<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0700763901.case.xml"><NO.CASE>C-188/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009J0188</NO.CELEX><NO.SEQ>0029.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7643</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7663</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20100729">29.7.2010</DATE> — KAWŻA C-188/09</LEFT><RIGHT>PROFAKTOR KULESZA, FRANKOWSKI, JÓŹWIAK, ORŁOWSKI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-188/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa minn Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090521">21 ta’ Mejju 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20090528">28 ta’ Mejju 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Profaktor Kulesza, Frankowski, Jóźwiak, Orłowski sp. j,</HT> li kienet Profaktor Kulesza, Frankowski, Trzaska sp. j,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot (Relatur), President tal-Awla, C. Toader, K. Schiemann, L. Bay Larsen u D. Šváby, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-7644"?><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Dowgielewicz kif ukoll minn A. Rutkowska u A. Kramarczyk, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Triantafyllou u K. Herrmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-<DATE ISO="19670411">11 ta’ April 1967</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni<?PAGE NO="I-7645"?> tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 3, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ewwel Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/7/KE, tal-<DATE ISO="20040120">20 ta’ Jannar 2004</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Sitt Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Profaktor Kulesza, Frankowski, Jóźwiak, Orłowski sp. j, li kienet Profaktor Kulesza, Frankowski, Trzaska sp. j (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Profaktor<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), u d-Dyrektor Izby Skarbowej w Bialymstoku (Direttur tal-awtorità tat-taxxa) dwar il-limitu fuq id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) li kienu suġġetti għaliha tranżazzjonijiet tal-input, meta l-persuna taxxabbli ma kkonformatx ruħha mal-obbligu li tuża cash register għall-kontabbiltà tal-bejgħ lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>persuni fiżiċi li ma jeżerċitawx attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 2 tal-Ewwel Direttiva tal-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-prinċipju tas-sistema komuni tal-[VAT] tinvolvi d-dħul ta’ taxxa ġenerali fuq il-konsum fuq oġġetti u servizzi. Din it-taxxa għandha tkun eżattament proporzjonali<?PAGE NO="I-7646"?> għall-prezz ta’ l-oġġetti u s-servizzi, hu x’inhu n-numru ta’ transazzjonijet li jkunu saru waqt il-proċess ta’ produzzjoni u distribuzzjoni qabel l-is[t]adju li fih titħallas it-taxxa.</P><P>Fuq kull transazzjoni, [il-VAT], kalkulata fuq il-prezz ta’ l-oġġetti u s-servizzi bir-rata applikabbli għat-tali oġġetti jew servizzi, għandha tkun imposta wara t-tnaqqis tal-ammont tal-[VAT] li qed jinġarr direttament mid-diversi komponenti tal-prezz.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva tal-VAT jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dawn li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għa[ll-VAT]:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>l-importazzjoni ta’ oġġetti.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1)(a) tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>fatt taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> b’dan il-kliem, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>fatt li permezz tiegħu il-kondizzjonijet legali neċessarji biex ikun hemm taxxa jiġu sodisfatti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Dan l-Artikolu 10(2) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Ikun hemm fatt taxxabbli u jkun hemm taxxa meta l-oġġetti jitwasslu jew is-servizzi jingħataw. Konsenja ta’ oġġetti, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 5(4)(b), u provvisti ta’ servizzi li jwasslu għal prospetti ta’ kontijiet jew ħlasijiet suċċessivi għandhom jitqiesu bħala kompluti fiż-żmien meta l-perjodi relattivi għal dawn il-prospetti ta’ kontijiet jew ħlasijiet