<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-181/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0181</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:51">EU:C:2022:51</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220125">25.1.2022</DATE> – Kawża C‑181/20</HT></P><P>VYSOČINA WIND</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20220125">25 ta’ Jannar 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2012/19/UE</KEYWORD><KEYWORD>Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ finanzjament tal‑ispejjeż relatati mal‑immaniġġar tal‑iskart minn pannelli fotovoltajċi</KEYWORD><KEYWORD>Effett retroattiv</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ċertezza legali</KEYWORD><KEYWORD>Traspożizzjoni mhux korretta ta’ direttiva</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà tal‑Istat Membru</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑181/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nejvyšší soud (il-Qorti Suprema, ir‑Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, li waslet fil‑Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20200424">24 ta’ April 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">VYSOČINA WIND a.s.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Česká republika – Ministerstvo životního prostředí,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL‑ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, L. Bay Larsen, Viċi President, A. Arabadjiev (Relatur), A. Prechal, K. Jürimäe, C. Lycourgos, E. Regan, N. Jääskinen, I. Ziemele u J. Passer, Presidenti ta’ Awla, M. Ilešič, T. Von Danwitz, M. Safjan, A. Kumin u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal VYSOČINA WIND a.s., minn M. Flora, advokát,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u L. Dvořáková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u S. Heimerl, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Parlament Ewropew, minn C. Ionescu Dima, O. Hrstková Šolcová u W. D. Kuzmienko, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn A. Maceroni u M. Moore, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Haasbeek u P. Ondrůšek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal‑<DATE ISO="20210715">15 ta’ Lulju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 13 tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal‑<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE> dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="197" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 197, p. 38</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn impriża li topera impjant tal‑enerġija solari, VYSOČINA WIND a.s., u ċ-Česká republika – Ministerstvo životního prostředí (il-Ministeru għall-Ambjent, ir‑Repubblika Ċeka) dwar talba għal kumpens imressqa minn din il‑kumpannija għad-dannu li hija ġarrbet minħabba t‑traspożizzjoni allegatament mhux korretta tad-Direttiva 2012/19.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2002/96/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20030127">27 ta’ Jannar 2003</DATE> dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 359), kienet tipprovdi, fl-Artikolu 7(3) tagħha li, bil-għan li jiġu kkalkolati l-miri ta’ rkupru tal-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi, jew it‑terzi li jaġixxu f’isem il-produtturi, iżommu rekords dwar il-massa tal-WEEE, il-komponenti, il-materjal jew is-sustanzi tiegħu meta dan jidħol (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>input<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) fil‑faċilità ta’ trattament u meta dan joħroġ minnha (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>output<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u/jew meta dan jidħol (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>input<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) fil-faċilità ta’ rkupru jew ta’ riċiklaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Finanzjament rigward WEEE minn utenti oħra għajr djar privati<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sat‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE>, il‑finanzjament ta’ l-ispejjeż għall-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r‑rimi/qerda b’mod ambjentali sod ta’ WEEE minn utenti oħra għajr djar privati minn prodotti li jinħarġu fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> irid jiġi pprovdut minn produtturi.</ALINEA><ALINEA>Għal WEEE minn prodotti li jinħarġu fis-suq qabel it‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> (skart storiku), il-finanzjament ta’ l-ispejjeż tat-tmexxija għandhom jiġu pprovduti minn produtturi. L-Istati Membri<?PAGE NO="3"?> jistgħu, bħala alternattiva, jipprovdu li utenti oħra għajr djar privati jsiru wkoll, parzjalment jew totalment, responsabbli għal dan il‑finanzjament.</ALINEA><ALINEA>Produtturi u utenti oħra għajr djar privati jistgħu, mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, jikkonkludu ftehim li jistipula metodi oħra ta’ finanzjament.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/96, kif emendata bid‑Direttiva 2008/34/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20080311">11 ta’ Marzu 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 81, p. 65</REF.DOC.OJ>), kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa sabiex tadatta l-Artikolu 7(3), l‑Anness IB (b’mod partikolari bil-għan li potenzjalment iżżid id-dwal fid-djar, bozoz tal‑filament u prodotti fotovoltajċi, per eżempju, panels solari), l-Anness II, (b’mod partikolari billi tikkunsidra l-iżviluppi ġodda tekniċi għat-trattament tal‑WEEE), u l-Annessi III u IV għall‑progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adottata. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).</ALINEA><ALINEA>Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta inter alia, il-produtturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, riċiklaturi, operaturi tat-trattament, organizzazzjonijiet ambjentali u għaqdiet ta’ l‑impjegati u tal-konsumaturi.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2003/108/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessa 3 tad-Direttiva 2003/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tat‑<DATE ISO="20031208">8 ta’ Diċembru 2003</DATE> li temenda d-Direttiva 2002/96 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 692), tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Skond id-Dikjarazzjoni Konġunta, il-Kummissjoni eżaminat l‑implikazzjonijiet finanzjarji għal produtturi li jirriżultaw mill-kliem attwali ta’ l-Artikolu 9 tad‑Direttiva [2002/96], u sabet li l-obbligu ta’ teħid lura għal STEE imqiegħed fis-suq fl-imgħoddi joħloq responsabbilt[à] retroattiva li dwarha ma kienet saret ebda disposizzjoni u li aktarx ser tesponi ċerti produtturi għal riskji ekonomiċi serji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/108 issostitwixxiet l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/96 permezz tat-test sussegwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, sat‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE>, il‑finanzjament ta’ l-ispejjeż dwar ġbir, trattament, irkuprar u r-rimi skond ħtiġijiet ambjentali ta’ STEE minn utenti għajr djar privati ta’ prodotti mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> għandu jsir mill‑produtturi..