi fis-segment tal-istralċ għandhom jiġu estiżi biss jekk ikun hemm possibbiltà realistika, fattwali u plawsibbli li estensjoni tagħmel il-finanzjament aktar faċli fil-futur. L-estensjonijiet għandhom jingħataw biss tliet darbiet u għal massimu ta’ sena kull waħda; eċċezzjonijiet iġġustifikati b’perjodi ta’ estensjoni itwal għandhom jiġu żvelati lill-fiduċjarju ta’ monitoraġġ u jiġu ġustifikati adegwatement f’kull każ individwali. Fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar l-attivitajiet kollha ta’ stralċ xorta għandhom jintemmu malajr kemm jista' jkun.

3.8.

Meta jiġu kkalkolati l-ammonti fin-Numri 3.1 – 3.6, il-bidliet minħabba dispożizzjonijiet legali emendati li jirriżultaw mill-applikazzjoni tas-CRD IV/CRR ma għandhomx jiġu kkunsidrati.

4.   Restrizzjoni tal-attivitajiet tan-negozju

4.1.

Fin-negozju prinċipali għandu jitwettaq biss in-negozju relatat mal-assoċjazzjoni. F’dan ir-rigward, “negozju relatat mal-assoċjazzjoni” tfisser li l-ÖVAG (i) għandha taġixxi bħala organizzazzjoni ċentrali għall-Volksbanken u għalhekk għandha tipprovdi s-servizzi direttament lill-istituzzjonijiet assoċjati, u (ii) għandha tipprovdi jew takkwista prodotti u servizzi għall-Volksbanken u għall-klijenti tagħhom. L-ÖVAG ma għandhiex twettaq negozju ta’ kreditu jew ta’ self ma’ klijenti ta’ parti terzi, f’ismha jew b’responsabbiltà tagħha.

5.   Waqfien tal-oqsma tan-negozju

5.1.

[Waqfien tal-oqsma tan-negozju] L-ÖVAG għandha timplimenta l-mudell tan-negozju spjegat fil-pjan ta’ ristrutturar, u f’dan ir-rigward għandha twaqqaf l-oqsma tan-negozju kif inhu deskritt fil-pjan ta’ ristrutturar, u dawn l-oqsma tan-negozju għandhom jitwaqqfu kompletament:

5.1.1.

Il-qasam tan-negozju “Enerġija Rinnovabbli”. Il-qasam tan-negozju jinkludi finanzjament tal-proġetti fil-qasam “Enerġija Rinnovabbli” fl-Awstrija, il-Ġermanja u l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant. Dan ma jinkludix il-finanzjament mogħti mill-Volksbanken fil-livell primarju sabiex jinxtraw l-ishma sindikati, sakemm il-bank primarju jieħu proporzjon tal-finanzjament li jkun fi proporzjon meta mqabbel mad-daqs tiegħu.

5.1.2.

Il-qasam tan-negozju “Finanzjament Mudell” Il-qasam tan-negozju “Finanzjament Mudell” jikkonċerna l-għoti ta’ self biex jinxtara jew jiġi rinnovat bini f’postijiet ċentrali bl-użu tal-appoġġ finanzjarju disponibbli għal individwi b'affidabbiltà kreditizja. Dan ma jinkludix il-finanzjament mogħti mill-Volksbanken fil-livell primarju sabiex jinxtraw l-ishma sindikati, sakemm il-bank primarju jieħu proporzjon tal-finanzjament li jkun fi proporzjon meta mqabbel mad-daqs tiegħu.

5.2.

