31997R0314



Official Journal L 051 , 21/02/1997 P. 0034 - 0036


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/97

tal-20 ta' Frar 1997

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1] kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/96 [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi l-Artikolu 11(1) ta' Regolament (KEE) Nru 2092/91 jistipula li prodotti li huma impurtati minn pajjiż terz jistgħu jiġu mqiegħda fis-suq biss meta joriġinaw minn pajjiż terz li jidher f'lista mwaqqfa apposta skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu; billi tali lista ġiet imniżżla fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 94/92 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 522/96 [4];

Filwaqt li l-Arġentina, l-Ungerija u l-Isvizzera applikaw mal-Kummissjoni sabiex temenda t-termini ta' l-inklużjoni tagħhom fil-lista li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u daħħlu l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 94/92;

Filwaqt li l-Olanda daħħlet talba sabiex iżżid lil Skal bħala waħda mill-organizazzjonijiet ta'spezzjonar fl-Ungerija. Billi din l-organizazzjoni ta' spezzjonar ġiet stmata qabel mill-Olanda u l-Kummissjoni ressqet din it-talba lill-awtoritajiet ta' l-Ungerija; filwaqt li l-Ungerija aċċettat l-inklużjoni ta' din l-organizazzjoni ta' spezzjonar;

Filwaqt li l-eżami ta' l-informazzjoni li ddaħħlet wasslet għall-konklużjoni li l-ħtiġijiet huma ekwivalenti għal dawk li jirriżultaw mil-leġislazzjoni tal-Komunità;

Billi, għal raġunijiet ta' kjarezza, huwa xieraq li f'dan ir-Regolament tkun ipprovduta għal lista kompluta ta' pajjiżi terzi aċċettati bi qbil mad-dettami ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

Billi, għall-ħidma ta' l-amministrazzjoni ta' kull pajjiż terz, l-organizzazzjoni responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' spezzjonar li għalih hemm referenza fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandhom ikunu identifikati;

Billi l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li għalih hemm referenza fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 94/92 hu mibdul bl-Anness għar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1997.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

[2] ĠU L 59, tat-8.3.1996, p. 10.

[3] ĠU L 11, tas-17.1.1992, p. 14.

[4] ĠU L 77, tas-27.3.1996, p. 10.

--------------------------------------------------

ZAŁĄCZNIK

"

ANNESS

IL-LISTA TAL-PAJJIŻI TERZI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET RILEVANT

L-ARĠENTINA

1. Il-Kategoriji tal-prodotti:

(a) prodotti mhux ipproċessati ta' l-uċuħ tar-raba' fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

(b) l-oġġetti ta' l-ikel essenzJalment ta' ingredjent jew iktar ta' oriġini mill-pjanti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 (1) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91

2. L-Oriġini: il-prodotti tal-kategorija 1 (a) u l-ingredjenti mkabbra b'mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1 (b) kienu mkabbra fl-Arġentina

3. Il-Korpi ta' l-ispezzjoni: L-Instituto Argentino para la Certificación y Promoción de Productos Agropecuarios Orgánicos SRL (Argencert) u L-Organización Internacional Agropecuaria (OIA)

4. Il-Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati: bħal fi 3

5. It-Tul taż-żmien ta' l-inklużjoni: 30. 6. 2000

L-AWSTRALJA

1. Il-Kategoriji tal-prodotti:

(a) il-prodotti mhux ipproċessati ta' l-uċuħ tar-raba fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

(b) l-oġġetti ta' l-ikel komposti essenzJalment minn ingredjent jew iktar ta' oriġini mill-pjanti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 (1) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91

2. L-Oriġini: il-prodotti tal-kategorija 1 (a) u ingredjenti mkabbra b'mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1 (b) kienu mkabbra fl-Awstralja

3. Il-Korp ta' l-ispezzjoni: L-Australian Quarantine and Inspection Service (AQUIS) - (Is-Servizz Awtraljan tal-Korantina u l-Ispezzjon (ACQUIS))