</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, sat‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE>, dwar STEE minn prodotti mqiegħda fis-suq qabel it‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> (skart storiku), il‑finanzjament għall-ispejjeż ta’ amministrazzjoni ikun kif preskritt fit-tielet u r‑raba’ subparagrafi.</ALINEA><ALINEA>Dwar skart storiku mibdul bi prodotti ġodda ekwivalenti jew bi prodotti ġodda bl‑istess funzjoni, il-finanzjament ta’ l-ispejjeż għandu jkun ir‑responsabbilt[à] tal‑produtturi ta’ dawk il-prodotti meta jfornuhom. L‑Istati Membri jistgħu, alternattivament, jiddisponu li utenti għajr djar privati ikunu wkoll responsabbli, parzjalment jew totalment, għal dan il‑finanzjament..</ALINEA><ALINEA>Dwar skart storiku ieħor, il-finanzjament ta’ l-ispejjeż għanu jkun ir‑responsabbilt_ ta’ l-utenti għajr djar privati.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Produtturi u utenti għajr djar privati jistgħu, bla ħsara għal din id‑Direttiva, jikkonkludu ftehimiet li jistipulaw metodi oħra ta’ finanzjament<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2008/98/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20081119">19 ta’ Novembru 2008</DATE> dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 312, p. 3</REF.DOC.OJ>) tiddefinixxi, fl-Artikolu 3(1) tagħha, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>skart<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skond il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, l-ispejjeż ta’ l‑immaniġġar ta’ l‑iskart għandhom jinġarru mill-produttur oriġinali ta’ l-iskart jew mid-detentur attwali jew ta’ qabel ta’ l-iskart.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-ispiża ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart għandha tinġarr parzjalment jew b’mod sħiħ mill-produttur tal‑prodott li minnu jkun ġie l-iskart u li d-distributuri ta’ tali prodott jistgħu jikkondividu dawn l‑ispejjeż.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2012/19</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2012/19 ħassret id-Direttiva 2002/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 12 u 23 tad-Direttiva 2012/19 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>(9)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tkopri [t-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE)] kollu użat minn konsumaturi u EEE maħsub għall-użu professjonali. Din id‑Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal‑leġiżlazzjoni tal‑Unjoni dwar rekwiżiti ta’ sikurezza u ta’ saħħa li jipproteġu l-atturi kollha f’kuntatt ma’ WEEE kif ukoll leġiżlazzjoni dwar ġestjoni ta’ skart speċifiku Komunitarju [għal‑leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni dwar il‑ġestjoni tal-iskart] […] u [għal]l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-disinn ta’ prodotti […]. L-objettivi ta’ din id-Direttiva jistgħu jinkisbu mingħajr ma jkunu inklużi installazzjonijiet fissi ta’ skala kbira bħal pjattaformi taż-żejt, sistemi għat-trasport tal-bagalji fl‑ajruporti jew liftijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Madankollu, kull tagħmir li mhuwiex iddisinjat u installat speċifikament bħala parti minn dawk l-installazzjonijiet, u li jista’ jissodisfa l-funzjoni tiegħu anki jekk ma jkunx parti minn dawk l‑installazzjonijiet, għandu jiġi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id‑Direttiva. Dan jirriferi pereżempju għal tagħmir bħal tagħmir ta’ tidwil jew pannelli fotovoltajċi.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>It-twaqqif, permezz ta’ din id-Direttiva, ta’ responsabbiltà tal‑produttur huwa wieħed mill-mezzi li jinkoraġġixxu disinn u produzzjoni ta’ EEE li jqisu b’mod sħiħ u jiffaċilitaw it-tiswija, it‑titjib possibbli, l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tiegħu.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>[…] L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-produtturi biex jieħdu r‑responsabbiltà sħiħa għall-ġbir tal-WEEE b’mod partikolari billi jiffinanzjaw il-ġbir tal-WEEE tul il-katina tal‑iskart kollha, [b’mod] konformi mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Sabiex jingħata effett massimu lill-kunċett ta’ responsabbiltà tal-produttur, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-iskart mill‑prodotti tiegħu stess. Il-produttur għandu jkun jista’ jagħżel li jwettaq dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Meta jqiegħed prodott fis-suq, kull produttur għandu jipprovdi garanzija finanzjarja biex jipprevjeni li l-ispejjeż għall-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti orfni jiġġarrbu mis-soċjetà jew mill-bqija tal-produtturi. Ir-responsabbiltà għall‑finanzjament tal-ġestjoni ta’ skart storiku għandha tinqasam bejn il‑produtturi kollha eżistenti fi skemi ta’ finanzjament kollettivi li għalihom il-produtturi kollha li jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż jikkontribwixxu proporzjonalment. […] Fil-każ ta’ prodotti li għandhom ħajja twila, u li issa huma koperti minn din id-Direttiva, bħal pannelli fotovoltajċi, għandu jsir l‑aħjar użu possibbli tas-sistemi eżistenti għall-ġbir u r-riċiklaġġ, ġaladarba r‑rekwiżiti korrispondenti għal din id-Direttiva jiġu rispettati.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jippreċiża li din <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>tistabbilixxi miżuri għall‑protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal‑prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l‑ġestjoni tal-iskart minn [WEEE] u bit-tnaqqis tal-impatti ġenerali mill‑użu ta’ riżorsi u t-titjib tal‑effiċjenza f’dan it-tip ta’ użu skont l‑Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva [2008/98], u b’hekk jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/19 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għal [EEE] kif ġej.</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>mit‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE> sal‑<DATE ISO="20180814">14 ta’ Awwissu 2018</DATE> (perjodu tranżizzjonali), soġġett għall-paragrafu 3, għal EEE li jaqa’ fil‑kategoriji elenkati fl‑Anness I. L-Anness II fih lista indikattiva ta’ EEE li jaqa’ fil-kategoriji elenkati fl-Anness I;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>mill‑<DATE ISO="20180815">15 ta’ Awwissu 2018</DATE>, suġġett għall-paragrafi 3 u 4, għall‑EEE kollu. L‑EEE kollu għandu jkun ikklassifikat fi ħdan il‑kategoriji stabbiliti fl‑Anness III. L-Anness IV fih lista mhux eżawrjenti ta’ EEE li jaqa’ fil‑kategoriji elenkati fl-Anness III (ambitu mhux ristrett).<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1)(a) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>tagħmir elettriku u elettroniku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>EEE<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tagħmir li huwa dipendenti fuq kurrenti tal‑elettriku jew kampijiet elettromanjetiċi biex jaħdem b’mod adatt u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u kampijiet ta’ dan it-tip u ddisinjat għall-użu ma’ vultaġġ massimu li ma jaqbiżx l‑1 000 volt għal kurrent alternanti u <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> volt għal kurrent dirett<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(1)(e) tal-istess direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>WEEE<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>tagħmir elettriku jew elettroniku li huwa skart fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad‑Direttiva [2008/98], inklużi l-komponenti kollha, is-submontaturi u l-oġġetti tal-konsum li huma parti mill-prodott fil-waqt li jintrema<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal‑leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-funzjonament korrett tas-suq intern u dwar id-disinn tal-prodott, […] jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn il‑produtturi u dawk li jirriċiklaw u miżuri li jippromwovu d-disinn u l‑produzzjoni ta’ EEE,<?PAGE NO="6"?