|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1869 |
28.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1869
tas-27 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 fir-rigward ta’ skemi speċjali għal persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi lil persuni mhux taxxabbli jew li jbigħu b’distanza oġġetti, ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija jew trasferimenti ta’ merkanzija proprja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47l, il-punti (a) u (b), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/516 (2) emendat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) billi testendi wħud mill-iskemi speċjali għal persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi lil persuni mhux taxxabbli, jew li jbigħu b’distanza oġġetti u jwettqu ċerti provvisti domestiċi ta’ oġġetti previsti f’din id-Direttiva tal-aħħar, u żiedet skema speċjali ġdida. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/194 (4) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 fir-rigward ta’ skemi speċjali għal persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi lil persuni mhux taxxabbli, li jbigħu b’distanza oġġetti u ċerti provvisti domestiċi ta’ oġġetti. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-aħħar emendi tad-Direttiva 2006/112/KE u tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, huwa meħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194 jiġi emendat, aġġornat u ċċarat sabiex ikompli jiġi żgurat il-funzjonament xieraq u sikur tal-iskemi speċjali kollha u biex tiġi ggarantita l-armonizzazzjoni tar-rapportar elettroniku fl-iskemi kollha, kif ukoll biex tiġi appoġġata l-applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/194
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-punt (a) hu sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli 1. Il-persuna taxxabbli jew, meta applikabbli fil-każ tal-iskema ta’ importazzjoni, l-intermedjarju li jaġixxi f’isem dik il-persuna taxxabbli għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tal-VAT bid-dettalji meħtieġa f’konformità mal-Artikoli 365, 369g, 369t jew 369xg tad-Direttiva 2006/112/KE lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni permezz tal-messaġġ elettroniku komuni li jidher fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Il-kolonna C ta’ dak il-messaġġ elettroniku komuni għandha tintuża għall-iskema mhux tal-Unjoni, il-kolonna D għall-iskema tal-Unjoni, il-kolonna E għall-iskema ta’ importazzjoni, u l-kolonna F għall-iskema ta’ trasferiment ta’ merkanzija proprja. 2. Meta persuna taxxabbli ma twettaq l-ebda provvista ta’ oġġetti jew servizzi jew l-ebda trasferiment ta’ merkanzija proprja jew l-ebda aġġustament ta’ tnaqqis taħt skema speċjali fi kwalunkwe Stat Membru f’ċertu perjodu tat-taxxa u ma jkollha tagħmel l-ebda emenda tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT preċedenti, dik il-persuna taxxabbli għandha timla dikjarazzjoni tal-VAT nulla. Għal dak il-għan, il-persuna taxxabbli għandha timla l-kaxxi li ġejjin biss tal-messaġġ elettroniku komuni li jidher fl-Anness III:
3. Il-persuna taxxabbli jew, meta applikabbli fil-każ tal-iskema ta’ importazzjoni, l-intermedjarju li jaġixxi f’isem dik il-persuna taxxabbli għandhom iniżżlu l-provvisti relatati ma’ Stat Membru ta’ konsum biss meta l-provvisti ta’ oġġetti jew servizzi taħt l-iskemi speċjali jkunu saru f’dak l-Istat Membru fi żmien il-perjodu tat-taxxa. Il-persuna taxxabbli għandha tkun meħtieġa biss li tinkludi t-trasferimenti koperti mill-iskema ta’ trasferiment ta’ merkanzija proprja lejn Stat Membru jekk it-trasferimenti jkunu saru lejn dak l-Istat Membru fil-perjodu tat-taxxa. Barra minn hekk, fil-każ tal-iskema tal-Unjoni, il-persuna taxxabbli għandha tniżżel il-provvisti ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 369g(2), il-punti (a), (b), (c) u (d), tad-Direttiva 2006/112/KE relatati ma’ Stat Membru biss jekk oġġetti koperti mill-iskema tal-Unjoni jkunu pprovduti fi jew minn dak l-Istat Membru fi żmien il-perjodu tat-taxxa. B’mod simili, il-persuna taxxabbli għandha tniżżel il-provvisti ta’ servizzi msemmija fl-Artikolu 369g(2), il-punt (d), u (3) tad-Direttiva 2006/112/KE li jaslu minn Stat Membru ta’ stabbiliment biss meta dawn il-provvisti taħt l-iskema tal-Unjoni jkunu saru minn dak l-Istat Membru fi żmien il-perjodu tat-taxxa. Fil-każ tal-iskema ta’ trasferiment ta’ merkanzija proprja, il-persuna taxxabbli għandha tniżżel it-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 369xg(2) tad-Direttiva 2006/112/KE li jkunu relatati ma’ Stat Membru li minnu jintbagħtu jew jiġu ttrasportati oġġetti biss jekk l-oġġetti koperti mill-iskema ta’ trasferiment ta’ merkanzija proprja jkunu ntbagħtu jew ġew ittrasportati minn dak l-Istat Membru fi żmien il-perjodu tat-taxxa.” |
|
(5) |
fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni tal-VAT imsemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tintbagħat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni permezz tan-netwerk CCN/CSI billi jintuża l-messaġġ elettroniku komuni li jidher fl-Anness III fil-każijiet kollha li ġejjin:
|
Artikolu 2
Emendi tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Is-sostituzzjoni tal-Annessi I, V u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194
L-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194 huma sostitwiti bit-test li jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 1 u 3 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2028.
