<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑316/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0316</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:879">EU:C:2016:879</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20161116">16.11.2016</DATE> – KAWŻA C‑316/15</P><P>HEMMING <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/123/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13(2)</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ spiża li tista’ tirriżulta minnhom</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑316/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (qorti suprema tar-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150622">22 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20150626">26 ta’ Ġunju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">The Queen</HT>, fuq it-talba ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Timothy Martin Hemming</HT>, li jaġixxi taħt l-isem kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Simply Pleasure Ltd<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>,</P><P><HT TYPE="BOLD">James Alan Poulton,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Harmony Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gatisle Ltd</HT>, li taġixxi taħt l-isem kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Janus<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>,</P><P><HT TYPE="BOLD">Winart Publications Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Darker Enterprises Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Swish Publications Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Westminster City Council,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">The Architects’ Registration Board,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">The Solicitors’ Regulation Authority,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">The Bar Standards Board,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">The Care Quality Commission,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">The Farriers’ Registration Council,</HT></P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">The Law Society,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">The Bar Council,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">The Local Government Association,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Her Majesty’s Treasury,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur) u D. Švaby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160601">1 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal T. M. Hemming, li jaġixxi taħt l-isem kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Simply Pleasure Ltd<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, J. A. Poulton, Harmony Ltd, Gatisle Ltd, li taġixxi taħt l-isem kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Janus<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, Winart Publications Ltd, Darker Enterprises Ltd u Swish Publications Ltd, <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn T. Johnston u M. Hutchings, barristers, P. Kolvin, QC, V. Wakefield, barrister, A. Milner u S. Dillon, solicitors,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Westminster City Council, minn H. Davies, bħala aġent, assistita minn D. Matthias, QC, N. Lieven, QC, J. Lean u C. Streeten, barristers,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman, B. Koopman u M. Gijzen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Tserepa-Lacombe u T. Scharf, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar is-servizzi fis-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 376, p. 36</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Direttiva <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Timothy Martin Hemming, li jaġixxi taħt l-isem kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Simply Pleasure Ltd<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, James Alan Poulton, Harmony Ltd, Gatisle Ltd, li taġixxi taħt l-isem kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Janus<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, Winart Publications Ltd, Darker Enterprises Ltd u Swish Publications Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>T. M. Hemming <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) u l-Westminster City Council (kunsill muniċipali tal-belt ta’ Westminster, ir-Renju Unit) dwar tariffa li għandha titħallas mal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ liċenzja ta’ stabbiliment tas-sess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 39, 42, 43 u 49 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>(39)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>skema ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> għandu jkopri, fost oħrajn, il-proċeduri amministrattivi għall-għotja ta’ awtorizzazzjonijiet, liċenzji, approvazzjonijiet jew konċessjonijiet, u kif