jeskadu. […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7647"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt li tnaqqas [għal tnaqqis] għandu jqum fl-istess ħin meta t-taxxa mnaqqsa ssir taxxabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sa kemm l-oġġetti u s-servizzi huma użati għall-iskopijiet fuq it-transazzjoni taxxabbli tiegħu, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata biex tnaqqas mit-taxxa li hi responsabbli biex tħallas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>[VAT] dovuta jew mħallsa fir-rig[w]ard ta’ oġġetti jew servizzi pprovduti jew li għandhom ikunu pprovduti lilu minn persuna taxxabbli oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>[VAT] dovuta jew imħallsa fir-rigward ta’ oġġetti importati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>[VAT] taħt l-Artikoli 5(7)(a) u 6 (3).</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill għandu jaħseb biex jaddotta qabel il-<DATE ISO="19771231">31 ta’ Diċembru 1977</DATE>, fuq proposta mill-Kummissjoni u jaġixxi b’mod unanimu, regoli tal-Komunità li jfasslu l-arranġamenti li bihom il-ħlasijiet lura għandhom isiru b’mod konformi ma’ paragrafu 3 lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju ta’ dak il-pajjiż.<?PAGE NO="I-7648"?> Sa kemm it-tali arranġamenti tal-Komunità jidħlu fis-seħħ, Stati Membri għandhom huma stess jiddeterminaw il-metodu li bih il-ħlas lura konċernat għandu jsir. Fejn persuna taxxabbli m’hix residenti fit-territorju tal-Komunità, Stati Membri jistgħu jirrifjutaw l-ħlas lura jew jimponu kondizzjonijet supplimentari.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tas-Sitt Direttiva tal-VAT, li jinsab taħt it-Titolu XIII, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Obbligazzjonijiet ta’ persuni responsabbli għall-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull persuna taxxabbli għandha żżomm kontijiet b’dettal suffiċjenti biex tippermetti l-applikazzjoni [tal-VAT] u l-ispezzjoni mill-awtorita tat-taxxa.</P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="022.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet li għandhom ikunu addottati skond l-Artikolu 17(4), l-Istati Membri jistgħu jimponu obbligazzjonijet oħrajn li huma jqisu neċessarji għall-imposizzjoni ġusta u l-ġbir tat-taxxa u għall-prevenzjoni ta’ frodi.</P></ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7649"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 27(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-Kunsill, jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jawtorizza kwalunwe Stat Membru biex jintroduċi miżuri speċjali għal deroga mid-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, biex tissimplifika l-proċedura għall-ġbir tat-taxxa jew biex iżommu ċertu tipi ta’ evażjoni tat-taxxa jew evitar. Miżuri intiżi biex jissimplifikaw il-proċedura għall-ġbir tat-taxxa, ħlief għal ħaġa negliġibbli, tista’ ma taffettwax [ma jistgħux jaffettwaw] l-ammont ta’ taxxa dovuta fl-istadju finali tat-taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 33(1) tas-Sitt Direttiva tal-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn tal-Komunità, b’mod partikolari dawk stabbiliti fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-arranġementi ġenerali għaż-żamma, ċaqliq u ssorveljar ta’ prodotti suġġetti għal dazju, din id-Direttiva ma żżommx Stat Membru milli jħalli jew idaħħal taxxi fuq kuntratti ta’ assigurazzjoni, taxxi fuq imħatri u logħob, dazji ta’ sisa, bolol u iktar ġenerali, kull taxxa, dazju jew spejjeż li ma jistgħux ikunu kkaratterizzati bħala taxxi fuq turnover sakemm dawk it-taxxi, dazji jew spejjeż, f’negozju bejn Stati Membri ma jdaħħlux formalitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-qsim ta’ fruntieri.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq il-prodotti u servizzi (ustawa o podatku od towarów i usług, Dz. U Nru 54, intestatura 535), tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Liġi tal-2004 dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>):</TXT><?PAGE NO="I-7650"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="111.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni taxxabbli li jwettqu bejgħ ma’ persuni fiżiċi li ma jeżerċitawx attività ekonomika […] għandhom jużaw cash registers sabiex iżommu data tad-dħul mill-bejgħ u tal-ammont tat-taxxa dovuta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="111.