> notevolment fid-dawl li jiffaċilitaw l-użu mill‑ġdid, iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE, il-komponenti u l‑materjali tagħhom. […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2012/19, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Finanzjament tal-WEEE minn djar privati<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jipprovdi, fil-paragrafu 4 tiegħu, li l-WEEE minn prodotti mqiegħda fis‑suq qabel it‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> jew f’dik id‑data għandu jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>skart storiku<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Finanzjament tal-WEEE minn utenti għajr djar privati<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament tal-ispejjeż għall-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill‑ambjent tal-WEEE minn utenti għajr djar privati li jirriżultaw minn prodotti mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> jkun ipprovdut mill-produtturi.</ALINEA><ALINEA>Għal skart storiku li qed jinbidel bi prodotti ġodda ekwivalenti jew bi prodotti ġodda bl-istess funzjoni, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jkun ipprovdut mill‑produtturi ta’ dawk il-prodotti meta jfornuhom. L‑Istati Membri jistgħu, alternattivament, jistipulaw li utenti għajr djar privati jsiru wkoll responsabbli, parzjalment jew totalment, għal dan il‑finanzjament.</ALINEA><ALINEA>Għal skart storiku ieħor, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jkun ipprovdut mill‑utenti għajr djar privati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Produtturi u utenti għajr djar privati jistgħu, mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, jikkonkludu ftehimiet li jistipulaw metodi oħra ta’ finanzjament.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 24(1) tal-imsemmija direttiva jippreċiża dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id‑dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id‑Direttiva sal‑<DATE ISO="20140214">14 ta’ Frar 2014</DATE>. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill‑Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Anness I tad-Direttiva 2012/19, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Kategoriji ta’ EEE koperti minn din id-Direttiva matul il-perjodu tranżizzjonali kif previst fl-Artikolu 2(1)(a)<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, isemmi l-pannelli fotovoltajċi. Dawn huma msemmija wkoll fl-Anness II ta’ din id‑direttiva, li jinkludi lista indikattiva tal-EEE li jaqa’ fil-kategoriji elenkati fl‑imsemmi Anness I, kif ukoll fl-Anness IV tal-imsemmija direttiva, li jistabbilixxi l-lista mhux eżawrjenti ta’ EEE li jaqa’ fil-kategoriji elenkati fl‑Anness III tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ċek</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka implimentat l-obbligi tagħha taħt id‑Direttiva 2002/96, b’mod partikolari, permezz tal-adozzjoni taż‑zákon č. 185/2001 Sb., o odpadech a o změně některých dalších zákonů (il‑Liġi Nru 185/2001 dwar l-Iskart u li Temenda Ċerti Liġijiet Oħra, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Liġi dwar l-Iskart<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20120530">30 ta’ Mejju 2012</DATE>, ġie inkluż f’din il-liġi artikolu ġdid, l‑Artikolu 37p, li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-finanzjament tal‑ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi. Skont dan l-artikolu, l-operatur ta’ impjant solari għandu l-obbligu li jiffinanzja, permezz ta’ kontribuzzjonijiet għar‑riċiklaġġ, l-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn<?PAGE NO="7"?> pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>. Għal dan il-għan, ġie previst l‑obbligu għal dan l-operatur li jikkonkludi kuntratt, sa mhux iktar tard mit‑<DATE ISO="20130630">30 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li jiggarantixxi sistema kollettiva ta’ finanzjament, u dan sabiex l-imsemmi finanzjament jiġi żgurat sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20190101">1 ta’ Jannar 2019</DATE>. Fir-rigward tal-pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq wara l‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, dan l-obbligu jaqa’ fuq il-produttur tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>VYSOČINA WIND topera impjant tal-enerġija solari, li beda jopera fl‑2009 u li huwa mgħammar b’pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> iżda qabel l‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Konformement mal-obbligu previst fl-Artikolu 37p tal-Liġi dwar l-Iskart, din il‑kumpannija pparteċipat fil-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi u ħallset, f’dan ir-rigward, kontribuzzjonijiet ta’ ammont totali ta’ <FT TYPE="NUMBER">1613</FT> 773.24 koruna Ċeka (CZK) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">59500</FT>) matul is-snin 2015 u 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li VYSOČINA WIND qieset li dan l-obbligu kien jirriżulta direttament minn traspożizzjoni mhux korretta tad-Direttiva 2012/19 mir-Repubblika Ċeka, u li l-ħlas ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet kien jikkostitwixxi dannu, hija ppreżentat, quddiem l-Obvodní soud pro Prahu 10 (il-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 10, ir-Repubblika Ċeka), rikors għad-danni kontra dan l-Istat Membru. B’mod partikolari, hija qieset li l-Artikolu 37p tal-Liġi dwar l-Iskart imur kontra l‑Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 li jimponi fuq il-produttur tal-EEE, u mhux fuq l-utent tiegħu, il-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20180406">6 ta’ April 2018</DATE>, dik il-qorti laqgħet dak ir-rikors fl-intier tiegħu. Ir-Repubblika Ċeka appellat minn dik is-sentenza quddiem il-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga , ir-Repubblika Ċeka), li ċaħdet dak l‑appell bħala infondat permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>. Skont dik il-qorti, mill-kliem tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 jirriżulta b’mod ċar li l-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> għandu jiġi żgurat mill‑produtturi, b’mod li l-Artikolu 37p tal-Liġi dwar l-Iskart, billi jkompli jimponi dan l-obbligu fuq l-utenti, ma huwiex konformi ma’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka għalhekk ippreżentat appell ta’ kassazzjoni quddiem in‑Nejvyšší soud (il-Qorti Suprema, ir-Repubblika Ċeka) fejn sostniet, l-ewwel, li tali interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 twassal sabiex tagħti lil din id-dispożizzjoni natura retroattiva illegali. It-tieni, ċertu numru ta’ produtturi li qiegħdu fis-suq pannelli fotovoltajċi bejn is-sena 2005 u s-sena 2013 ma humiex iktar f’attività, fatt li jipprekludi li jiġi żgurat il-finanzjament tal‑ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart mill-imsemmija pannelli. It-tielet, ir-Repubblika Ċeka hija tal-opinjoni li l-assenza ta’ osservazzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura EU Pilot dwar it-traspożizzjoni, fid-dritt nazzjonali, tad-Direttiva 