ukoll l-obbligu, sabiex jkun eliġibbli biex jeżerċita l-attività, biex jkun irreġistrat bħala membru ta’ professjoni jew imdaħħal f’reġistru, lista jew database, biex jkunu uffiċjalment maħtura f’korp jew jikseb kard ta’ sħubija ta’ professjoni partikolari. L-awtorizzazzjoni tista’ tingħata mhux biss b’deċiżjoni formali iżda wkoll b’deċiżjoni impliċita li tirriżulta, per eżempju, minn silenzju ta’ awtorità kompetenti jew mill-fatt li l-parti interessata trid tistenna l-konferma ta’ l-irċevuta ta’ dikjarazzjoni sabiex tibda l-attività in kwistjoni jew biex din ta’ l-aħħar issir legali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(42)</NO.P><TXT>Ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri amministrattivi ma għandhomx jimmiraw biex jarmonizzaw il-proċeduri amministrattivi iżda sabiex ineħħu l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni li huma tassew ta’ piż, proċeduri u formalitajiet li jxekklu l-libertà ta’ l-istabbiliment u l-ħolqien ta’ impriżi ġodda ta’ servizzi li jirriżultaw minn dan.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(43)</NO.P><TXT>Waħda mid-diffikultajiet fundamentali ffaċċjati, b’mod partikolari mill-SMEs, biex ikollhom aċċess għall-attivitajiet ta’ servizz u jeżerċitawhom, hija l-kumplessità, it-tul u l-inċertezza legali tal-proċeduri amministrattivi. Għal din ir-raġuni, fuq l-eżempju ta’ ċerti prassi ta’ inizjattiva ta’ amministrazzjoni tajba u moderna li ttieħdet fuq livell Komunitarju u nazzjonali, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti prinċipji ta’ simplifikazzjoniamministrattiva fost oħrajn permezz tal-limitazzjoni ta’ l-obbligu għall-awtorizzazzjoni minn qabel għal każijiet li fihom din hi essenzjali u l-introduzzjoni tal-prinċipju ta’ l-awtorizzazzjoni miftiehem [taċita] mill-awtoritajiet kompetenti wara li jkun skada ċertu perjodu ta’ żmien. Azzjoni ta’ modernizzazzjoni bħal din, filwaqt li żżomm ir-rekwiżiti dwar it-trasparenza u l-aġġornament ta’ l-informazzjoni relatata ma’ l-operaturi, għandha l-ħsieb li telimina d-dewmien, l-ispejjeż u l-effetti diswassivi li jinqalgħu, per eżempju minn proċeduri mhux meħtieġa, jew eċċessivament kumplessi u ta’ piż, id-duplikazzjoni tal-proċeduri, il-burokrazija involuta fil-preżentazzjoni tad-dokumenti, l-użu arbitrarju ta’ setgħat mill-awtoritajiet kompetenti, perjodi ta’ indeterminazzjoni jew twal b’mod eċċessiv qabel ma tingħata risposta, il-perjodu tal-ħin limitat tal-validità ta’ l-awtorizzazzjonijiet mogħtija u l-miżati u l-penali disproporzjonati. Tali prassi għandhom effett sinjifikattiv partikolarment disswassiv fuq il-fornituri li jixtiequ jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom fi Stati Membri oħra u għandhom bżonn modernizzazzjoni kkordinata fi ħdan is-suq intern imkabbar ta’ ħamsa u għoxrin Stat Membru.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(49)</NO.P><TXT>Il-miżata li tista’ tiġi ċċarġjata mill-punti ta’ kuntatt waħdieni għandha tkun proporzjonata ma’ l-ispejjeż tal-proċeduri u l-formalitajiet li għandhom x’jaqsmu magħhom. Dan ma għandux iżomm lill-Istati Membri milli jafdaw lill-punti ta’ kuntatt waħdieni bil-ġbir ta’ miżati amminstrattivi oħra bħal miżata tal-korpi ta’ superviżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali li jħaffu l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment għall-fornituri tas-servizzi u l-moviment liberu tas-servizzi, filwaqt li tinżamm kwalità għolja tas-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(6) tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[i]skema ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>kull proċedura li fiha kull fornitur jew riċevitur hu tabilħaqq meħtieġ jieħu passi sabiex jikseb deċiżjoni formali minn awtorità kompetenti, jew deċiżjoni impliċita, rigward l-aċċess għal attività ta’ servizz jew għall-eżerċizzju tagħha<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-paragrafu 1 tiegħu, l-Artikolu 9 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Skemi ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-Istati Membri m’għandhomx jissoġġettaw l-aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tagħha għal skema ta’ awtorizzazzjoni ħlief jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-iskema ta’ awtorizzazzjoni ma tiddiskriminax kontra l-fornitur ikkonċernat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-ħtieġa għal skema ta’ awtorizzazzjoni hi ġġustifikata minn raġuni aktar importanti li għandha x’taqsam ma’ l-interess pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-objettiv segwit ma jistax jinkiseb b’mezzi inqas ristrettivi, b’mod partikolari peress li spezzjoni a posteriori isseħħ tard wisq biex tkun ġenwinament effettiv.