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni taxxabbli li ma josservawx l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 tal-artikolu preżenti jitilfu, sakemm jibdew jużaw il-cash registers sabiex jinżamm reġistru tad-dħul mill-bejgħ u tal-ammont tat-taxxa dovuta, id-dritt għat-tnaqqis tal-ammont tat-taxxa dovuta ta’ somma ekwivalenti għal 30 % tat-taxxa tal-input imħallsa fuq l-akkwist ta’ prodotti u servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 87(1) tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Jekk l-ammont tat-taxxa tal-input, imsemmi fl-Artikolu 86(2), jeċċedi l-ammont ta’ taxxa dovuta matul il-perijodu taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha dritt li timputa din id-differenza lit-taxxa dovuta għal perijodu sussegwenti jew li tingħata rimbors permezz ta’ trasferiment fil-kont bankarju tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20061017">17 ta’ Ottubru 2006</DATE>, id-Dyrektor Urzędu Kontroli Skarbowej w Białymstoku (Direttur tal-ispezzjoni fiskali ta’ Białystok) stabbilixxa l-VAT dovuta minn Profaktor fir-rigward ta’ ċerti xhur tas-snin 2004 u 2005 f’ammont differenti minn dak li, skont din il-kumpannija, kellu jirriżulta mid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa li hija kienet ippreżentat. Fil-fatt, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 111 tal-Liġi tal-2004 dwar il-VAT, dan naqqas bi 30 % it-taxxa tal-input imħallsa fuq l-akkwist ta’ prodotti u servizzi li kienet imputata lill-ammont ta’ taxxa dovuta, peress li Profaktor<?PAGE NO="I-7651"?> ma kinitx osservat l-obbligu li jinżamm reġistru tad-dħul mill-bejgħ tagħha u tal-ammont ta’ din it-taxxa permezz tal-użu ta’ cash registers.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara li ġie ppreżentat rikors mill-imsemmija kumpannija, id-deċiżjoni kkontestata ġiet ikkonfermata fis-<DATE ISO="20070207">7 ta’ Frar 2007</DATE> mid-Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Profaktor talbet lill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Białymstoku (qorti amministrattiva reġjonali ta’ Białystok) tannulla d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20070207">7 ta’ Frar 2007</DATE>. Din tal-aħħar laqgħet parzjalment it-talba mressqa wara li qieset li, fir-rigward tal-perijodu wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni tal-Artikolu 111 tal-Liġi 2004 dwar il-VAT kienu inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikoli 17 u 27 tas-Sitt Direttiva tal-VAT. Fil-fatt, hija qieset li l-limitazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa, prevista f’dawn id-dispożizzjonijiet, tidderoga minn dan id-dritt previst fl-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-VAT, u għalhekk fir-realtà kienet miżura partikolari li ma kinitx ġiet implementata mir-Repubblika tal-Polonja taħt il-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 27 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku appella minn din is-sentenza fuq punti ta’ liġi billi sostna li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni kellhom biss in-natura ta’ sanzjoni, u għaldaqstant ma kinux jikkostitwixxu deroga mis-Sitt Direttiva tal-VAT u li l-għan tagħhom ma kienx li jillimitaw id-dritt għal tnaqqis iżda li jipprevjenu l-frodi fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>In-Naczelny Sąd Administracyjny, li quddiemha ġie ppreżentat appell, qieset b’mod partikolari li din is-sanzjoni kienet timplika, għall-persuna taxxabbli li tikser l-obbligu li jinżamm reġistru, ksur tal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT billi tissuġġettaha għall-parti tal-VAT tal-input imħallsa. Hija qieset li kien hemm dubju fir-rigward<?PAGE NO="I-7652"?> tal-konformità tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk kinitx sanzjoni amministrattiva jew inkella miżura speċjali fis-sens tal-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva tal-VAT, u dwar il-kwistjoni jekk il-miżura setgħetx fiha nfisha tiġi kklassifikata bħala taxxa jew bħala taxxa ekwivalenti għal taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, in-Naczelny Sąd Administracyjny iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u (2) tal-Ewwel Direttiva [tal-VAT], flimkien mal-Artikoli 2, 10(1) u (2), kif ukoll 17(1) u (2) tas-Sitt Direttiva [tal-VAT] jipprekludu dispożizzjoni, bħall-Artikolu 111(2), moqri flimkien mal-paragrafu 1 tal-istess Artikolu, tal-[Liġi tal-2004 dwar il-VAT], li tistabbilixxi li l-persuni taxxabbli, li jbigħu lill-persuni fiżiċi li ma jeżerċitawx attività ekonomika [...] jitilfu b’mod temporanju d-dritt li jnaqqsu l-ammont tat-taxxa dovut b’somma ekwivalenti għal 30 % tal-ammont tat-taxxa tal-input imħallsa fuq l-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi, meta huma ma jissodisfawx l-obbligu li jużaw cash registers sabiex iżommu data [reġistru] dwar id-dħul mill-bejgħ u l-ammont tat-taxxa dovut?