2012/19 kif ukoll l-assenza ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mibdija minn dik l-istituzzjoni fil-konfront tagħha jikkonfermaw li dan l-Istat Membru ttraspona korrettament id-Direttiva 2012/19, hekk kif ikkonfermat il-Kummissjoni matul laqgħa bilaterali li nżammet fl‑<DATE ISO="20181001">1 ta’ Ottubru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 sa fejn, għalkemm huwa paċifiku li din id-dispożizzjoni teżiġi li l-Istati Membri jimponu li l-produtturi jiffinanzjaw l‑ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi sa fejn dawn ikunu pannelli mqiegħda fis-suq wara l-iskadenza tat-terminu għat‑traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, fl‑<DATE ISO="20140214">14 ta’ Frar 2014</DATE>, u li, għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>iskart storiku<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq qabel it‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE>, l-Istati Membri jistgħu jimponu dan l-obbligu fuq l-utenti, tqum il-kwistjoni, għall-kuntrarju, tal-applikazzjoni ta’ dan l-obbligu ta’ finanzjament fil-każ ta’ skart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq bejn it‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> u l‑<DATE ISO="20140214">14 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, għandu, qabel kollox, jiġi ddeterminat il-mument li fih iqum l-obbligu ta’ finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi. F’dan ir-rigward, hija taqbel mal-pożizzjoni tar‑rikorrenti fil-kawża prinċipali li tgħid li dan l-obbligu huwa meqjus li jqum biss meta jiġi ġġenerat l-iskart u mhux, hekk kif tallega r-Repubblika Ċeka, meta jitqiegħdu fis-suq l-imsemmija pannelli. Konsegwentement, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Direttiva 2012/19 il-pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id‑direttiva, jiġifieri l‑<DATE ISO="20140214">14 ta’ Frar 2014</DATE>, u li jipproduċu skart wara din id-data, b’tali mod li l-obbligu hekk impost mill-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva bl‑ebda mod ma huwa retroattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-fatt li d‑Direttiva 2012/19 ġiet trasposta korrettament fl-ordinament ġuridiku Ċek peress li, l-ewwel, il-Kummissjoni stess ikkonstatat, waqt l-adozzjoni tad‑Direttiva 2003/108 li temenda d-Direttiva 2002/96, li l-obbligu ta’ finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn prodotti mqiegħda fis-suq qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din l-aħħar direttiva kien joħloq responsabbiltà retroattiva li tista’ tesponi lill-produtturi għal riskji ekonomiċi serji, fejn tali konstatazzjoni tista’ tiġi applikata b’mod simili għall-pannelli fotovoltajċi inklużi reċentement fil-kamp ta’ applikazzjoni tal‑leġiżlazzjoni tal-Unjoni permezz tad-Direttiva 2012/19. It-tieni, jiġu ppreġudikati l-aspettattivi leġittimi tal-produtturi tal-pannelli fotovoltajċi li ma setgħux jippreżupponu li tali obbligu ta’ finanzjament kien ser jiġi impost fuqhom għal skart minn pannelli diġà mqiegħda fis-suq fil-passat u li, għalhekk, ma kinux iffatturaw l-ispejjeż għal tali finanzjament fil-prezz tal-prodotti tagħhom. It-tielet, jidher illi hemm differenza fit-trattament bejn l-utenti li diġà kienu qegħdin jissodisfaw l-obbligu ta’ finanzjament previst mid-dritt nazzjonali qabel l‑iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/19 u dawk li ma kinux qegħdin jissodisfawh. Ir-raba’, il-qorti tar-rinviju tirrileva li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika tal-Awstrija lanqas ma ttrasponew l-imsemmija direttiva billi żammew l-obbligu għall-produtturi li jiffinanzjaw l-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn prodotti mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hija tistaqsi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkontradixxix id-dritt tal‑Unjoni inkwantu, wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/19, il-kuntratti, li l‑operaturi tal-impjanti tal-enerġija solari kienu meħtieġa jikkonkludu sabiex jiżguraw il-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi u li kienu jipprevedu l-ħlas bin-nifs tal-kontribuzzjonijiet relatati, inżammu minkejja li dan il-finanzjament jaqa’ fuq il-produttur skont l‑imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li n-Nejvyšší soud (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari sussegwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Direttiva [2012/19] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jimponi l-finanzjament tal-ispejjeż għall-ġbir, għat-trattament, għall-irkupru u għar-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE li jirriżulta minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fuq is-suq [sa mhux iktar tard mill]‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE> lill-utenti tagħhom, u mhux lill‑produtturi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda […], iċ-ċirkustanza, bħal dik [inkwistjoni fil-kawża prinċipali], li Stat Membru rregola huwa stess il‑modalitajiet ta’ finanzjament tal-iskart li jirriżulta minn pannelli fotovoltajċi saħansitra qabel l-adozzjoni tad-[D]irettiva [2012/19], li għadha kemm inkludiet il-pannelli fotovoltajċi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal‑leġiżlazzjoni tal-Unjoni u imponiet il-finanzjament tal-ispejjeż lill‑produtturi, u dan anki għall-pannelli li tqiegħdu fis-suq qabel l-iskadenza tat-terminu tat-traspożizzjoni [ta’ din id]-direttiva (u l-adozzjoni stess ta’ leġiżlazzjoni fil-livell tal-Unjoni), għandha effett għall-evalwazzjoni tal‑kundizzjonijiet għar-responsabbiltà tal-Istat Membu għad-dannu kkawżat lill-individwu bi ksur tad-dritt tal-Unjoni?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-Artikolu 61(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal‑Ġustizzja stiednet lill-partijiet fil-kawża prinċipali u lill-persuni kkonċernati l‑oħra msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex iwieġbu bil-miktub għal ċerti mistoqsijiet li jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-validità tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE> fuq l-utenti ta’ dawn il-pannelli u mhux fuq il‑produtturi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm din id-domanda tirrigwarda, formalment, biss l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tad‑Direttiva 2012/19, mill-motivi tat-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju qiegħda tistaqsi wkoll dwar il-validità ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tal-effett retroattiv eventwali tagħha. Essenzjalment, dik il-qorti tenfasizza li tali effett jista’ jirriżulta mill-fatt li, skont l-imsemmija dispożizzjoni, il-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi għandu jiġi sostnut mill-produtturi meta dan l-iskart jirriżulta minn prodotti mqiegħda fis‑suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE>, data li fiha t-terminu għat-traspożizzjoni stabbilit minn din id-direttiva ma kienx għadu skada. Għalhekk, l-istess dispożizzjoni tista’ toħloq responsabbiltà retroattiva li tista’ tesponi lill-produtturi għal riskji ekonomiċi serji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, għalkemm, fil-kuntest tat-tqassim tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l‑Qorti tal-Ġustizzja għall-applikazzjoni tal-Artikolu 267 TFUE, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jiddeċiedu dwar ir-rilevanza tad-domandi magħmula, madankollu jibqa’ rriżervat għall-Qorti<?PAGE NO="10"?