[Kummerċ f’ismu stess] L-ÖVAG għandha wkoll twaqqaf l-kummerċ proprjetarju ddedikat. Dan ifisser li l-ÖVAG għandha twettaq biss attivitajiet kummerċjali indikati fil-ktieb tal-kummerċ tiegħu li huma meħtieġa biex a) jiġu aċċettati, trasferi u eżegwiti l-ordnijiet tal-bejgħ u tax-xiri tal-klijenti tagħha (i.e. negozju bl-istrumenti finanzjarji bħala servizz) )jew b) għan-negozji biex in-negozju tal-klijenti jew l-interess u l-ġestjoni tal-likwidità fis-settur tat-teżor jiġu hedged jew c) biex it-trasferiment ekonomiku tal-partitajiet fuq il-karta bilanċjali għall-unità tar-ristrutturar jew il-partijiet terzi jkun jista’ jsir. F’kull każ għandu jiġu żgurat li dawn il-partitajiet jiddaħħlu biss fil-limitu totali ta’ EUR 3 miljun ta’ valur fir-riskju / perjodu ta’ parteċipazzjoni ta’ ġurnata / livell ta’ fiduċja ta’ 99 %, u fejn ma jkunx hemm periklu għall-kapaċità li jġarrab ir-riskju jew għas-sitwazzjoni tal-likwidità tal-ÖVAG. Taħt l-ebda ċirkostanza l-ÖVAG ma twettaq attivitajiet kummerċjali li jservu purament biex tagħmel profitt ħlief għall-għanijiet imsemmija fuq.

6.   Bejgħ

6.1.

[Bejgħ] L-ÖVAG għandha tbigħ kompletament l-entitajiet li ġejjin ("iffirmar") sa mhux aktar tard mill-iskadenzi msemmija:

6.1.1.

Bejgħ tal-ishma kollha fis-sussidjarju tal-kiri VBLI sal-31 ta’ Diċembru [2013-2017];

6.1.2.

Bejgħ tal-ishma kollha fil-Volksbank Malta/IK Malta sal-31 ta’ Diċembru [2013-2017];

6.1.3.

Bejgħ tal-ishma kollha fil-Volksbank Rumänien sal-31 ta’ Diċembru [2013-2017];

6.1.4.

Bejgħ tal-ishma kollha f’RZB sal-31 ta’ Diċembru [2013-2017];

6.2.

Ix-xerrejja tal-entitajiet fin-Numri 6.1.1 - 6.1.4 għandhom ikunu persuni li jkunu legalment u ekonomikament indipendenti mir-Repubblika tal-Awstrija u VB Holding / il-banek fil-livell primarju.

6.3.

Jekk l-ishma msemmija fin-Numri 6.1.1 to 6.1.3 ma jinbigħux sal-iskadenza stipulata, l-ÖVAG tieħu l-miżuri kollha disponibbli għaliha biex itemm in-negozji l-ġodda f'dawn l-entitajiet u tagħmlilhom stralċ. L-ÖVAG se tagħmel kull ma tista’ biex tilħaq ftehim mas-sħab konġunti tiegħu kmieni biżżejjed (6.1.1 u 6.1.3) biex ittemm in-negozju l-ġdid sal-iskadenzi stipulati.

6.4.

Jekk l-ishma msemmija fin-Numru 6.1.4 ma jinbigħux sad-data stipulata hemmhekk, aġent tal-bejgħ uffiċjali għandu jorganizza l-bejgħ.

7.   Miżuri minn DZ Bank, ERGO u RZB

7.1.

L-Awstrija għandha tiżgura li Deutsche Zentral-Genossenschaftsbank (DZ Bank), ERGO Gruppe u Raiffeisen Zentralbank Österreich AG (RZB) jimplimentaw il-miżuri ppjanati, kif inhu stipulat fil-ftehim dwar ir-ristrutturar (il-“ftehim dwar ir-ristrutturar”) milħuq fis-26 ta’ April 2012 bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u DZ Bank AG, ERGO Versicherung AG u ERGO Versicherungsgruppe AG, Raiffeisen Zentralbank Österreich AG, Volksbanken Holding eingetragene Genossenschaft, Österreichischer Genossenschaftsverband u l-ÖVAG

8.   Regoli ta’ kondotta oħrajn / Governanza Korporattiva

8.1.

[Projbizzjoni fuq l-akkwisti] L-ÖVAG jimpenja ruħu li ma jagħmilx akkwisti. Dan japplika kemm għax-xiri tal-kumpaniji bi struttura legali tagħhom stess, u għall-ishma fil-kumpaniji, kif ukoll għal bundles tal-assi li jirrappreżentaw tranżazzjoni kummerċjali jew fergħa ta’ attività. Dan ma japplikax għal akkwiżizzjonijiet li għandhom isiru sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja u/jew relatat mal-assoċjazzjoni, jew fl-interessi ta’ kompetizzjoni effettiva, sakemm dawn ikunu ġew approvati minn qabel mill-Kummissjoni. Dan lanqas ma japplika għall-akkwisti li huma parti, f’termini ta’ ġestjoni tal-obbligi eżistenti tal-klijenti f’diffikultà finanzjarja, min-negozju normali ta' kuljum tal-bank. L-obbligu għandu japplika sa meta jispiċċa l-perjodu ta’ ristrutturar.