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>miżuri speċjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> msemmija fl-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva [tal-VAT] jistgħu, fid-dawl tan-natura u l-għan tagħhom, jikkonsistu, kif jipprovdi l-Artikolu 111(2), moqri flimkien mal-paragrafu 1 tal-istess Artikolu tal-Liġi dwar il-VAT tal-2004, f’limitazzjoni temporanja tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fir-rigward tal-persuni taxxabbli li ma jirrispettawx l-obbligu li jżommu data [reġistru], permezz ta’ cash registers, dwar id-dħul mill-bejgħ u l-ammont tat-taxxa dovut, u, jekk ikun il-każ, huwa meħtieġ li l-introduzzjoni ta’ dawn il-miżuri tkun konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(2) sa (4) tas-Sitt Direttiva [tal-VAT]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-7653"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dritt li l-Artikolu 33(1) tas-Sitt Direttiva [tal-VAT] jagħti lill-Istati Membri jippermettilhom jimponu sanzjoni, fuq il-persuni taxxabbli li ma jirrispettawx l-obbligu li jużaw cash registers sabiex iżommu data [reġistru] dwar id-dħul mill-bejgħ tagħhom u l-ammont tat-taxxa dovut, li tikkonsisti fit-telf temporanju tad-dritt li jnaqqsu l-ammont tat-taxxa dovut b’somma ekwivalenti għal 30 % tal-ammont tat-taxxa tal-input imħallsa fuq l-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi, kif stabbilit fl-Artikolu 111(2), moqri flimkien mal-paragrafu 1 tal-istess Artikolu, tal-Liġi dwar il-VAT tal-2004?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk is-sistema komuni tal-VAT kif stabbilita fl-Artikolu 2(1) u (2) tal-Ewwel Direttiva tal-VAT u fl-Artikoli 2 u 10(1) u (2), kif ukoll fl-Artikolu 17(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-VAT tipprekludix li Stat Membru jillimita temporanjament l-ammont tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa fir-rigward ta’ persuni taxxabbli li ma osservawx il-formalità li jniżżlu l-bejgħ tagħhom fil-kotba tal-kontijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li d-dritt għal tnaqqis previst fl-Artikoli 17 sa 20 tas-Sitt Direttiva tal-VAT huwa parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u ma jistax, bħala<?PAGE NO="I-7654"?> prinċipju, jiġi limitat. Dan jiġi eżerċitat immedjatament għat-taxxi kollha imposti fuq it-tranżazzjonijiet tal-input (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE>, Securenta, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-437/06" PAGE.ECR="I-1597" YEAR="2008">C-437/06, Ġabra p. I-1597</REF.DOC.ECR>, punt 24; tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, SALIX Grundstücks-Vermietungsgesellschaft, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-102/08" PAGE.ECR="I-4629" YEAR="2009">C-102/08, Ġabra p. I-4629</REF.DOC.ECR>, punt 70, u tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, SKF, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-29/08" PAGE.ECR="I-10413" YEAR="2009">C-29/08, Ġabra p. I-10413</REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-sistema tat-tnaqqis hija intiża sabiex ittaffi kompletament lill-kummerċjant mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi kollha tiegħu. Għaldaqstant, is-sistema komuni tal-VAT tiggarantixxi n-newtralità fir-rigward tal-piż fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, indipendentement mill-għanijiet jew mir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet, bil-kundizzjoni li l-imsemmija attivitajiet infushom ikunu, bħala prinċipju, suġġetti għall-VAT (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Faxworld, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-137/02" PAGE.ECR="I-5547" YEAR="2004">C-137/02, Ġabra p. I-5547</REF.DOC.ECR>, punt 37, u