> tal-Ġustizzja li tislet mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti nazzjonali dawk l-elementi tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu, fid‑dawl tas-suġġett tat-tilwima, interpretazzjoni jew evalwazzjoni ta’ validità (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200917">17 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Compagnie des pêches de Saint‑Malo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:726">EU:C:2020:726</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex tingħata risposta kompleta lill-qorti tar-rinviju, għandha tiġi eżaminata wkoll il-validità tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn l-imsemmija dispożizzjoni teżiġi li l‑finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi jiġi żgurat mill-produtturi għall-iskart minn dawn il-pannelli mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE>, jiġifieri f’data qabel id-dħul fis‑seħħ ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok, l-ewwel, li jiġi interpretat l-Artikolu 13(1) tad‑Direttiva 2012/19 hekk kif mitlub mill-qorti tar-rinviju. Fl-ipoteżi li din id‑dispożizzjoni jkollha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> fuq l‑utenti tagħhom u mhux fuq il-produtturi, ikun neċessarju, sussegwentement, li tiġi eżaminata l-validità tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, l-ewwel, li, skont ġurisprudenza stabbilita, interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax ikollha r-riżultat li ċċaħħad lill-formulazzjoni ċara u preċiża ta’ din id-dispożizzjoni minn kull effett utli (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Czop u Punakova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/11 u C‑148/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:538">EU:C:2012:538</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Għalhekk, meta s-sens ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta mingħajr ambigwità mill‑formulazzjoni stess tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax titbiegħed minn din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament tal-ispejjeż għall-ġbir, għat-trattament, għall-irkupru u għar-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE minn utenti għajr djar privati li jirriżulta minn prodotti mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> jiġi żgurat mill-produtturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(1)(e) ta’ din id-direttiva, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>WEEE<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jkopri t-tagħmir elettriku u elettroniku li jikkostitwixxi skart, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98, inklużi l-komponenti kollha, is‑submontaturi u l-oġġetti tal-konsum li jifformaw parti integrali mill-prodott fil‑mument tar-rimi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont l-Artikolu 2(1)(a) tagħha, id-Direttiva 2012/19 għandha tapplika, mill-perijodu tranżitorju ta’ bejn it‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE> u l‑<DATE ISO="20180814">14 ta’ Awwissu 2018</DATE>, għall-EEE li jaqa’ fil-kategoriji elenkati fl-Anness I tagħha, li jinkludu espliċitament il-pannelli fotovoltajċi, imsemmija wkoll fl-Anness II ta’ din id-direttiva li jispeċifika dawn il-kategoriji ta’ EEE kif ukoll fil-premessi 9 u 23 tagħha li jenfasizzaw, b’mod partikolari, li l-prodotti li għandhom ċiklu ta’ ħajja twil, bħall-pannelli fotovoltajċi, issa huma koperti mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’dan il-mod, hekk kif irrilevat, essenzjalment, l-Avukata Ġenerali fil-punt 29 tal‑konklużjonijiet tagħha, il-leġiżlatur tal-Unjoni wera l-intenzjoni tiegħu, mingħajr ebda ambigwità possibbli, li l-pannelli fotovoltajċi jitqiesu li huma EEE, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2012/19, u li dawn jaqgħu, għaldaqstant, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 jeżiġi li l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi taqa’ fuq il‑produtturi tagħhom u mhux fuq l-utenti meta dawn il-pannelli jkunu tqiegħdu fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bla ħsara għall-eżami tal-validità msemmi fil-punt 38 ta’ din is‑sentenza, l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-finanzjament tal‑ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> fuq l-utenti ta’ dawn il-pannelli u mhux fuq il-produtturi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din l-interpretazzjoni, huwa neċessarju, fit-tieni lok, hekk kif imsemmi fil-punti 37 u 38 ta’ din is-sentenza, li tiġi evalwata wkoll il-validità ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ċertezza legali, li jifforma parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jeżiġi li d-dispożizzjonijiet legali jkunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom, b’mod partikolari meta dawn ikun jista’ jkollhom konsegwenzi sfavorevoli fuq l-individwi u l-impriżi, sabiex il‑partijiet fil-kawża jkunu jistgħu jkunu jafu mingħajr ambigwità d-drittijiet u l‑obbligi tagħhom u jaġixxu konsegwentement (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0161">161</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190430">30 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>L‑Italja vs Il‑Kunsill (Kwota ta’ qabdiet ta’ pixxispad tal-Mediterran)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑611/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:332">EU:C:2019:332</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, minkejja li l-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi li dispożizzjoni legali ġdida tkun tapplika retroattivament, jiġifieri għal sitwazzjoni stabbilita qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, l-istess prinċipju jeżiġi li kull sitwazzjoni ta’ fatt għandha normalment, u bla ħsara għal indikazzjoni espressa kuntrarja, tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet legali kontemporanji għaliha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>A2A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:537">EU:C:2015:537</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Hungeod <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑496/18 u C‑497/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:240">EU:C:2020:240</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il‑ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dispożizzjoni legali ġdida tapplika immedjatament għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li tkun qamet taħt il-liġi preċedenti kif ukoll għas‑sitwazzjonijiet ġuridiċi l-ġodda (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>E.B.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:17">EU:C:2019:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Azienda Municipale Ambiente</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:371">EU:C:2020:371</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Bla ħsara għall-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti ġuridiċi, is-sitwazzjoni tista’ tkun madankollu differenti jekk id-dispożizzjoni l-ġdida tkun akkumpanjata b’dispożizzjonijiet speċifiċi li jiddeterminaw speċifikament il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Natuur en Milieu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:779">EU:C:2010:779</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Moravia Gas Storage</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑596/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:203">EU:C:2015:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>E.B.