|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2654 |
9.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2654
tat-8 ta’ Ottubru 2024
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 (1) |
|
(2) |
Il-miżuri restrittivi stipulati fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 japplikaw sal-31 ta’ Ottubru 2024. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 fiha rekwiżit lil-miżuri restrittivi stipulati fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) tagħha jiġu rieżaminati f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li dawk il-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta’ Ottubru 2025. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“6. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(2) u fl-Artikolu 3(3) u (4) għandhom japplikaw sal-31 ta’ Ottubru 2025.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
VARGA M.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2654/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)