SKF, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-funzjonament normali tas-sistema komuni tal-VAT, li għandu għalhekk jiżgura n-newtralità fir-rigward tal-piż fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, jeżiġi l-ġbir korrett tat-taxxa. Mill-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-VAT, kif ukoll mill-Artikolu 10 KE, jirriżulta li kull Stat Membru għandu l-obbligu jadotta l-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi xierqa li jiżguraw l-ġbir kollu tal-VAT dovuta fit-territorju tiegħu u, f’dan ir-rigward, l-Istati Membri huma marbuta jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet tal-persuni taxxabbli, il-kotba tal-kontijiet ta’ dawn tal-aħħar u d-dokumenti rilevanti l-oħra kif ukoll jikkalkolaw u jiġbru t-taxxa dovuta (sentenza tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-132/06" PAGE.ECR="I-5457" YEAR="2008">C-132/06, Ġabra p. I-5457</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-kuntest tas-sistema komuni tal-VAT, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-osservanza tal-obbligi li huma suġġetti għalihom il-persuni taxxabbli u f’dan ir-rigward, huma jibbenefikaw minn ċertu flessibbiltà għal dak li jikkonċerna, b’mod partikolari, il-mod kif għandhom jintużaw il-metodi għad-dispożizzjoni tagħhom (sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7655"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fost dawn l-obbligi, l-Artikolu 22(2) tas-Sitt Direttiva tal-VAT jipprovdi, b’mod partikolari, li kull persuna taxxabbli għandha żżomm kotba tal-kontijiet suffiċjentement dettaljati sabiex tkun tista’ tiġi applikata l-VAT u l-ispezzjoni tagħha mill-amministrazzjoni fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, l-Istati Membri, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 17(4) ta’ din id-direttiva, jistgħu jipprovdu obbligi oħra li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw il-ġbir korrett tat-taxxa u l-prevenzjoni tal-frodi.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi mfakkar li l-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni fiskali u l-abbuż possibbli hija għan rikonoxxut u inkoraġġut mis-Sitt Direttiva tal-VAT (ara, sentenzi tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Gemeente Leusden u Holin Groep, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-487/01+C-7/02" PAGE.ECR="I-5337" YEAR="2004">C-487/01 u C-7/02, Ġabra p. I-5337</REF.DOC.ECR>, punt 76; tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-255/02" PAGE.ECR="I-1609" YEAR="2006">C-255/02, Ġabra p. I-1609</REF.DOC.ECR>, punt 71, kif ukoll Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, il-miżuri li jistgħu għalhekk jadottaw l-Istati Membri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet intiżi għall-ġbir korrett tat-taxxa u għall-prevenzjoni tal-frodi. Għaldaqstant, dawn ma jistgħux jintużaw b’tali mod li jikkonfutaw sistematikament in-newtralità tal-VAT, li tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE>, Molenheide <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/04+C-340/95+C-401/95+C-47/96" PAGE.ECR="I-7281" YEAR="1997">C-286/04, C-340/95, C-401/95 u C-47/96, Ġabra p. I-7281</REF.DOC.ECR>, punt 47, tal-<DATE ISO="20050421">21 ta’ April 2005</DATE>, HE, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-25/03" PAGE.ECR="I-3123" YEAR="2005">C-25/03, Ġabra p. I-3123</REF.DOC.ECR>, punt 80, kif ukoll tat-<DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, Ecotrade, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-95/07+C-96/07" PAGE.ECR="I-3457" YEAR="2008">C-95/07 u C-96/07, Ġabra p. I-3457</REF.DOC.ECR>, punt 66).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kif ipprovduta fl-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi tal-2004 dwar il-VAT, huwa paċifiku li, billi teżiġi li<?PAGE NO="I-7656"?> persuni taxxabbli jużaw cash registers sabiex iniżżlu fil-kotba tal-kontijiet tagħhom id-dħul mill-bejgħ u l-ammont tat-taxxa dovuta, din hija intiża li tiżgura l-ġbir korrett tat-taxxa u l-prevenzjoni tal-frodi. Ma jistax jiġi kkontestat li l-obbligu hekk impost fuq persuni taxxabbli huwa fost il-miżuri li l-Istati Membri jistgħu jadottaw abbażi tal-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, billi tipprovdi li, f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu ta’ kontabbiltà, il-proporzjon tal-VAT li jista’ jitnaqqas mill-persuna taxxabbli jitnaqqas bi 30 %, l-imsemmija miżura għandha titqies bħala sanzjoni amministrattiva li l-effett dissważiv tagħha huwa intiż li jiżgura l-effettività tal-imsemmi obbligu.