|
18.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 14/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Novembru 2013
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet
(2014/15/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandhom ikunu stipulati fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-futur, pjuttost milli jiġu definiti każ b’każ għal kull operazzjoni kkonċernata. |
|
(2) |
Wara l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni mill-Kunsill fit-13 ta’ Novembru 2012 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà nnegozjat ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet (“il-Ftehim”). |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex ikun jorbot lill-Unjoni.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim. (1)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.