8.2.

[Projbizzjoni fuq id-dividendi] L-ÖVAG mhux se tħallas dividendi fil-perjodu sas-sena finanzjarja li tispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017, b'din is-sena inkluża. Il-pagamenti skont n-Numru 10 mhumiex affettwati minn dan, sakemm dan ikun separabbli fis-sens legali.

8.3.

[L-ibridi] Sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-ÖVAG ma tistax tagħmel pagamenti fir-rigward ta’ strumenti ta’ ekwità relatati mal-profitti (bħal strumenti finanzjarji ibridi u ċertifikati ta’ parteċipazzjoni fi profitt (Genussscheine)), sakemm dawk il-pagamenti ma jkunux dovuti abbażi ta’ kuntratt jew tal-liġi. Jekk il-karta bilanċjali tal-ÖVAG kellha tindika telf qabel l-aġġustament tar-riżervi u l-qligħ miżmum, l-istrumenti msemmija fuq għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fit-telf skont il-possibbiltajiet provduti mil-liġi superviżorja u ċivili. F’dan ir-rigward, l-ÖVAG għandha timpenja ruħha li ma tużax ir-riżervi fil-każ ta’ telf sal-31 ta’ Diċembru 2017.

8.4.

[Projibizzjoni fuq it-tmexxija fil-prezz] Fil-qasam tas-servizzi ta’ depożitu, il-Live Bank għandu projbizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 milli joffri kundizzjonijiet oħrajn tar-rati ta’ interess (għall-maturitajiet kollha) mill-kompetitur tiegħu bit-tielet l-aħjar kundizzjonijiet fis-suq Awstrijak għall-ibbankjar onlajn dirett mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

8.5.

[Reklamar] L-ÖVAG ma għandhiex tuża l-għoti tal-miżuri tal-għajnuna jew vantaġġi li jirriżultaw minnhom għal finijiet ta’ reklamar.

8.6.

[Ir-rimunerazzjoni tal-entitajiet, l-impjegati u l-aġenti essenzjali] L-ÖVAG trid tivverifika l-effett ta’ inċentiv u l-adegwatezza tas-sistemi tar-rimunerazzjoni tagħha u, billi tuża l-possibbiltajiet skont il-liġi ċivili, tiżgura li dawn ma jirriżultawx f’esponiment għal riskji bla bżonn, li huma orjentati lejn objettivi tal-kumpanija sostenibbli u għal perjodu ta’ żmien twil, u li huma trasparenti.

8.7.

[Regoli oħra ta’ kondotta] L-ÖVAG għandha tkompli l-espansjoni tal-operazzjonijiet tagħha ta’ monitoraġġ tar-riskju u li topera politika kummerċjali li tkun prudenti, soda u orjentata lejn is-sostenibbiltà.

9.   L-ÖVAG u l-istituzzjonijiet primarji

9.1.

[Rimunerazzjoni għar-riżervi tal-likwidità] Skont it-Taqsima 25(13) tal-Att dwar il-Banek tal-Awstrija, l-ÖVAG għandha tħallas rimunerazzjoni għar-riżerva tal-likwidità lill-istituzzjonijiet primarji ta’ mhux aktar mir-rata Euribor għal tliet xhur [40-70] flimkien mal-punti bażi ("pb") għad-depożiti tagħhom. Fl-1 ta’ Jannar 2014 u l-1 ta’ Jannar 2015 ir-rata tal-kostijiet se titnaqqas f’kull każ bi [5-10] pb, u bi [3-7] pb addizzjonali fl-1 ta’ Jannar 2016 u l-1 ta’ Jannar 2017,biex il-kundizzjonijiet ikunu l-istess bħar-rata Euribor tal-tliet xhur flimkien ma’ [20-40] pb mill-1 ta’ Jannar 2017. Bl-approvazzjoni espliċita tal-Kummiissjoni jistgħu jintużaw ukoll komponenti oħrajn tal-ipprezzar tat-trasferiment tal-fondi, sakemm ikun jista’ jintwera li l-profitt mit-tnaqqis tal-interess imħallas fuq ir-riżervi tal-likwidità kif inhu deskritt hawnhekk, ikun tal-anqas intlaħaq.