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet previsti minn sistema stabbilita b’din il-leġiżlazzjoni, l-Istati Membri għandhom is-setgħa li jagħżlu s-sanzjonijiet li jidhrilhom li huma xierqa. Madankollu, huma marbuta li jeżerċitaw is-setgħa tagħhom filwaqt li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni u l-prinċipji ġenerali tiegħu, u konsegwentement, billi josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità (sentenza tat-<DATE ISO="20010712">12 ta’ Lulju 2001</DATE>, Louloudakis, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-262/99" PAGE.ECR="I-5547" YEAR="2001">C-262/99, Ġabra p. I-5547</REF.DOC.ECR>, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni konkreta ta’ dan il-prinċipju ta’ proporzjonalità, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-kompatibbiltà ta’ miżuri nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ biss tipprovdilha l-kriterji għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jippermettuha tevalwa tali kompatibbiltà (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19951130">30 ta’ Novembru 1995</DATE>, Gebhard, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-55/94" PAGE.ECR="I-4165" YEAR="1995">C-55/94, Ġabra p. I-4165</REF.DOC.ECR>, kif ukoll Molenheide <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7657"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-2004 dwar il-VAT ma jikkonfutawx il-prinċipju nnifsu tad-dritt għal tnaqqis li tkompli tibbenefika minnu l-persuna taxxabbli. Dan id-dritt jibqa’ japplika minkejja li l-persuna taxxabbli kkonċernata ma tosservax l-obbligu stabbilit f’dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>It-tieni nett, is-sanzjoni amministrattiva marbuta ma’ dan l-obbligu għandha natura ta’ piż finanzjarju li l-leġiżlatur nazzjonali għandu l-intenzjoni li jimponi fuq il-persuna taxxabbli li tkun wettqet ksur, u dan biss waqt dan il-ksur. Tali għażla, li taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istat Membru kkonċernat, ma tidhirx li hija manifestement mhux xierqa fir-rigward tal-għan mixtieq.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-għażla li jiġi impost dan il-piż finanzjarju permezz ta’ tnaqqis ta’ parti mit-taxxa li għandha titnaqqas mill-VAT dovuta u mhux, b’mod partikolari, bil-ħlas mill-persuna taxxabbli ta’ somma favur it-Teżor pubbliku, taqa’ wkoll taħt il-kompetenza tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, dan id-dispożittiv, sa fejn jaffettwa l-ammont tad-dritt għal tnaqqis, għandu r-riskju li jippreġudika l-prinċipju ta’ newtralità fir-rigward tal-piż fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha jekk, b’mod partikolari, il-modalitajiet għad-determinazzjoni tal-ammont tas-sanzjoni u tal-kundizzjonijiet li bihom huma kkonstatati, spezzjonati u, skont il-każ, deċiżi l-fatti invokati mill-amministrazzjoni fiskali sabiex jimplementaw l-imsemmija sanzjoni jrendu mingħajr effett id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalkemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li dawn il-modalitajiet u kundizzjonijiet, kif jirriżulta mil-Liġi tal-2004 dwar il-VAT, ma jimplikawx tali konsegwenza, għandu f’dan ir-rigward jiġi rrilevat li r-rata tat-tnaqqis inkwistjoni,<?PAGE NO="I-7658"?> limitata għal 30 %, u li għalhekk tippriżerva l-parti l-kbira tal-ammont tat-taxxa tal-input imħallas ma tidhirx li hija eċċessiva u lanqas insuffiċjenti sabiex tiżgura n-natura dissważiva tas-sanzjoni inkwistjoni u għalhekk l-effettività tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali tnaqqis fl-ammont ta’ taxxa mħallsa mill-persuna taxxabbli ma huwiex manifestament nieqes minn kull rabta mal-livell ta’ attività ekonomika tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, inkwantu is-sanzjoni ma għandhiex bħala għan li tikkumpensa l-iżbalji ta’ kontabbiltà iżda li tevitahom, il-fatt li hija applikata b’rata standard, kif jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata fissa ta’ 30 % u, sussegwentement, in-nuqqas ta’ rabta bejn l-ammont tagħha u dak tal-iżbalji eventwalment imwettqa mill-persuna taxxabbli ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tan-natura proporzjonali tal-imsemmija sanzjoni. Barra minn hekk, in-nuqqas fih innifsu ta’ cash registers jostakola d-determinazzjoni eżatta tal-ammont ta’ bejgħ li sar u għalhekk jipprekludi kwalunkwe evalwazzjoni tan-natura xierqa dwar jekk is-sanzjoni hijiex adatta għall-ammont ta’ żbalji ta’ kontabbiltà eventwali.