L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2027 sat-30 ta’ Ġunju 2028.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/904/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/516 tal-11 ta’ Marzu 2025 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali (ĠU L, 2025/516, 25.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/516/oj).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/112/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/194 tat-12 ta’ Frar 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 fir-rigward ta’ skemi speċjali għal persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi lil persuni mhux taxxabbli, li jbigħu b’distanza oġġetti u ċerti provvisti domestiċi ta’ oġġetti (ĠU L 40, 13.2.2020, p. 114, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/194/oj).
ANNESS I
L-ANNESS I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Ir-ringieli 8 u 20 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fin-noti f’qiegħ il-paġna, tiżdied in-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja:
|
ANNESS II
ANNESS I
Dettalji ta’ identifikazzjoni
|
|
|
Skema |
|
||||
|
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
|
Nru tal-kaxxa |
Element tad-data |
Mhux tal-Unjoni |
L-Unjoni |
Importazzjoni |
Intermedjarju |
Trasferiment |
Spjegazzjoni addizzjonali |
|
Identifikazzjoni fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni |
|||||||
|
1 (*1) |
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali tal-persuna taxxabbli allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 362 tad-Direttiva 2006/112/KE |
x |
|
|
|
|
Għandu jissegwa l-format: EUxxxyyyyyz, fejn: xxx huwa n-numru bi tliet ċifri tal-kodiċi numerika tal-ISO tal-Istat Membru ta’ identifikazzjoni (MSI); yyyyy huwa n-numru b’ħames ċifri assenjat mill-MSI; u z hija ċifra ta’ kontroll. |
|
1 (*1) |
In-numru ta’ identifikazzjoni individwali tal-persuna taxxabbli tal-VAT allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 369d u/jew mal-Artikolu 369xd tad-Direttiva 2006/112/KE, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż |
|
x |
|
|
x |
|
|
1 (*1) |
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 369q(1) jew (3) tad-Direttiva 2006/112/KE |
|
|
x |
|
|
Għandu jissegwa l-format: IMxxxyyyyyyyz, fejn: xxx huwa l-kodiċi numeriku ISO bi tliet ċifri tal-MSI; yyyyy huwa n-numru b’sitt ċifri assenjat mill-MSI; u z hija ċifra ta’ kontroll. |
|
1 (*1) |
In-numru ta’ identifikazzjoni individwali tal-intermedjarju allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 369q(2) tad-Direttiva 2006/112/KE |
|
|
|
x |
|
Għandu jissegwa l-format: IMxxxyyyyyyyz, fejn: xxx huwa l-kodiċi numeriku ISO bi tliet ċifri tal-MSI; yyyyy huwa n-numru b’sitt ċifri assenjat mill-MSI; u z hija ċifra ta’ kontroll. |
|
1a (*1) |
Jekk il-persuna taxxabbli hija rappreżentata minn intermedjarju, in-numru ta’ identifikazzjoni individwali ta’ dak l-intermedjarju allokat f’konformità mal-Artikolu 369q(2) tad-Direttiva 2006/112/KE |
|
|
x |
|
|
|
|
2a (*1) |
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT għal persuna taxxabbli stabbilita fl-UE fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni |
|
x |
x |
x |
x |
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT għal persuna taxxabbli fl-UE f’konformità mal-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112/KE Dan huwa n-numru indikat fil-kaxxa 1 għall-iskemi tal-Unjoni u tat-trasferiment ta’ merkanzija proprja. |