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Kondizzjonijiet biex tingħata l-awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skemi ta’ awtorizzazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq kriterji li jżommu lill-awtoritajiet kompetenti milli jeżerċitaw is-setgħa tagħhom ta’ evalwazzjoni b’mod arbitrarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>mhux-diskriminatorji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iġġustifikati mir-raġuni aktar importanti li għandha x’taqsam ma’ l-interess pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>proporzjonati ma’ dak l-objettiv ta’ interess pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ċari u mingħajr ambigwità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>oġġettivi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>magħmulin disponibbli għal pubbliku minn qabel;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>trasparenti u aċċessibbli.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Perjodu ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Awtorizzazzjoni mogħtija lil fornitur m’għandhiex tkun għal perjodu limitat, ħlief fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-awtorizzazzjoni tiġġedded awtomatikament jew hi soġġetta biss għat-twettiq kontinwu tar-rekwiżiti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet disponibbli hu limitat b’raġuni aktar importanti li għandha x’taqsam ma’ l-interess pubbliku;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>jew</P><?PAGE NO="5"?><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>perjodu limitat ta’ awtorizzazzjoni jista’ jkun ġustifikat minn raġuni aktar importanti li għandha x’taqsam ma’ l-interess pubbliku.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-abiltà ta’ l-Istati Membri biex jirrevokaw l-awtorizzazzjonijiet, meta l-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ma jibqgħux jiġu sodisfatti.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-paragrafu 2 tiegħu, l-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Il-proċeduri u l-formalitajiet ta’ awtorizzazzjoni m’għandhomx ikunu dissważivi u m’għandhomx jikkomplikaw mingħajr bżonn jew idewwmu il-provvista tas-servizz. Huma għandhom ikunu aċċessibbli faċilment u kwalunkwe spiża li l-applikanti jeħlu mill-applikazzjoni tagħhom għandha tkun raġonevoli u proporzjonata għan-nefqa tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni konċernati u m’għandhiex taqbeż n-nefqa tal-proċeduri.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Ħtiġijiet ipprojbiti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>L-Istati Membri m’għandhomx jissuġġettaw l-aċċess għal, jew l-eżerċizzju ta’, attività ta’ servizz fit-territorju tagħhom għal konformità ma’ xi waħda minn dawn li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>l-involviment dirett jew indirett ta’ l-operaturi li jikkompetu, inkluż fi ħdan korpi konsultattivi, fl-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet jew fl-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet oħrajn ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ħlief għall-korpi u assoċjazzjonijiet professjonali jew organizzazzjonijiet oħrajn li jaġixxu bħall-awtorità kompetenti; din il-projbizzjoni ma għandhiex tikkonċerna l-konsultazzjoni ta’ organizzazzjonijiet, bħal kmamar tal-kummerċ jew imsieħba soċjali, dwar kwistjonijiet għajr applikazzjonijiet individwali għal awtorizzazzjoni, jew konsultazzjoni tal-pubbliku in ġenerali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>obbligu li persuna tipprovdi jew tieħu sehem f’garanzija finanzjarja jew li tieħu assigurazzjoni minn fornitur jew korp stabbilit fit-territorju tagħhom. Dan ma għandux jaffettwa l-possibbiltà għall-Istati Membri li jitolbu garanziji ta’ assigurazzjoni jew finanzjarji fihom infushom, lanqas ma għandu jaffettwa r-rekwiżiti relatati mal-parteċipazzjoni f’fond ta’ kumpens kollettiv, bħal per eżempju għal membri ta’ korpi jew organizzazzjonijiet professjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-Regola 4 tal-Provision of services Regulations 2009 (Regolament tal-2009 dwar il-provvista ta’ servizzi) li jimplementa d-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Il-frażi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>skema ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> tfisser kull arranġament li għandu l-effett li jobbliga l-fornitur jew id-destinatarju ta’ servizz jikseb l‑awtorizzazzjoni ta’ awtorità kompetenti jew li jinnotifika awtorità kompetenti sabiex ikollu aċċess għal attività ta’ servizz jew sabiex jeżerċitaha […]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont ir-Regola 18(2) sa (4) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>(2)</NO.P><TXT>Il-proċeduri u l-formalitajiet previsti minn awtorità kompetenti skont skema ta’ awtorizzazzjoni ma għandhomx</TXT><?PAGE NO="6"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ikunu dissważivi, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jikkomplikaw mingħajr bżonn jew idewmu l-provvista tas-servizz.