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, kif sostniet il-Kummissjoni, jekk in-nuqqas li jintużaw cash registers joriġina minn ċirkustanzi mhux attribwibbli lil persuna taxxabbli, tkun għalhekk il-qorti nazzjonali, jekk tali ċirkustanzi kienu debitament stabbiliti skont ir-regoli proċedurali u probatorji nazzjonali, li tieħu l-imsemmija ċirkustanzi inkunsiderazzjoni sabiex tiddetermina, fid-dawl tal-fatti tal-kawża kollha, jekk is-sanzjoni fiskali għandhiex madankollu tiġi applikata, u, jekk dan ikun il-każ, li tivverifika jekk din hijiex sproporzjonata.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li s-sistema komuni tal-VAT, kif stabbilita fl-Artikolu 2(1) u (2) tal-Ewwel Direttiva tal-VAT u fl-Artikoli 2 u 10(1) u (2), kif ukoll fl-Artikolu 17(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, ma tipprekludix li Stat Membru jillimita temporanjament<?PAGE NO="I-7659"?> l-ammont tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa għall-persuni taxxabbli li ma osservawx formalità li jniżżlu l-bejgħ tagħhom fil-kotba tal-kontijiet, bil-kundizzjoni li s-sanzjoni hekk prevista tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi tal-2004 dwar il-VAT, jistgħux jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>miżuri speċjali għal deroga<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> intiżi li jevitaw ċerti frodi jew evażjonijiet fiskali, fis-sens tal-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kif stabbilita mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi tal-2004 dwar il-VAT, tikkostitwixxi sanzjoni amministrattiva imposta fil-każ fejn jiġi kkonstatat li persuna taxxabbli ma osservatx l-obbligu li tuża cash register sabiex tniżżel fil-kotba tal-kontijiet tagħha d-dħul mill-bejgħ u l-ammont tat-taxxa dovuta. Tali miżura, li hija tal-istess tip bħal dawk ipprovduti fl-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, ma tistax għalhekk tikkostitwixxi miżura speċjali għal deroga fis-sens tal-Artikolu 27(1) ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19880714">14 ta’ Lulju 1988</DATE>, Jeunehomme u EGI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="123/87+330/87" PAGE.ECR="4517" YEAR="1988">123/87 u 330/87, Ġabra p. 4517</REF.DOC.ECR>, punt 15, kif ukoll tal-<DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>, K-1, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-502/07" PAGE.ECR="I-161" YEAR="2009">C-502/07, Ġabra p. I-161</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Konsegwentement, dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi tal-2004 dwar il-VAT ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 27(1).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7660"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda għandha tkun li dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi tal-2004 dwar il-VAT ma jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>miżuri speċjali għal deroga<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> intiżi li jevitaw ċerti frodi jew evażjonijiet fiskali, fis-sens tal-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-VAT.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-VAT jostakolax iż-żamma fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi tal-2004 dwar il-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Is-Sitt Direttiva tal-VAT tippermetti ż-żamma fis-seħħ jew l-introduzzjoni, minn Stat Membru, ta’ dazji u ta’ taxxi fir-rigward tal-kunsinna ta’ oġġetti, tal-provvista ta’ servizzi jew tal-importazzjonijiet fil-każ biss li dawn ma jkollhomx in-natura ta’ taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ara sentenzi tat-<DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Banca popolare di Cremona, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-475/03" PAGE.ECR="I-9373" YEAR="2006">C-475/03, Ġabra p. I-9373</REF.DOC.ECR>, punt 24, u K-1, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk taxxa, dazju jew obbligu finanzjarju għandhomx il-karatteristiċi ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ skont l-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi mistħarreġ, b’mod partikolari, jekk l-effett tagħhom huwiex tali li jippreġudika l-funzjonament tas-sistema komuni tal-VAT billi jiġu imposti fuq il-prodotti u servizzi, u billi jaffettwaw it-tranżazzjonijiet kummerċjali b’mod simili bħall-VAT (sentenza tal-<DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, KÖGÁZ <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-283/06+C-312/06" PAGE.ECR="I-8463" YEAR="2007">C-283/06 u C-312/06, Ġabra p. I-8463</REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7661"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-karatteristiċi essenzjali tal-VAT huma erbgħa: jiġifieri, l-applikazzjoni ġenerali tal-VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta ma’ prodotti jew servizzi, id-determinazzjoni tal-ammont tagħha b’mod proporzjonali mal-prezz mitlub mill-persuna taxxabbli inkambju għal ħlas tal-prodotti jew servizzi pprovduti minnha, l-impożizzjoni ta’ din it-taxxa f’kull stadju tal-proċess tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni, inkluż l-istadju tal-bejgħ bl-imnut, indipendentement min-numru ta’ tranżazzjonijiet li jkunu seħħew qabel, kif ukoll it-tnaqqis mill-VAT dovuta mill-persuna taxxabbli fuq l-ammonti mħallsa fl-istadji qabel il-proċess tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni b’tali mod li, fi stadju partikolari, din it-taxxa tapplika biss għall-valur miżjud f’dak l-istadju u b’tali mod li l-piż finali ta’ din it-taxxa jaqa’ b’mod definittiv fuq il-konsumatur (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Banca popolare di Cremona, punt 28; KÖGÁZ <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 37, kif ukoll K-1, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-miżura prevista fid-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-2004 dwar il-VAT inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tissodisfax tali karatteristiċi. Kif jirriżulta mill-evalwazzjoni li saret fil-punt 28 tas-sentenza preżenti, dawn id-dispożizzjonijiet sempliċement jipprovdu sanzjoni amministrattiva li tista’ tiġi imposta fuq persuni suġġetti għal VAT meta jiġi kkonstatat li huma ma osservawx wieħed mill-obbligi ta’ kontabbiltà tagħhom. Din is-sanzjoni, li l-fatt li jagħti lok għaliha ma jinsabx fi tranżazzjoni kwalunkwe iżda fin-nuqqas ta’ obbligu ta’ kontabbiltà, għalhekk ma għandhiex in-natura ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, fis-sens tal-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-risposta li għandha tingħata għandha tkun li l-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-VAT ma jostakolax iż-żamma fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi tal-2004 dwar il-VAT.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7662"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi li:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif stabbilita fl-Artikolu 2(1) u (2) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-<DATE ISO="19670411">11 ta’ April 1967</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ, u fl-Artikoli 2 u 10(1) u (2), kif ukoll fl-Artikolu 17(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/7/KE, tal-<DATE ISO="20040120">20 ta’ Jannar 2004</DATE>, ma tipprekludix li Stat Membru jillimita temporanjament l-ammont tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa għall-persuni taxxabbli li ma osservawx formalità li jniżżlu l-bejgħ tagħhom fil-kotba tal-kontijiet, bil-kundizzjoni li s-sanzjoni hekk prevista tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi tal-2004 dwar it-taxxa fuq il-prodotti u servizzi (ustawa o podatku od towarów i usług), tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE>, ma jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>miżuri speċjali għal deroga<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> intiżi li jevitaw ċerti frodi jew evażjonijiet fiskali, fis-sens tal-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2004/7.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-7663"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2004/7, ma jostakolax iż-żamma fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi tal-2004 dwar it-taxxa fuq il-prodotti u servizzi, tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>