|
2b |
In-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa maħruġ mill-pajjiż li fih il-persuna taxxabbli għandha l-post tan-negozju, jekk ma jkunx fl-UE |
x |
x |
x |
x |
x |
Din il-kaxxa timtela biss meta l-post tan-negozju jkun barra mill-UE. |
|
3 |
Il-pajjiż li fih il-persuna taxxabbli għandha l-post tan-negozju, jekk ma jkunx fl-UE |
x |
x |
x |
x |
x |
– Obliggatorju għal persuna taxxabbli stabbilita mhux fl-UE, jew – Obliggatorju għal persuna taxxabbli stabbilita fl-UE, b’post tan-negozju barra mill-UE. |
|
4 |
Dikjarazzjoni elettronika li l-persuna taxxabbli mhijiex stabbilita fl-Unjoni |
x |
x |
x |
|
x |
Veru jekk il-persuna taxxabbli mhijiex stabbilita. |
|
5 (*1) |
Isem il-kumpanija |
x |
x |
x |
x |
x |
L-isem legali tal-kumpanija rreġistrata fl-Istat Membru tal-istabbiliment u magħruf bħala l-isem tal-kumpanija |
|
6 |
L-isem/ismijiet kummerċjali tal-kumpanija jekk differenti minn isem il-kumpanija |
x |
x |
x |
x |
x |
|
|
7 |
Is-sit(i) web tal-persuna taxxabbli jew tal-kumpanija, meta disponibbli |
x |
x |
x |
|
x |
|
|
Dettalji ta’ kuntatt |
|||||||
|
8 |
Isem il-persuna ta’ kuntatt |
x |
x |
x |
x |
x |
|
|
9 |
Numru tat-telefon tal-persuna ta’ kuntatt |
x |
x |
x |
x |
x |
Il-prefiss rilevanti tal-pajjiż irid jiġi inkluż man-numru |
|
10 |
Indirizz tal-email ta’ kuntatt |
x |
x |
x |
x |
x |
Dan għandu jkun l-indirizz tal-email tal-persuna taxxabbli li se jintuża għall-korrispondenza mal-amministrazzjonijiet tat-taxxa. |
|
11 (*1) |
Indirizz postali |
x |
x |
x |
x |
x |
– L-indirizz postali sħiħ tal-post tan-negozju barra mill-UE, tal-persuna taxxabbli stabbilita mhux fl-UE, jew – Indirizz postali sħiħ, fl-UE, tal-post tan-negozju/tal-istabbiliment tal-persuna taxxabbli stabbilita fl-UE |
|
Dettalji tal-kont |
|||||||
|
12a (*1) |
IBAN |
x |
x |
x |
x |
x |
Għall-iskema ta’ importazzjoni, l-IBAN irid jiġi pprovdut meta l-persuna taxxabbli ma tkunx rappreżentata minn intermedjarju. |
|
12b |
OBAN |
x |
|
|
|
|
Biss meta ma jkun disponibbli l-ebda IBAN |
|
13 |
Numru BIC |
x |
|
|
|
|
Obbligatorju għan-numru OBAN, fakultattiv għan-numru IBAN |
|
Identifikazzjonijiet oħra |
|||||||
|
14.1a |
In-numru/i ta’ identifikazzjoni individwali tal-VAT jew in-numru/i ta’ referenza tat-taxxa maħruġ(a) mill-Istat Membru li fih il-persuna taxxabbli għandha stabbiliment fiss, minbarra l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni |
|
x |
x |
x |
x |
Jista’ jiġi indikat stabbiliment fiss wieħed biss għal kull Stat Membru. Madankollu, fejn hemm iktar minn stabbiliment fiss wieħed fl-UE, uża l-kaxxa 14.2a, 14.3a, eċċ. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta biss jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx grupp tal-VAT. |
|
14.1b |
Indirizz postali sħiħ ta’ dak l-istabbiliment fiss |
|
x |
x |
x |
x |
Fejn hemm iktar minn stabbiliment wieħed fiss, uża l-kaxxa 14.2b, 14.3b, eċċ. |
|
15.1 |
In-numru/i ta’ identifikazzjoni individwali tal-VAT jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa maħruġ(a) mill-Istat Membru li fih il-persuna taxxabbli ma għandha l-ebda stabbiliment fiss |
x |
x |
x |
x |
x |
Fejn hemm iktar minn identifikazzjoni waħda tal-VAT, uża l-kaxxa 15.2, 15.3, eċċ. |
|
16 (*1) |
Jekk irreġistrat għall-iskema għall-impriżi ż-żgħar, in-numru ta’ identifikazzjoni individwali allokat f’konformità mal-Artikolu 284 tad-Direttiva 2006/112/KE |
|
x |
|
|
x |
