|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3716 |
21.6.2024 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/3716)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-deċiżjoni (2) |
Data tad-deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu tar-rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
|
C(2024) 3874 |
14 ta’ Ġunju 2024 |
triossidu tal-kromu (Nru tal-KE 215–607–8; Nru tal-CAS 1333–82–0) |
SPGPrints B.V., Raamstraat 1–3, 5831 AT Boxmeer, In-Netherlands |
REACH/24/21/0 |
Fi proċess integrat biex tinħoloq superfiċe iebsa bi proprjetajiet selettivi ta’ adeżjoni fuq mandrini tat-torn użati biex jiġu manifatturati skrins għall-Istampar bi Skrin Rotatorju għat-tessuti u għal applikazzjonijiet oħra tal-istampar |
31 ta’ Diċembru 2031 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jkunu akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3716/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)