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:17">EU:C:2019:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni tista’ wkoll eċċezzjonalment tkun differenti, hekk kif l-Avukata Ġenerali rrilevat, essenzjalment, fil-punt 63 tal-konklużjonijiet tagħha, meta għan ta’ interess ġenerali jkun jeħtieġ dan u meta l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati jkunu debitament osservati (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050426">26 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Goed Wonen<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑376/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:251">EU:C:2005:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090319">19 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Mitsui &amp; Co. Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:167">EU:C:2009:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2012/19 jirriżulta li din id‑direttiva tapplika għat-tagħmir imsemmi fl-Anness I tagħha, fosthom il-pannelli fotovoltajċi, mit‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>, data li barra minn hekk tikkoinċidi ma’ dik tad-dħul fis-seħħ tagħha, jiġifieri, konformement mal-Artikolu 26 tal-imsemmija direttiva, l-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal‑Unjoni Ewropea</HT> li seħħet fl‑<DATE ISO="20120724">24 ta’ Lulju 2012</DATE>. Għall-kuntrarju, skont l‑Artikolu 24(1) tal-istess direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet tagħha sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20140214">14 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dispożizzjoni legali stabbilita fl-Artikolu 13(1) tad‑Direttiva 2012/19 tapplika, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, biss sa fejn l-operazzjonijiet għall-ġbir, għat-trattament, għall-irkupru u għar-rimi li ma jagħmilx ħsara lill‑ambjent tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi li huma elenkati fih jitwettqu mit‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>. Fil-fatt, fil-każ li tali operazzjonijiet ikunu twettqu qabel din id-data, il-pannelli inkwistjoni ma jkunux għadhom jeżistu iktar fl‑imsemmija data u l-ispejjeż relatati ma’ dawn l-operazzjonijiet ikunu diġà ġġarrbu fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2012/19, b’mod li l-Artikolu 13(1) tagħha ma jistax japplika għall-imsemmija operazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 47 u 48 ta’ din is-sentenza, għandu għalhekk jiġi ddeterminat jekk l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni legali, stabbilita fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19, li tipprovdi li l-produtturi jkunu meħtieġa jiżguraw il-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE>, meta dawn il‑pannelli jkunu saru jew ikunu ser isiru skart mit‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>, hijiex ta’ natura li tippreġudika sitwazzjoni stabbilita qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id‑direttiva jew jekk din l-applikazzjoni hijiex intiża, għall-kuntrarju, li tirregola l‑effetti futuri ta’ sitwazzjoni li tkun qamet qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li kienet teżisti qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/19, l-obbligu ta’ finanzjament tal‑ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi kien irregolat mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/98, li kien iħalli lill-Istati Membri l‑għażla li jeżiġu li l-ispejjeż għal dan l-immaniġġar jiġġarrbu jew mid-detentur attwali jew preċedenti tal-iskart jew mill-produttur jew mid-distributur tal-pannelli fotovoltajċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-każ fejn Stat Membru kien għażel, qabel l-adozzjoni tad‑Direttiva 2012/19, li jeżiġi li l-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi jiġġarrbu mill-utenti ta’ dawn il-pannelli u mhux mill‑produtturi tagħhom, hekk kif kien il-każ fir-Repubblika Ċeka, id-dħul fis‑seħħ tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19, flimkien mal-obbligu li din id‑dispożizzjoni tiġi trasposta fi ħdan l-ordinament ġuridiku nazzjonali kellu effett, hekk kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punti 53 u 57 tal-konklużjonijiet tagħha, fuq sitwazzjonijiet stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali bidla tal-allokazzjoni tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi li kienet tapplika bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti fid-data tat-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-pannelli u tal-bejgħ tagħhom bi prezz speċifiku, data u tranżazzjoni kummerċjali li l-produttur ma jistax jemenda <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, ma tistax titqies li tikkostitwixxi l-applikazzjoni ta’ regola ġdida għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni stabbilita taħt ir-reġim tar-regola preċedenti inkwantu l-effetti inkwistjoni huma diġà ċerti fl-aspetti kollha tagħhom u għalhekk stabbiliti, bid-differenza ta’ dawk li kienu inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal‑<?PAGE NO="13"?><REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Azienda Municipale Ambiente</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑15/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:371">EU:C:2020:371</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kienet tirrigwarda bidla, f’data li fiha l-landfill inkwistjoni kienet għadha operattiva, tal-perijodu ta’ manutenzjoni ta’ din il-landfill wara l‑għeluq tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Ċertament, il-validità ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax tiddependi fuq l-istat tad-dritt nazzjonali. Madankollu, meta l-leġiżlatur tal-Unjoni l-ewwel jagħti lill-Istati Membri l-għażla li jiddeterminaw l-allokazzjoni tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn ċerti prodotti u jiddeċiedi, sussegwentement, li jistabbilixxi regola li permezz tagħha dawn l-ispejjeż għandhom, fl-Istati Membri kollha, jiġġarrbu mill-produtturi, inkluż fir-rigward tal-prodotti li dawn kienu diġà qiegħdu fis-suq f’mument meta l-imsemmija leġiżlazzjoni preċedenti tal-Unjoni kienet fis-seħħ, għandu jitqies li din ir-regola tapplika retroattivament, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 47 ta’ din is‑sentenza, u għalhekk tista’ tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi vverifikat jekk l-Artikolu 13(1) tad‑Direttiva 2012/19, fid-dawl tal-fatt li dan japplika għall-pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq bejn it‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> u d-data tad-dħul fis-seħħ tad‑Direttiva 2012/19, jiġifieri t‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>, u li għalhekk jirregola sitwazzjonijiet stabbiliti qabel din l-aħħar data, josservax il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 48 u 49 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Ċertament, din ir-regola l-ġdida hija akkumpanjata minn dispożizzjonijiet speċjali li jiddeterminaw b’mod speċifiku l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha, fis-sens tal-imsemmija ġurisprudenza, inkwantu din tkopri b’mod espliċitu, u mingħajr ebda ambigwità, l-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq wara t‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE>. Madankollu, dispożizzjoni legali ġdida li tapplika għal sitwazzjonijiet stabbiliti preċedentement ma tistax titqies li