28.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10256 — I Squared Capital/TDR Capital/Aggreko)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 201/11)

1.   

Fid-19 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

I Squared Capital Advisors LLC (“I Squared Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

TDR Capital LLP (TDR Capital, ir-Renju Unit),

—

Aggreko plc (“Aggreko”, ir-Renju Unit).

I Squared Capital u TDR Capital jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab indirett ta’ Aggreko kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

I Squared Capital: Tiġġestixxi l-investiment fl-infrastruttura globali u tiffoka fuq setturi bħall-enerġija, l-utilitajiet, it-telekomunikazzjoni, il-kura tas-saħħa u t-trasport fl-Amerka ta’ Fuq, l-Ewropa u ekonomiji oħra madwar id-dinja.

—

TDR Capital: Ditta ta’ ekwità privata li tinvesti f’varjetà ta’ setturi inkluż bejgħ bl-imnut ta’ fuels tal-magni, gyms u klabbs tas-saħħa, ħasil tal-karozzi, servizzi ta’ proprjetà battala, kostruzzjoni modulari, pubs u ristoranti, u servizzi ta’ rinnovazzjoni tad-djar soċjali, b’mod partikolari fir-Renju Unit.

—

Aggreko: Kumpanija attiva fil-kiri ta’ ġeneraturi u tagħmir tal-enerġija relatat, u kontroll tat-temperatura fuq bażi temporanja, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi assoċjati lil klijenti madwar id-dinja f’firxa ta’ setturi, inklużi ż-żejt u l-gass, l-avvenimenti, il-manifattura u l-minjieri, is-servizzi tal-bini u l-kostruzzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10256 — I Squared Capital/TDR Capital/Aggreko

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.