|
24.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/268
tat-23 ta’ Frar 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/898 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u l-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv tal-għalf u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/982 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv tal-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/898 tal-8 ta’ Ġunju 2016 (2) awtorizza preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u l-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv fl-għalf. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa Novus Europe SA/NV. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/982 tat-11 ta’ Lulju 2018 (3) awtorizza preparazzjoni ta’ aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv tal-għalf. |
|
(4) |
Novus Europe NV ippreżentat applikazzjoni f’konformtià mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolamenti (UE) 2016/898 u (UE) 2018/982. |
|
(5) |
L-applikant issostni li biddel ismu minn Novus Europe SA/NV għal Novus Europe NV. Mal-applikazzjoni intbagħtet ukoll id-data ġustifikattiva rilevanti. |
|
(6) |
Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni. |
|
(7) |
Biex l-applikant ikun jista’ jisfrutta d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu bl-isem il-ġdid, Novus Europe NV, jeħtieġ jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2016/898 u (UE) 2018/982 jiġu emendati skont dan. |
|
(9) |
Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi li qed isiru b’dan ir-Regolament lir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/898 u (UE) 2018/982, għalhekk jixraq jiġi stipulat perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/898
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/898 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Titolu, il-kliem “detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe SA/NV” huwa sostitwit bil-kliem “detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe NV”; |
|
(2) |
fl-Anness, it-tieni kolonna, “Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kliem “Novus Europe SA/NV” huwa sostitwit bil-kliem “Novus Europe NV”. |
Artikolu 2
Emendi lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/982
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/982 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Titolu, il-kliem “detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe N.A/S.V.” huwa sostitwit bil-kliem “detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe NV”; |
|
(2) |
fl-Anness, it-tieni kolonna, “Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kliem “Novus Europe N.A./S.V.” jinbidel bil-kliem “Novus Europe NV”. |
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/898 tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ tjur tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd u għall-għasafar għat-tiżjin (detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe S.A./N.V.) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 11).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/982 tal-11 ta’ Lulju 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u t-tiġieġ imrobbi għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe N.A./S.V.) (ĠU L 176, 12.7.2018, p. 13.)