hija konformi mal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti ġuridiċi sa fejn din tbiddel, <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> u b’mod imprevedibbli, l-allokazzjoni ta’ spejjeż li l-okkorrenza tagħhom ma tistax tiġi evitata iktar, peress li operaturi setgħu leġittimament jibbażaw ruħhom fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali fuq l-allokazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż prevista fil-leġiżlazzjoni eżistenti f’dak iż‑żmien, u b’hekk iċċaħħad lil dawn l-operaturi minn kull possibbiltà reali li jieħdu passi wara d-dħul fis-seħħ ta’ din ir-regola l-ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, l-applikazzjoni retroattiva ta’ regola ġdida tista’ wkoll tiġi ġġustifikata meta għan ta’ interess ġenerali jkun jeżiġi dan u meta l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati jkunu debitament osservati, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, l-applikazzjoni retroattiva tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 tkun tmur kontra l-għan iddikjarat fil-premessa 12 ta’ din id-direttiva li huwa intiż li jinkoraġġixxi lill-produtturi jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ u jiffaċilitaw, fil-mument tad-disinn tal-prodotti tagħhom, it-tiswija, it-titjib eventwali, l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tagħhom Fil-fatt, hekk kif sostna l-Gvern Ġermaniż fit-tweġibiet tiegħu għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li kellhom jingħataw tweġiba bil-miktub, it-twettiq ta’ tali għan jidher diffiċli li jintlaħaq peress li l-produtturi ma kinux f’pożizzjoni li jipprevedu, fil-mument tad-disinn tal-pannelli fotovoltajċi, li sussegwentement kienu ser ikunu meħtieġa jiżguraw il-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn dawn il-pannelli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt, irrilevat mill-Parlament, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni fit-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li kellhom jingħataw tweġiba bil-miktub, li, skont l-Artikolu 13 tad‑Direttiva 2002/96, il-pannelli fotovoltajċi jistgħu eventwalment jiżdiedu mal‑Anness I B ta’ din id-direttiva, fil-kuntest tal-emendi neċessarji għall-finijiet, b’mod partikolari, tal-adattament tal-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva, dwar il‑kalkolu tal-miri ta’ rkupru tal-WEEE li l-produtturi kienu meħtieġa jilħqu, għall-progress<?PAGE NO="14"?> xjentifiku u tekniku, dan ma jistax jinvalida r-raġunament espost fil-punti 47 sa 59 ta’ din is-sentenza. Ċertament, din id-dispożizzjoni kienet tindika, sa mis-sena 2002, il-fatt li l-produtturi ta’ pannelli fotovoltajċi setgħu jintalbu jġarrbu l-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart mill-pannelli mqiegħda fis-suq sa minn data futura li tkun prevista, jekk ikun il-każ, f’direttiva ġdida. Madankollu, din ma tistax issostni l-konklużjoni li dawn il-produtturi kellhom jistennew li l-obbligu ta’ finanzjament tal-ispejjeż relatati mal‑immaniġġar tal-iskart minn EEE, kif previst fl-Artikolu 13(1) tad‑Direttiva 2012/19, jiġi impost fuqhom għall-pannelli fotovoltajċi diġà mqiegħda fis-suq bejn it‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> u t‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-applikazzjoni retroattiva tal-Artikolu 13(1) tad‑Direttiva 2012/19 tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li għandha tiġi kkonstatata l-invalidità ta’ din id-dispożizzjoni sa fejn din timponi fuq il-produtturi l-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal‑immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq bejn it‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> u t‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 huwa invalidu sa fejn din id‑dispożizzjoni timponi fuq il-produtturi l-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq bejn it‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> u t‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-utenti ta’ pannelli fotovoltajċi, u mhux fuq il-produtturi ta’ dawn il-pannelli, il-finanzjament tal‑ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart mill-imsemmija pannelli mqiegħda fis-suq mit‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>, data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id‑direttiva.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, kuntrarja għal direttiva tal-Unjoni, tkun ġiet adottata qabel l-adozzjoni ta’ din id-direttiva għandu effett fuq l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għar‑responsabbiltà ta’ dan l-Istat Membru għad-dannu kkawżat lil individwu li jirriżulta mill-ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Preliminarjament, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li din id-domanda qiegħda ssir fil-każ li l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 jeżiġi li l-obbligu ta’ finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi jaqa’ fuq il-produtturi għall-pannelli mqiegħda fis-suq sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>. Għaldaqstant, sa fejn mir-risposta għall-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li dan l-obbligu għandu jiġi stabbilit għall-pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq sa mid-dħul fis-seħħ tad‑Direttiva 2012/19, jiġifieri t‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>, għandu jitqies li, permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf jekk il‑fatt li l-leġiżlazzjoni Ċeka dwar l-iskart, kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, ġiet adottata qabel l-imsemmija direttiva, għandux effett fuq l-evalwazzjoni tal‑kundizzjonijiet għar-responsabbiltà tar-Repubblika Ċeka għad-dannu kkawżat lil utent ta’ pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq matul il-perijodu bejn it‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE> u l‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, mill-elementi tal-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, hekk kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 94 tal-konklużjonijiet tagħha, hemm dubji dwar jekk it-tilwima fil-kawża prinċipali tirrigwardax effettivament pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq matul il-perijodu bejn it‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE> u l‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi fuq talba mressqa minn qorti nazzjonali biss jekk ikun jidher b’mod ċar li l‑interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma jkollha l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew ukoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jsirulha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Magistrat der Stadt Wien (Grand hamster)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:517">EU:C:2020:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>B’dan premess, peress li ma jistax jiġi eskluż li VYSOČINA WIND effettivament akkwistat u użat, fil-kuntest tal-operat tal-impjant tal-enerġija solari li beda jopera fl‑2009, pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq matul il-perijodu bejn it‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE> u l‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, sabiex tingħata risposta utli lil dik il-qorti, għandha tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament li, fid-dritt tal-Unjoni, dritt għal kumpens jiġi rrikonoxxut meta jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet, jiġifieri li