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-proċeduri u formalitajiet previsti minn awtorità kompetenti skont skema ta’ awtorizzazzjoni għandhom ikunu faċilment aċċessibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Kwalunkwe spiża prevista minn awtorità kompetenti li tista’ tirriżulta minn skema ta’ applikazzjoni fuq l-applikanti għandha tkun raġonevoli u proporzjonata għan-nefqa tal-proċeduri u formalitajiet ta’ awtorizzazzjoni skont l-iskema u m’għandhiex taqbeż in-nefqa tal proċeduri u formalitajiet.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-paragrafu 19 tal-Anness 3 tal-Local Government (Miscellaneous Provisions) Act 1982 [liġi tal-1982 dwar l-amministrazzjoni lokali (dispożizzjonijiet diversi)] jipprevedi li applikant għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ liċenzja għandu jħallas tariffa raġonevoli, stabbilita mill-awtorità kompetenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-kunsill muniċipali tal-belt ta’ Westminster huwa l-awtorità tal-għoti tal-liċenzja għall-istabbilimenti tas-sess, inklużi s-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>sex-shops<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, f’Westminster. Matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali kollu, T. M. Hemming <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kienu detenturi ta’ liċenzji għal sex-shops f’Westminster.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, waqt l-imsemmi perijodu u konformement mal-Anness 3, paragrafu 19 tal-Liġi tal-1982 dwar l-amministrazzjoni lokali (dispożizzjonijiet diversi), setgħet tiġi imposta tariffa sabiex tkopri mhux biss l-ispiża tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ liċenzja ta’ stabbiliment tas-sess, iżda wkoll dik tal-ispezzjoni tal-bini wara l-għoti tal-liċenzji bl-għan li tinżamm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>l-ordni ssorveljata<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> sabiex jiġu identifikati u pproċessati l-persuni li joperaw stabbilimenti tas-sess mingħajr liċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għaldaqstant, applikant għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ liċenzja ta’ stabbiliment tas-sess għal sena kwalunkwe kellu jħallas tariffa komposta minn żewġ partijiet: waħda konnessa mal-ipproċessar amministrattiv tal-applikazzjoni u li ma hijiex rimborsabbli, u l-oħra, ħafna ikbar, konnessa mal-ġestjoni tas-sistema ta’ liċenzjar u li tista’ tinġabar lura fil-każ li l-applikazzjoni tiġi miċħuda. Per eżempju, għas-sena 2011/2012, l-ammont totali tat-tariffa kien ta’ <FT TYPE="NUMBER">29102</FT> lira sterlina (GBP) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">37700</FT>) għal kull applikant, li minnhom GBP <FT TYPE="NUMBER">2667</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">3455</FT>) kienu għall-ipproċessar amministrattiv tal-liċenzja u li ma humiex rimborsabbli, filwaqt li r-rimanenti GBP <FT TYPE="NUMBER">26435</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">34245</FT>) kienu konnessi mal-ġestjoni tas-sistema ta’ liċenzjar u kienu jistgħu jinġabru lura fil-każ li l-applikazzjoni tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont T. M. Hemming <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, il-kunsill muniċipali tal-belt ta’ Westminster ma kellux dritt jimponi l-ħlas ta’ din it-tieni parti tat-tariffa. Is-somom korrispondenti, minkejja li jistgħu jinġabru lura fil-każ li l-applikazzjoni tiġi miċħuda, allegatament kienu dovuti minħabba l-ispejjeż marbuta mal-implementazzjoni tas-sistema ta’ liċenzjar, mingħajr rabta mal-ispiża tal-ipproċessar amministrattiv tal-applikazzjonijiet, u kellhom jiġu sostnuti mill-baġit ġenerali tal-kunsill muniċipali tal-belt ta’ Westminster jew kellhom jintalbu biss mingħand l-operaturi li l-applikazzjoni tagħhom intlaqgħet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>T. M. Hemming <HT TYPE="ITALIC">et</HT> rebħu quddiem il-qrati tar-Renju Unit li huma kienu adixxew b’rikors. Dawn qiesu li l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tkopri l-ispejjeż imposti kemm fuq l-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom tintlaqa’ kif ukoll fuq dawk li l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda u jipprekludi li awtorità li tagħti liċenzja timponi b’mod indistint fuq l-applikanti li jiksbu liċenzja u fuq dawk li l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda sabiex iħallsu l-ispiża tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet kontra l-persuni li joperaw stabbilimenti tas-sess f’Westminster, mingħajr liċenzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-applikanti li ma jiksbux il-liċenzja jistgħu jintalbu biss l-ispejjeż tal-ipproċessar tal-applikazzjoni tagħhom, inkluż l-eżami tal-kapaċità tagħhom li joperaw stabbiliment tas-sess, filwaqt li l-applikanti li jiksbuha jistgħu biss jiġu imposti fuqhom l-ispejjeż simili u, fil-każ li l-applikazzjoni tagħhom tiġġedded, dawk relatati mal-ispezzjoni tal-osservanza tal-obbligi marbuta mal-liċenzja tagħhom fil-passat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Adita