|
14.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 188/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Kase M.8515 — CPPIB/BPEA/Nord Anglia Education)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 188/15)
|
1. |
Fis-6 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Kanada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada) u Baring Private Equity Asia (“BPEA”, Singapor) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impria Nord Anglia Education Inc. (“Nord Anglia”, Ħong Kong), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — CPPIB: ġestjoni ta’ investiment professjonali fil-proprjetà immobbli, ekwitajiet pubbliċi, ekwitajiet privati, infrastruttura u strumenti b’introjtu fiss — BPEA: ġestjoni tal-assi alternattivi indipendenti fil-proprjetà immobbli, l-ekwitajiet privati u l-kapital għat-tkabbir — Nord Anglia: operatur ta’ primjum ta’ skola attiv fiċ-Ċina, l-Ewropa, il-Lvant Nofsani, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Asja tax-Xlokk |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8515 — CPPIB/BPEA/Nord Anglia Education, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.