31975R1625



Official Journal L 165 , 28/06/1975 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0208
Greek special edition: Chapter 11 Volume 7 P. 0213
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0208
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0003


Ir-Regolament (KEE) Nru 1625/75 tal-Kunsill

tas-26 ta’ Ġunju 1975

dwar miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 113 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Billi Ftehim [2] bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael, hawnhekk iżjed il quddiem msejħa "il-Ftehim" ġie ffirmat fil-11 ta’ Mejju 1975;

Billi għal skop li jiġu implementati l-klawsoli ta’ salvagwardja u miżuri prewkazzjonarji previsti fl-Artikolu 12 sa 16 u 25 tal-Ftehim, regoli dettaljat għandhom jiġu stabbiliti fl-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Komunità, partikolarment ir-Regola tal-Kunsill (KEE) Nru 1439/74 [3] ta’ l-4 ta’ Ġunju 1974 dwar regoli komuni għall-importazzjoni, u r-Regola tal-Kunsill (KEE) Nru 459/68 [4] tal-5 ta’ April 1968 għal protezzjoni kontra dumping jew il-permess ta’ għotja ta’ flus jew sussidji minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea, kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2011/73 [5],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-każ ta’ eżerċizzji li jistgħu jiġġustifikaw l-applikazzjoni mill-Komunità ta’ miżuri previsti fl-Artikolu 12 tal-Ftehim u eżerċizzji li jistgħu jikkawżaw miżuri ta’ salvagwardja biex jiġu applikati għall-Komunità fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 16 tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 ta’ din ir-Regolament u wara li teżamina l-każ fuq l-inizjattiva proprju tiegħu jew waqt it-talba ta’ l-Istati Membri, jekk l-eżerċizzji jaqblu mal-Ftehim.

Billi neċessarjament, miżuri xierqa jistaw, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 u 16 tal-Ftehim, jiġu adottati mill-Kunsill skond il-proċedura u regoli dettaljati stabbiliti mir-Regolamenti (KEE) Nru 1439/74, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u (3) tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 ta’ din ir-Regolament.

Artikolu 2

Fil każ ta’ dumping jew għajnuna pubblika li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri previsti fl-Artikolu 12 u 14 tal-Ftehim, l-introduzzjoni ta’ anti-dumping jew taxxi kompensatorji għandhom jiġu deċiżi qabel skond il-proċedura u regoli dettaljati stabbiliti mir-Regolament (KEE) Nru 459/68.

Artikolu 3

Fil-każ ta’ eżerċizzji li jistgħu jiġġustifikaw l-applikazzjoni mill-Komunità ta’ miżuri previsti fl-Artikolu 13, 15 u 25 tal-Ftehim, miżuri ta’ salvagwardja xierqa jistgħu, taħt il-kondizzjonijiet definiti minn dawn l-Artikoli, jiġu addotati mill-Kunsill skond il-proċedura u regoli dettaljati stabbiliti mir-Regolamenti (KEE) Nru 1439/74, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u (3) tiegħu.

Fil-każ ta’ urġenza u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 u 15 tal-Ftehim:

- il-Kummisjoni tista’ tadotta miżuri ta’ salvagwardja xierqa skond il-proċedura u regoli dettaljati stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 1439/74, u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) u (3) tiegħu;

- kull Stat Membru jista’ provviżjorjament jieħu miżuri ta’ salvagwardja stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tar-Regola msemmija hemm fuq skond il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-imsemmi Artikolu.

Artikolu 4

1. Din ir-Regolament ma għandiex tkun ta’ ostaklu għall-applikazzjoni ta’ Regolamenti li jistabbilixxu organizzazzjoni komuni ta’ swieq ta’ l-Agrikoltura jew tal-Komunità jew disposizzjonijiet amministrattivi nazzjonali meħuda minn hemm jew tar-Regolamenti speċjali addottati taħt l-Artikolu 235 tat-Trattat għal-prodotti agrikolturali proċessati; għandha tiġi implementata bħala kompleta għal dawn ir-rati.

2. Madankollu, it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 3(2) ma għandux japplika għall-prodotti koperti minn Regolamenti bħal dawn.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-Kumitat Konġunt kif previst fl-Artikolu 16 tal-Ftehim.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1975.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ġunju 1975.

F’isem il-Kunsill

Il-President

P. Barry

[1] Opinjoni mibgħuta fl- 20.6.1975.

[2] ĠU L 136, tat-28.5.1975, p. 3.

[3] ĠU L 159, tal-15.6.1974, p. 1.

[4] ĠU L 93, tas-17.4.1968, p. 1.

[5] ĠU L 206, tas-27.7.1973, p. 3.

--------------------------------------------------