b’appell mis-sentenza tal-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (Sezzjoni Ċivili), Ir-Renju Unit], il-qorti tar-rinviju qieset li l-approċċ ikkontestat quddiemha allegatament għandu l-konsegwenza li l-awtorità inkarigata mill-ġestjoni tas-sistema ta’ liċenzjar ikollha ssostni l-ispejjeż tal-funzjonament ta’ din is-sistema favur l-operaturi li kisbu liċenzja, peress li din l-awtorità ma tkunx tista’ timponi fuq applikant sabiex jikkontribwixxi għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-imsemmija sistema fuq l-operaturi ta’ stabbilimenti tas-sess li ma jkollhomx liċenzja, minkejja li din il-ġestjoni tiffavorixxi lill-operaturi ta’ tali stabbilimenti li huma detenturi ta’ liċenzja. Għal dan l-għan, l-imsemmija awtorità għandha tirrikorri għall-fondi ġenerali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi dwar liema hija s-soluzzjoni għal organi regolatorji jew organizzazzjonijiet professjonali oħra li jirrikorru għal skemi simili, li jista’ jkun li ma jkollhomx fondi ġenerali u lanqas is-setgħa li jiġbru fondi b’mod jew b’ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Minkejja li l-qorti tar-rinviju hija konvinta li skema li skontha l-applikant għandu jħallas tariffa addizzjonali sabiex ikopri l-ispejjeż marbuta mal-funzjonament u mas-sorveljanza tas-sistema ta’ liċenzjar meta l-applikazzjoni tintlaqa’ hija konformi mal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, hija tistaqsi dwar il-kompatibbiltà tal-iskema applikata mill-kunsill muniċipali tal-belt ta’ Westminster miegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, din il-qorti tirrileva li hija ma għandha ebda element li jippermetti li wieħed iqis li r-rekwiżit li skontu applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas ta’ somma li tista’ tinġabar lura fil-każ li din tiġi miċħuda jkun jista’ jiddisswadi lil xi operaturi milli jippreżentaw applikazzjoni għal liċenzja ta’ stabbiliment tas-sess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-fatt li wieħed ikollu jħallas somma bil-quddiem, sakemm tingħata deċiżjoni ta’ għoti jew ta’ rifjut ta’ liċenzja, effettivament jikkostitwixxix spiża għal applikant għal liċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Supreme Court of the United Kingdom (qorti suprema tar-Renju Unit) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Meta applikant għall-għoti jew tiġdid ta’ liċenzja ta’ stabbiliment tas-sess ikollu jħallas tariffa maqsuma f’żewġ partijiet, waħda konnessa mal-amministrazzjoni tal-applikazzjoni u li ma hijiex rimborsabbli, l-oħra għall-ġestjoni tas-sistema ta’ liċenzjar u li hija rimborsabbli [tista’ tinġabar lura] jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit li titħallas tariffa, inkluża t-tieni parti li hija rimborsabbli [tista’ tinġabar lura], ifisser, bħala kwistjoni ta’ dritt Ewropew u xejn iktar, li l-intimati sostnew spiża għall-applikazzjonijiet tagħhom li tmur kontra l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva [dwar is-servizzi] sa fejn din taqbeż l-ispiża sostnuta mill-Westminster City Council għall-ipproċessar tal-applikazzjoni?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-konklużjoni li tali rekwiżit għandu jiġi kkunsidrat li jinvolvi spiża – jew, jekk għandu jitqies bħala tali, spiża li taqbeż l-ispiża sostnuta mill-Westminster City Council għall-ipproċessar tal-applikazzjoni – tiddependi fuq l-effett ta’ ċirkustanzi ulterjuri (u jekk iva, liema), per eżempju:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>provi li jistabbilixxu li l-ħlas tat-tieni parti li hija rimborsabbli [tista’ tinġabar lura] kien jinvolvi jew x’aktarx jinvolvi lil applikant f’xi spejjeż jew telf,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-daqs tat-tieni parti li hija rimborsabbli [tista’ tinġabar lura] u t-tul ta’ żmien li tinżamm qabel ma jsir ir-rimbors, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>kull iffrankar fl-ispejjeż […] fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet (u għalhekk fl-ispiża mhux rimborsabbli tagħhom) li tirriżulta mir-rekwiżit tal-ħlas bil-quddiem taż-żewġ partijiet tat-tariffa li għandhom jitħallsu mill-applikanti kollha?<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tfittex li ssir taf jekk l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rekwiżit tal-ħlas, fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni, ta’ tariffa li parti minnha tikkorrispondi għall-ispejjeż marbuta mal-ġestjoni u mal-infurzar tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni kkonċernata, anki jekk din il-parti tista’ tinġabar lura fil-każ li din l-applikazzjoni tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tingħata interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jittieħed kont mhux biss tat-termini tagħha, iżda wkoll tal-kuntest tagħha u tal-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tifforma parti (ara, b’mod partikolari, is‑sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Verband