d-dispożizzjoni legali miksura tkun intiża li tagħti drittijiet lill-individwi, li l-ksur ikun suffiċjentement serju u, fl-aħħar nett, li jkun hemm rabta diretta bejn il-ksur tal-obbligu impost fuq l-Istat Membru u d-dannu mġarrab mill-persuni leżi (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑46/93 u C‑48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210708">8 ta’ Lulju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Koleje Mazowieckie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑120/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:553">EU:C:2021:553</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-applikazzjoni tal‑kundizzjonijiet, imfakkra fil-punt preċedenti, li jippermettu li tiġi stabbilita r‑responsabbiltà ta’ Stat Membru għal danni kkawżati lill-individwi permezz ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni attribwibbli lilu għandha, bħala prinċipju, titwettaq mill‑qrati nazzjonali skont il-linji gwida pprovduti mill-Qorti tal-Ġustizzja għal tali applikazzjoni (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Hochtief Solutions Magyarországi Fióktelepe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑620/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:630">EU:C:2019:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rigward, b’mod partikolari, tat-tieni waħda mill-imsemmija kundizzjonijiet, għandu jitfakkar li, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni, il-qorti nazzjonali adita b’talba għall‑kumpens għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni mressqa quddiemha (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Hochtief Solutions Magyarországi Fióktelepe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑620/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:630">EU:C:2019:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, iktar minn xahar qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/19, jiġifieri fit‑<DATE ISO="20120530">30 ta’ Mejju 2012</DATE>, il‑leġiżlatur Ċek inkluda fil-Liġi dwar l-Iskart l-Artikolu 37p li jistabbilixxi r‑responsabbiltà tal-utenti għall-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>. F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, b’mod iktar partikolari, jekk il-fatt li r-Repubblika Ċeka emendat il-leġiżlazzjoni tagħha dwar l-iskart saħansitra qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/19 jistax jiġi imputat lilha sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tagħha minħabba l-kuntrarjetà ta’ dik il‑leġiżlazzjoni nazzjonali mal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi rrilevat li d‑Direttiva 2012/19 tistabbilixxi hija stess, fl-Artikolu 24(1) tagħha, terminu li mal-iskadenza tiegħu d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji għall-konformità magħha għandhom ikunu daħlu fis‑seħħ fl-Istati Membri, jiġifieri l‑<DATE ISO="20140214">14 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm id-Direttiva 2012/19 tapplika bħala tali, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, mit‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>, hemm lok li jiġi enfasizzat li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li t‑terminu msemmi fil-punt preċedenti huwa intiż, b’mod partikolari, li jagħti lill‑Istati Membri ż-żmien neċessarju sabiex jadottaw il-miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva, dawn l-Istati ma jistgħux jiġu kkritikati li ma ttrasponewx id-direttiva fl-ordinament ġuridiku tagħhom qabel ma dan it-terminu jkun skada. Xorta jibqa’ l-fatt li huwa matul it-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-riżultat previst minnha jintlaħaq mal-iskadenza ta’ dan it-terminu (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Inter‑Environnement Wallonie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑129/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:628">EU:C:1997:628</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Milev</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/16 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:818">EU:C:2016:818</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, skont ġurisprudenza wkoll stabbilita, li, matul it-terminu għat‑traspożizzjoni ta’ direttiva, l-Istati Membri li lilhom din tiġi indirizzata għandhom jibqgħu lura milli jadottaw dispożizzjonijiet ta’ natura li jikkompromettu serjament il-kisba tar-riżultat previst minn din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Inter‑Environnement Wallonie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑129/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:628">EU:C:1997:628</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191113">13 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Lietuvos Respublikos Seimo narių grupė</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:962">EU:C:2019:962</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’din il-kawża, l-Artikolu 37p tal-Liġi dwar l-Iskart ġie adottat saħansitra qabel ma din id-direttiva ġiet adottata u ppubblikata f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, b’tali mod li t-terminu għat-traspożizzjoni kien għadu ma bediex jiddekorri, u saħansitra qabel ma l-imsemmija direttiva setgħet tipproduċi effetti ġuridiċi fir-rigward tal-Istati Membri li lilhom din hija indirizzata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-Repubblika Ċeka ma tistax tiġi kkritikata li aġixxiet bi ksur tal‑ġurisprudenza mfakkra fil-punt 75 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-inklużjoni fil-Liġi dwar l-Iskart, iktar minn xahar qabel l‑adozzjoni tad-Direttiva 2012/19, tal-Artikolu 37p, li jistabbilixxi r‑responsabbiltà tal-utenti għall-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, ma tistax, bħala tali, tikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju tad‑dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li Stat Membru jkun adotta leġiżlazzjoni kuntrarja għal direttiva tal-Unjoni qabel l‑adozzjoni ta’ din id-direttiva ma jikkostitwixxix, fih innifsu, ksur tad-dritt tal‑Unjoni, peress li l-kisba tar-riżultat previst mill-imsemmija direttiva ma tistax titqies li tkun serjament kompromessa qabel ma din tkun tifforma parti mill‑ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal‑osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal‑<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE> dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) huwa invalidu sa fejn din id-dispożizzjoni timponi fuq il-produtturi l-finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq bejn it‑<DATE ISO="20050813">13 ta’ Awwissu 2005</DATE> u t‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>.</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2012/19 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-utenti ta’ pannelli fotovoltajċi, u mhux fuq il-produtturi ta’ dawn il-pannelli, il‑finanzjament tal-ispejjeż relatati mal-immaniġġar tal-iskart mill‑imsemmija pannelli mqiegħda fis-suq mit‑<DATE ISO="20120813">13 ta’ Awwissu 2012</DATE>, data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li Stat Membru jkun adotta leġiżlazzjoni kuntrarja għal direttiva tal-Unjoni qabel l-adozzjoni ta’ din id-direttiva ma jikkostitwixxix, fih innifsu, ksur tad-dritt tal-Unjoni, peress li l-kisba tar-riżultat previst mill‑imsemmija direttiva ma tistax titqies li tkun serjament kompromessa qabel ma din tkun tifforma parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>