9.2.

[Tariffi] L-ÖVAG għandha żżomm it-tariffi kollha li jimponi għall-kummerċ li jinġab permezz tas-sitt elettroniku tal-LiveBank.

9.3.

[Distribuzzjoni tad-dividendi lill-istituzzjonijiet primarji] Id-dividendi jistgħu jitqassmu lill-istituzzjonijiet primarji fil-qafas stabbilit fil-ftehim dwar ir-ristrutturar, sakemm il-limitu ta’ EUR [7-10] miljun imsemmi hemm taħt Numru 7.2 jitnaqqas għal EUR [5-8] miljun u biss sa fejn, fejn id-dividendi jitqassmu skont Numru 7.2, ikunu saru biżżejjed profitti u jiżdied il-kapital ta’ bażi estern il-ġdid (nett, wara t-tnaqqis tal-pagamenti mill-ġdid) biex tal-anqas ikopru (kumpens għall-profitti mhux miżmumin) l-ammont distribwit (lill-investituri tal-ekwità u lill-Gvern Federali).

10.   Rimunerazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna

10.1.

[Rimunerazzjoni tal-garanzija tal-assi] Il-garanzija tal-assi ta’ EUR 100 miljun mogħtija mill-Awstrija għandha tiġi rimunerata b’bonus mhux relatat mal-profitt ta’ 10 % kull sena.

10.2.

[Rimunerazzjoni tal-kapital ta’ parteċipazzjoni] Il-kapital tal-parteċipazzjoni mogħti mill-Istat għandu jiġi rimunerat kif inhu stipulat fil-ftehim in prinċipju.

11.   L-istrateġija ta’ ħruġ għall-garanzija tal-assi, il-kapital ta’ parteċipazzjoni u l-kapital tal-ishma

11.1.

[Ritorn tal-garanzija tal-assi] Il-garanzija tal-assi ta’ EUR 100 miljun mogħtija mill-Awstrija għandha tiġi stabbilita f’termini tal-maturità tagħha b’tali mod li tispiċċa eżatt wara l-31 ta’ Diċembru 2015

11.2.

[Ħlas lura tal-kapital ta’ parteċipazzjoni] L-ÖVAG timpenja ruħha li tieħu kull miżura xierqa biex teħles lir-Repubblika tal-Awstrija minn nofs il-piż tal-pożizzjoni tagħha bħala parteċipant (EUR 150 miljun) fl-ewwel nofs tal-2017 u mill-piż kollu immedjatament wara l-31 ta’ Diċembru 2017, l-aktar tard. Il-banek primarji għandu jkollhom parti fir-realizzazzjoni ta’ dan, sa fejn jippermettu r-rekwiżiti regolatorji minimi.

11.3.

[Strateġija ta’ ħruġ] L-Awstrija ma tqisx lilha nnifisha bħala sid fuq terminu twil tal-ÖVAG u għalhekk se tipprova tbigħ l-ishma sottoskritti għal darba oħra malajr kemm jista' jkun, b'kunsiderazzjoni tal-interessi baġitarji u d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Banek tal-Awstrija u t-Taqsima 2(3) tal-Att dwar l-Istabbilta tas-Swieq Finanzjarji tal-Awstrija.

12.   Fiduċjarju tal-Monitoraġġ

12.1.

L-Awstrija ser tiżgura li l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ ÖVAG u l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-impenji kollha f’dan id-Dokument ta’ Impenji jiġu monitorjati kontinwament minn Fiduċjarju tal-Monitoraġġ indipendenti u biżżejjed kwalifikat li huwa obbligat iżomm il-kunfidenzjalità.

12.2.

Il-ħatra, il-kompiti, l-obbligi u l-kwittanza tal-Fiduċjarji tal-Monitoraġġ għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-anness “Fiduċjarji”.

12.3.

