3.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/105


DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2018/1317 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-18 ta’ April 2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2016

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (1),

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017) 365 – C8-0247/2017) (2),

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2016 (3),

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017) 379),

—

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017) 497) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017) 306),

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (4),

—

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2018),

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE (9),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.

billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b’applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016 (10);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU L 48, 24.2.2016.

(2)   ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.

(3)   ĠU C 384, 14.11.2017, p. 11.

(4)   ĠU C 417, 6.12.2017, p. 74.

(5)   ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

(6)   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)   ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2018)0122 (ara paġna 71 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).