<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-537/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0537</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:361">EU:C:2018:361</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>4</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180531">31.5.2018</DATE> – Kawża C-537/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Wegener</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>titjira b’konnessjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Titjira li titlaq minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, b’konnessjoni f’ajruport li jinsab fi Stat terz, li d-destinazzjoni finali tagħha tkun ajruport ieħor f’dan l-Istat terz</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-537/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht Berlin (il-Qorti Reġjonali ta’ Berlin, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170905">5 ta’ Settembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170912">12 ta’ Settembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Claudia Wegener</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Royal Air Maroc SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn J. Malenovský (Relatur), President tal-Awla, D. Šváby u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal C. Wegener, minn F. Puschkarski, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għal Royal Air Maroc SA, minn D. Ahrens, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Simonsson u K.-P. Wojcik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Claudia Wegener u Royal Air Maroc SA dwar kumpens mitlub minħabba dewmien twil ta’ titjira.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 261/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jinkludi b’mod partikolari d-definizzjoni segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>destinazzjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> ifisser id-destinazzjoni fuq il-biljett ippreżentat fil-post taċ-check-in jew, fil-każ ta’ titjiriet konnessi direttament, id-destinazzjoni ta’ l-aħħar titjira; […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Skop<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Dan ir-Regolament għandu japplika:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru għal liema japplika t-Trattat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab f’pajjiż terz għal ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Mebru għal liema japplika t-Trattat, kemm-il darba rċievu vantaġġi jew kumpens u ġew mogħtija assistenza f’dak il-pajjiż terz, jekk il-trasportatur ta’ l-ajru li qed jopera tat-titjira in kwistjoni hu trasportatur Komunitarju.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>C. Wegener ikkonkludiet, ma’ Royal Air Maroc, kuntratt ta’ trasport bl-ajru fil-forma ta’ riżervazzjoni waħda li kienet tippermettilha tivvjaġġa minn Berlin (il-Ġermanja) lejn Agadir (il-Marokk) u li kienet tipprevedi waqfa f’Casablanca (il-Marokk), b’bidla tal-ajruplan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Wara li kisbet konferma tar-riżervazzjoni tagħha u wara li għamlet iċ-check-in fl-ajruport ta’ Berlin għall-vjaġġ kollu tagħha, C. Wegener telgħat fl-ajruplan ta’ Royal Air Maroc lejn Casablanca, li telaq b’dewmien. Meta waslet Casablanca, hija marret sabiex titla’ fuq l-ajruplan li kien sejjer lejn Agadir iżda Royal Air Maroc ma ħallithiex titla’ fuq l-ajruplan filwaqt li indikatilha li l-post tagħha kien ġie attribwit mill-ġdid lil passiġġier ieħor. Finalment C. Wegener telgħat fuq ajruplan ieħor ta’ Royal Air Maroc u waslet f’Agadir b’dewmien ta’ erba’ sigħat fil-konfront tal-ħin inizjalment previst.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>C. Wegener għalhekk talbet kumpens għal dan id-dewmien. Madankollu, Royal Air Maroc irrifjutat li tilqa’ t-talba tagħha għar-raġuni li C. Wegener ma setgħetx tinvoka dritt għal kumpens taħt ir-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Landgericht Berlin (il-Qorti Reġjonali ta’ Berlin, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ikun hemm titjira fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-[Regolament Nru 261/2004] meta l-operazzjoni ta’ trasport ta’ trasportatur tal-ajru tkun tinkludi interruzzjonijiet ippjanati (waqfiet) barra mit-territorju tal-[Unjoni] Ewropea bi bdil tal-ajruplan?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fid-dawl tad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi osservat, l-ewwel nett, li, skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004, dan ir-regolament japplika għall-passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>It-tieni nett, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-trasport ta’ passiġġier inkwistjoni fil-kawża prinċipali twettaq, kif indikat fil-punt 5 ta’ din is-sentenza, fuq il-bażi ta’ riżervazzjoni waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan l-element, għandu jitqies li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament japplika għal trasport ta’ passiġġieri imwettaq fuq il-bażi ta’ riżervazzjoni waħda u li jinkludi, bejn it-tluq tiegħu minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u l-wasla tiegħu f’ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat terz, waqfa ppjanata barra