4. Il-Korp li joħroġ ċ-ċertifikati: bħal fi 3

5. It-Tul taż-żmien ta' l-inklużjoni: 30. 6. 2000

L-UNGERIJA

1. Il-Kategoriji ta' prodotti:

(a) prodotti mhux ipproċessati ta' l-uċuħ tar-raba' fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

(b) l-oġġetti ta' l-ikel komposti essenzjalment minn ingredjent jew iktar ta' oriġini mill-pjanti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 (1) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91

2. L-Oriġini: il-prodotti tal-kategorija 1 (a) u l-ingredjenti mkabbra b'mod organiku tal-kategorija 1 (b) ġew imkabbra fl-Ungerija

3. Il-Korpi ta' l-ispezzjoni::-Assoċjazzjoni Biokultura u l-iSkal

4. Il-Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati: L-Assoċjazzjoni Biokultura u l-iSkal (bl-Uffiċċju fl-Ungerija)

5. It-Tul taż-żmien ta' l-inklużjoni: 30. 6. 1998

L-IŻRAEL

1. Il-Kategoriji tal-prodotti:

(a) il-prodoti mhux ipproċessati ta' l-uċuħ tar-raba' fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

(b) l-oġġetti ta' l-ikel komposti essenzjalment minn ingredjent jew iktar ta' oriġini mill-pjanti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 (1) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91

2. L-Oriġini: il-prodotti tal-kategorija 1 (a) u l-ingredjenti mkabbra b'mod organiku tal-katgorija 1 (b) ġew imkabbra fl-Iżrael

3. Il-Korpi ta' l-ispezzjoni: Il-Ministry of Agriculture, Plant Protection and Inspection Services (PPIS) - (Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura, il-Protezzjoni tal-Pjanti u s-Servizzi ta' l-Ispezzjoni (PPIS), - jew il-Ministry of Industry and Trade, Food and Vegetables Products, Export Foodstuffs Inspection Service - (il-Ministeru ta' l-Industrija u l-Kummerċ, il-Prodotti ta' l-Ikel u l-Ħxejjex ta' l-Ikel, is-Servizz ta' l-Ispezzjoni ta' l-Esportazzjoni ta' l-Oġġetti ta' l-Ikel)

4. Il-Korp li joħroġ iċ-ċertifikati: bħal fi 3

5. It-Tul taż-żmien ta' l-inklużjoni: 30. 6. 2000

L-IŻVIZZERA

1. Il-Kategoriji tal-prodotti:

(a) il-prodotti mhux ipproċessati ta' l-uċuħ tar-raba' fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

(b) l-oġġetti ta' l-ikel komposti essenzjalment minn ingredjent jew iktar ta' oriġini mill-pjanti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 (1) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91

2. L-Oriġini: il-prodotti tal-kategorija 1 (a) u l-ingredjenti mkabbra b'mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1 (b) ġew imkabbra fl-Isvizzera jew ġew importati fl-Isvizzera:

- jew mill-Komunità Ewropea,

- jew minn pajjiż terz fil-qafas ta' reġim li huwa magħruf bħala ekwivalenti skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

- jew minn pajjiż terz li għalih Stat Membru ta' l-UE aċċetta skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 (6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 illi l-istess prodott kien prodott u spezzjonat f'dan il-pajjiż taħt l-istess arranġamenti kif aċċettati mill-Istat Membru ta' l-UE

3. Il-Korpi ta' l-ispezzjoni: Il-Vereinigung Schweizerischer Biologischer Landbauorganisationen (VSBLO), l-Institut für Marktökologie (IMO) u l-Forschungsinstitut für Biologischen Landbau (FIBL)

4. Il-Korp li joħroġ iċ-ċertifikati: bħal fi 3

5. It-Tul taż-żmien ta' l-inklużjoni: 30. 6. 1998.'

"

--------------------------------------------------