L-Awstrija ser tiżgura li, fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni jew il-fiduċjarju jkollhom aċċess mhux ristrett għall-informazzjoni kollha li hija neċessarja għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Il-Kummissjoni jew il-Fiduċjarju jistgħu jitolbu lil ÖVAG għal spjegazzjonijiet u kjarifiki. L-Awstrija u ÖVAG ser jikkoperaw bi sħiħ mal-Kummissjoni u mal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li jaġixxi f’isem il-Kummissjoni fir-rigward tal-mistoqsijiet kollha assoċjati mal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Anness mal-lista ta’ impenji – Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ

A.   Ħatra tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ

(i)

Ir-Repubblika tal-Awstrija timpenja ruħha li tiżgura li l-ÖVAG taħtar fiduċjarju ta’ monitoraġġ biex iwettaq l-obbligi ta’ fiduċjarju ta’ monitoraġġ (“fiduċjarju”) kif inhu stabbilit fil-paragrafu C(x) ta’ dan l-Anness. Il-mandat japplika tul il-perjodu kollu ta’ ristrutturar, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2017. Fi tmiem il-mandat, il-fiduċjarju għandu jippreżenta rapport finali.

(ii)

Il-fiduċjarju għandu jkun indipendenti mill-ÖVAG. Il-fiduċjarju għandu jkollu l-għarfien speċjalizzat li huwa meħtieġ sabiex iwettaq il-mandat tiegħu, pereżempju bħala bank ta’ investiment, konsulent jew awditur, u qatt ma għandu jkun espost għal kwalunkwe kunflitt ta’ interess. Il-fiduċjarju ser ikun rimunerat mill-ÖVAG b’mod li ma jimpedixxix it-twettiq indipendenti u effettiv tal-mandat tiegħu.

(iii)

L-Awstrija timpenja ruħha li tiżgura li l-ÖVAG tippreżenta l-ismijiet ta’ żewġ persuni jew aktar lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni bħala fiduċjarju ta’ monitoraġġ mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat min-notifika tad-deċiżjoni.

(iv)

Dawn il-proposti għandhom jinkludu biżżejjed informazzjoni dwar dawk il-persuni li tippermetti lill-Kummissjoni tivverifika jekk il-Fiduċjarju propost jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu A(ii), u għandhom b’mod partikolari jinkludu dan li ġej:

a)

it-termini sħaħ tal-mandat propost bid-dispożizzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jippermettu lill-Fiduċjarju jaqdi l-obbligi tiegħu;

b)

l-abbozz ta’ pjan ta’ ħidma li jiddeskrivi kif il-fiduċjarju beħsiebu jwettaq l-obbligi mogħtijin lilu.

(v)

Il-Kummissjoni għandha d-diskrezzjoni li tapprova jew tiċħad il-fiduċjarji proposti u li tapprova l-mandat propost soġġett għal kwalunkwe modifika li tqis neċessarja sabiex il-fiduċjarju jkun jista’ jaqdi l-obbligi tiegħu. Jekk jiġi approvat isem wieħed biss, l-ÖVAG taħtar il-persuna jew l-istituzzjoni kkonċernata bħala fiduċjarju jew tagħmel mezz li dik il-persuna jew istituzzjoni tiġi maħtura, skont il-mandat approvat mill-Kummissjoni. Jekk jiġi approvat aktar minn isem wieħed, l-ÖVAG hija ħielsa li tiddeċiedi liema mill-persuni approvati għandha tiġi maħtura bħala fiduċjarju. Il-fiduċjarju jiġi maħtur fi żmien ġimgħa mill-approvazzjoni tal-Kummissjoni, skont il-mandat approvat mill-Kummissjoni.

(vi)

Jekk il-fiduċjarji kollha jiġu miċħuda, l-Awstrija tintrabat li tiżgura li l-ÖVAG tissottometti l-ismijiet ta’ mill-anqas żewġ persuni jew istituzzjonijiet oħra fi żmien ġimagħtejn minn meta tiġi informata dwar iċ-ċaħda, skont ir-rekwiżiti u l-proċedura stabbiliti fil-paragrafi A(i) u A(iv).

(vii)

Jekk il-fiduċjarji kollha proposti jiġu miċħuda wkoll mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tinnomina fiduċjarju li l-ÖVAG taħtar jew tara li jinħatar, skont mandat ta’ fiduċjarju approvat mill-Kummissjoni.