mill-Unjoni, b’bidla tal-ajruplan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta, l-ewwel nett, li t-trasport imsemmi fil-punt 5 ta’ din is-sentenza huwa kkostitwit minn żewġ titjiriet bejn, rispettivament, Berlin u Casablanca, u Casablanca u Agadir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-ewwel waħda minn dawn it-titjiriet telqet minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, filwaqt li t-tieni waħda telqet minn u waslet f’ajruporti li jinsabu fit-territorju ta’ Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kienet mal-wasla tat-tieni waħda minn dawn it-titjiriet li ġiet ikkonstatata l-eżistenza ta’ dewmien ta’ erba’ sigħat imġarrab mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi osservat li, jekk titjira bħal din it-tieni titjira, li twettqet kompletament barra mill-Unjoni, ikollha titqies li hija operazzjoni ta’ trasport separata, din it-titjira ma tkunx taqa’ taħt ir-Regolament Nru 261/2004. Mill-banda l-oħra, jekk trasport bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jitqies f’daqqa, bil-punt tat-tluq tiegħu fi Stat Membru, dan ir-regolament ikun applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li t-telf ta’ ħin irrimedjabbli li jikkostitwixxi l-inkonvenjent li jagħti lok għad-dritt għal kumpens previst fir-Regolament Nru 261/2004 huwa t-telf ta’ ħin li jimmaterjalizza mal-wasla tal-passiġġier ikkonċernat fid-destinazzjoni finali tiegħu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Folkerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-11/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:106">EU:C:2013:106</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Issa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>destinazzjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 2(h) ta’ dan ir-regolament bħala d-destinazzjoni indikata fuq il-biljett ippreżentat fil-post taċ-check-in jew, fil-każ ta’ titjiriet b’konnessjoni, id-destinazzjoni tal-aħħar titjira tal-passiġġier ikkonċernat (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Folkerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-11/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:106">EU:C:2013:106</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Mit-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>l-aħħar titjira<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>titjira b’konnessjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> għandu jinftiehem fis-sens li jirreferi għal żewġ titjiriet jew iktar li jikkostitwixxu vjaġġ wieħed għall-finijiet tad-dritt għal kumpens tal-passiġġieri previst fir-Regolament Nru 261/2004, bħalma kienet it-titjira b’konnessjoni inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Folkerts</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-11/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:106">EU:C:2013:106</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Dan ikun il-każ meta żewġ titjiriet jew iktar kienu s-suġġett ta’ riżervazzjoni waħda, bħalma kien il-każ fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Folkerts</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-11/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:106">EU:C:2013:106</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għaldaqstant, operazzjoni ta’ trasport bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies li hija titjira b’konnessjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Folkerts</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-11/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:106">EU:C:2013:106</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-qorti tar-rinviju qiegħda tindika, kif jirriżulta mill-formulazzjoni tad-domanda tagħha, li t-tieni waħda miż-żewġ titjiriet inkwistjoni fil-kawża prinċipali twettqet b’ajruplan differenti minn dak użat għall-ewwel titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 261/2004 ma tissuġġetta l-klassifikazzjoni ta’ titjira b’konnessjoni għall-fatt li t-titjiriet kollha li jikkostitwixxu t-titjira b’konnessjoni jitwettqu bl-istess ajruplan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-bidla tal-ajruplan li jista’ jkun hemm fil-każ ta’ titjira b’konnessjoni ma għandha ebda impatt fuq din il-klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għalhekk, trasport bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jitqies, meta kkunsidrat fl-intier tiegħu, bħala titjira b’konnessjoni. Għaldaqstant, dan it-trasport għandu jaqa’ taħt l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament japplika għal trasport ta’ passiġġieri mwettaq fuq il-bażi ta’ riżervazzjoni waħda u li jinkludi, bejn it-tluq tiegħu minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u l-wasla tiegħu f’ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat terz, waqfa ppjanata barra mill-Unjoni, b’bidla tal-ajruplan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament japplika għal trasport ta’ passiġġieri mwettaq fuq il-bażi ta’ riżervazzjoni waħda u li jinkludi, bejn it-tluq tiegħu minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u l-wasla tiegħu f’ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat terz, waqfa ppjanata barra mill-Unjoni Ewropea, b’bidla tal-ajruplan.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>