Sozialer Wettbewerb</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:563">EU:C:2016:563</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu qabelxejn jiġi rrilevat li l-punt ta’ jekk it-tariffa dovuta minn applikant tistax tinġabar lura fil-każ li l-applikazzjoni tiegħu għal liċenzja tiġi miċħuda ma għandu l-ebda effett fuq l-identifikazzjoni ta’ spiża fis-sens tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Fil-fatt, il-fatt li wieħed ikollu jħallas tariffa jikkostitwixxi obbligu finanzjarju, u għaldaqstant spiża, li l-applikant għandu jħallas sabiex l-applikazzjoni tiegħu tittieħed inkunsiderazzjoni, indipendentement mill-fatt li l-ammont jista’ jinġabar lura sussegwentement fil-każ li din l-applikazzjoni tiġi miċħuda. Dan huwa iktar u iktar minnu peress li l-għan tal-imsemmi artikolu, moqri fid-dawl tal-premessi 39, 42 u 43 ta’ din id-direttiva, huwa dak li jiġi evitat li ċerti aspetti tal-proċeduri u tal-formalitajiet ta’ awtorizzazzjoni jiskoraġġixxu l-aċċess għall-attivitajiet ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sabiex ikunu jikkonformaw mal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, l-ispejjeż imsemmija għandhom, skont din id-dispożizzjoni, ikunu raġonevoli u proporzjonati man-nefqa tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u ma għandhomx jaqbżu n-nefqa ta’ dawn il-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-ammont ta’ tali spejjeż ma jistax, fir-rigward ta’ dawn ir-rekwiżiti, fi kwalunkwe każ jaqbżu n-nefqa tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni inkwistjoni, għandu jiġi eżaminat jekk l-ispejjeż marbuta mal-ġestjoni u mal-infurzar tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni fl-intier tagħha jistgħux jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>nefqa tal-proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja għad ma kellhiex l-okkażjoni tinterpreta dan il-kunċett fil-kuntest tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, hija diġà ppreċiżat, f’kuntest ieħor, li, sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta’ drittijiet ta’ natura remuneratorja, Stat membru jista’ jieħu inkunsiderazzjoni mhux biss in-nefqiet, materjali u salarjali, li huma marbuta direttament mat-twettiq tal-operazzjonijiet li tagħhom huma<?PAGE NO="9"?> jikkostitwixxu l-korrispettiv, iżda anki l-frazzjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-amministrazzjoni kompetenti li huma imputabbli għal dawn l-operazzjonijiet (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971202">2 ta’ Diċembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Fantask <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:580">EU:C:1997:580</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tippreċiża, barra minn hekk, fir-rigward ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tippermetti b’mod espliċitu li, fil-kalkolu tal-ispejjeż amministrattivi, jittieħed kont ta’ dawk relatati mal-implementazzjoni, mal-ġestjoni u mal-kontroll ta’ sistema ta’ liċenzjar individwali, li l-ispejjeż mittieħda inkunsiderazzjoni ma jistgħux jinkludu l-ispejjeż marbuta mal-attività ġenerali ta’ sorveljanza tal-awtorità inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060919">19 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>i-21 Germany u Arcor</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑392/04 u C‑422/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:586">EU:C:2006:586</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, din il-kunsiderazzjoni tapplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> fir-rigward tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li, minn naħa, jirrigwarda biss in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>nefqa tal-proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> u, min-naħa l-oħra, ifittex l-għan li jiffaċilita l-aċċess għall-attivitajiet ta’ servizzi. Fil-fatt, dan l-għan ma jistax jintlaħaq minn rekwiżit ta’ prefinanzjament tal-ispejjeż marbuta mal-ġestjoni u mal-infurzar, li jinkludu b’mod partikolari n-nefqa marbuta mal-identifikazzjoni u mar-repressjoni tal-attivitajiet mhux awtorizzati, tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rekwiżit tal-ħlas, fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni, ta’ tariffa li parti minnha tikkorrispondi għall-ispejjeż marbuta mal-ġestjoni u mal-infurzar tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni kkonċernata, anki jekk dik il-parti tista’ tinġabar lura fil-każ li dik l-applikazzjoni tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rekwiżit tal-ħlas, fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni, ta’ tariffa li parti minnha tikkorrispondi għall-ispejjeż marbuta mal-ġestjoni u mal-infurzar tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni kkonċernata, anki jekk dik il-parti tista’ tinġabar lura fil-każ li dik l-applikazzjoni tiġi miċħuda.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>