B.   Kompiti u obbligi ġenerali

(viii)

Il-fiduċjarju għandu jgħin lill-Kummissjoni tiżgura l-konformità mal-ÖVAG mal-impenji u tassumi responsabbiltà l-obbligi ta’ fiduċjarju ta’ monitoraġġ speċifikati fid-dokument ta’ impenji. Il-fiduċjarju għandu jwettaq l-obbligi stipulati fil-madat tiegħu skont il-pjan ta’ ħidma, kif ukoll reviżjonijiet tal-pjan ta’ ħidma li ġew approvati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-fiduċjarju jew tal-ÖVAG, tagħti kwalunkwe ordnijiet jew istruzzjonijiet lill-fiduċjarju sabiex tiżgura konformità mal-impenji. L-ÖVAG ma għandux dritt jagħti struzzjonijiet lill-fiduċjarju.

C.   overi u obbligi tal-Fiduċjarji

(ix)

Id-dover tal-Fiduċjarju huwa li jiggarantixxi l-konformità sħiħa u korretta mal-obbligi stabbiliti fl-impenji u l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-pjan ta’ ristrutturar tal-ÖVAG. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-fiduċjarju, tagħti kwalunkwe ordni jew struzzjoni lill-fiduċjarju jew lill-ÖVAG sabiex tiżgura konformità mal-impenji mehmużin ma’ din id-deċiżjoni.

(x)

Il-fiduċjarju

a)

għandu jipproponi fl-ewwel rapport tiegħu lill-Kummissjoni pjan ta’ ħidma dettaljat li jiddeskrivi kif beħsiebu jissorvelja l-konformità mal-impenji mehmużin ma’ din id-deċiżjoni;

b)

għandu jissorvelja l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-pjan ta’ ristrutturar tal-ÖVAG, partikolarment;

(I)

tnaqqis fit-total tal-karta bilanċjali u l-RWA;

(II)

restrizzjoni tal-attivitajiet tan-negozju;

(III)

it-twaqqif ta’ oqsma tan-negozju definiti minn qabel;

(IV)

il-proċess tal-bejgħ għall-ishma fl-oqsma tan-negozju definiti minn qabel;

c)

għandu jissorvelja l-konformità mal-impenji l-oħra kollha;

d)

għandu jassumi l-funzjonijiet l-oħra assenjati lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ fl-impenji mehmuża ma’ din id-deċiżjoni;

e)

għandu jipproponi miżuri lill-ÖVAG li huwa jikkunsidra neċessarji biex jiżgura li l-ÖVAG tissodisfa l-impenji mehmużin mad-deċiżjoni

f)

għandu jissottometti abbozz ta’ rapport bil-miktub lill-Kummissjoni, lill-Awstrija u lil ÖVAG fi żmien 30 jum wara t-tmiem ta’ kull semestru. Il-Kummissjoni, l-Awstrija u l-ÖVAG jistgħu jissottomettu kummenti dwar l-abbozz fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-wasla tal-kummenti, il-fiduċjarju jipprepara rapport finali, li jinkorpora l-kummenti sa fejn ikun possibbli u għad-diskrezzjoni tiegħu, u jissottomettih lill-Kummissjoni. Wara li jsir dan biss, il-fiduċjarju għabdu jibgħat ukoll kopja tar-rapport finali lill-Awstrija u lill-ÖVAG. Jekk l-abbozz tar-rapport jew ir-rapport finali jinkludi kwalunkwe informazzjoni li ma għandhiex tiġi żvelata lill-ÖVAG, l-ÖVAG tirċievi biss verżjoni mhux kunfidenzjali tal-abbozz tar-rapport u tar-rapport finali. Il-fiduċjarju ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza jissottometti kwalunkwe verżjoni tar-rapport lill-Awstrija u/jew lill-ÖVAG qabel ma jissottomettih lill-Kummissjoni.

g)

Ir-rapport għandu jiffoka fuq l-obbligi stabbiliti fil-mandat mill-fiduċjarju u l-konformità mal-obbligi mill-ÖVAG, biex b’hekk il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa jekk l-ÖVAG hix qed tiġi ġestita skont l-obbligi. Jekk ikun neċessarju, il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapport f’aktar dettall. Minbarra dawn ir-rapporti, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jirrapporta minnufih bil-miktub lill-Kummissjoni jekk għandu raġuni biex jissoponi li l-ÖVAG qed tonqos milli tikkonforma ma’ dawn l-obbligi, filwaqt li jibgħat verżjoni mhux kunfidenzjali lill-ÖVAG fl-istess ħin.

D.   Doveri u obbligi tal-ÖVAG

(xi)

L-ÖVAG għandha tipprovdi u titlob lill-konsulenti tagħha jagħtu lill-fiduċjarju kwalunkwe kooperazzjoni, assistenza u informazzjoni li huwa jista’ raġonevolement ikollu bżonn fit-twettiq tal-obbligi tiegħu stipulati fil-mandat. Il-fiduċjarju għandu jkollu aċċess mhux ristrett għal kwalunkwe ktieb, rekord, dokument, maniġment jew persunal ieħor, faċilità, sit u informazzjoni teknika tal-ÖVAG jew tan-negozji li huma neċessarji għat-twettiq tad-doveri tal-fiduċjarju stipulati fil-mandat. L-ÖVAG għandha tagħmel disponibbli lill-fiduċjarju uffiċċju wieħed jew iżjed fil-bini tan-negozju tagħha u l-impjegati kollha tal-ÖVAG għandhom ikunu disponibbli għal-laqgħat mal-Fiduċjarju sabiex jagħtuh l-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tad-doveri tiegħu.

(xii)

Soġġett għall-approvazzjoni ta’ ÖVAG (din l-approvazzjoni ma għandhiex tiġi miżmuma jew imdewma mingħajr raġun) u bi spejjeż tagħha, il-fiduċjarju jista’ jaħtar konsulenti (b’mod partikolari għal pariri korporattivi legali jew finanzjarji), jekk il-fiduċjarju jqis il-ħatra ta’ tali konsulenti neċessarja jew xierqa għat-twettiq tad-doveri u l-obbligi tiegħu skont il-mandat, sakemm kwalunkwe tariffi u spejjeż oħra tal-fiduċjarju jkunu raġonevoli. Jekk l-ÖVAG tirrifjuta li tapprova l-konsulenti proposti mill-fiduċjarju, il-Kummissjoni tista’ tapprova l-ħatra ta’ tali konsulenti, wara li tkun semgħet lill-ÖVAG. Huwa biss il-fiduċjarju li jkun intitolat li jagħti struzzjonijiet lill-konsulenti.

E.   Sostituzzjoni, kwittanza u ħatra mill-ġdid tal-fiduċjarju

(xiii)

Jekk il-fiduċjarju jwaqqaf il-funzjonijiet tiegħu skont l-impenji jew jekk ikun hemm kwalunkwe raġuni oħra valida, bħal kunflitt ta’ interess tal-fiduċjarju,

a)

il-Kummissjoni tista’, wara li tisma’ lill-fiduċjarju, titlob lill-ÖVAG tissostitwixxi lill-fiduċjarju, jew

b)

l-ÖVAG, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, tista’ tissostitwixxi lill-fiduċjarju.

(xiv)

Jekk il-fiduċjarju jitneħħa skont il-paragrafu E(xiii), huwa jista’ jintalab ikompli jaqdi d-doveri tiegħu sakemm jinħatar fiduċjarju ieħor li lilu tkun ingħaddiet l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-fiduċjarju l-ġdid għandu jinħatar skont il-proċedura msemmija fil-paragrafi A(i) sa A(vi).

(xv)

Minbarra t-tneħħija skont il-paragrafu E(xiii), il-fiduċjarju għandu jwaqqaf l-attivitajiet tiegħu ta’ fiduċjarju biss wara li l-Kummissjoni tkun waqfitu mid-doveri tiegħu. Din il-kwittanza sseħħ meta l-obbligi kollha li jkunu ġew fdati lill-fiduċjarju jkunu ġew implimentati. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin titlob il-ħatra mill-ġdid tatl-fiduċjarju tal-monitoraġġ jekk jinstab sussegwentement li r-rimedji rilevanti ma ġewx implimentati kompletament u kif xieraq.