In-numru ta’ identifikazzjoni EX jrid jiġu pprovdut, jekk applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 284(3) tad-Direttiva 2006/112/KE. |
|
17 (*1) |
In-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali, allokat(i) mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni f’konformità mal-Artikoli 362, 369d, 369q jew 369xd tad-Direttiva 2006/112/KE, li l-persuna taxxabbli tkun diġà użat jew qed tuża biex tirreġistra ruħha f’waħda mill-iskemi tal-punt uniku ta’ servizz (OSS, One-Stop-Shop). |
x |
x |
x |
|
x |
|
|
17a (*1) |
In-numru/i tal-intermedjarju allokat(i) mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 369q(2) tad-Direttiva 2006/112/KE jekk l-intermedjarju kien jaġixxi bħala tali qabel |
|
|
|
x |
|
|
|
Indikaturi |
|||||||
|
18 |
Indikatur jekk il-persuna taxxabbli hijiex interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 14a tad-Direttiva 2006/112/KE |
|
x |
x |
|
|
Veru jekk il-persuna taxxabbli hija pjattaforma li taġixxi bħala fornitur meqjus |
|
19 (*1) |
Indikatur jekk il-persuna taxxabbli hijiex grupp tal-VAT |
|
x |
x |
|
x |
Veru jekk il-persuna taxxabbli hija grupp tal-VAT. Jekk veru, l-istabbilimenti fissi ma jridux jiġu pprovduti fil-kaxxa 14. |
|
Dati |
|||||||
|
20 |
Data tal-bidu: id-data meta l-persuna taxxabbli tibda tuża l-iskema. |
x |
x |
x |
|
x |
Din id-data tista’ tkun ukoll qabel id-data tar-reġistrazzjoni għall-iskemi tal-Unjoni, mhux tal-Unjoni u tat-trasferiment ta’ merkanzija proprja. Għall-iskema ta’ importazzjoni, id-data tal-bidu hija d-data tar-reġistrazzjoni meta lill-persuna taxxabbli jew lill-intermedjarju jiġi allokat numru fl-iskema speċjali għall-bejgħ b’distanza ta’ oġġetti importati minn territorji terzi jew minn pajjiżi terzi (“Import-One-Stop-Shop”). |
|
21 (*1) |
Data tat-talba: id-data li fiha l-persuna taxxabbli titlob li tiġi rreġistrata taħt l-iskema |
x |
x |
x |
x |
x |
|
|
22 (*1) |
Data tar-reġistrazzjoni: id-data li fiha l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni jiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni mitluba |
x |
x |
x |
x |
x |
|
|
(*1) Id-data trid tingħata mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, jekk disponibbli. |
|||||||
ANNESS II
Dettalji dwar l-istatus ta’ persuna taxxabbli jew ta’ intermedjarju fir-reġistru ta’ Stat Membru ta’ identifikazzjoni
|
|
Kodiċi tal-esklużjoni |
Ir-raġuni għat-tibdil fir-reġistru tal-istatus tal-persuna taxxabbli |
Ir-raġuni għat-tibdil fir-reġistru tal-istatus tal-intermedjarju |
|||||||||
|
Id-data minn meta l-bidla hija effettiva |
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali ta’ persuna taxxabbli allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż għar-reġistrazzjoni tagħha fl-iskema mhux tal-Unjoni, tal-Unjoni, ta’ importazzjoni jew ta’ trasferiment ta’ merkanzija proprja |
In-numru individwali ta’ identifikazzjoni ta’ intermedjarju allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, li jinkludi l-kodiċi tal-pajjiż |
|||||||||
|
1 |
Il-persuna taxxabbli tiġi eskluża fuq talba jew ex officio u ma tkun mistennija l-ebda attività taxxabbli
|
L-intermedjarju jiġi eskluż fuq talba jew ex officio u ma tkun mistennija l-ebda attività taxxabbli
|
||||||||||
|
3 |
Il-persuna taxxabbli tiġi eskluża fuq talba jew ex officio u għadhom mistennija attivitajiet taxxabbli
|
L-intermedjarju jiġi eskluż fuq talba jew ex officio u għadhom mistennija attivitajiet taxxabbli L-intermedjarju jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jiġi identifikat fi Stat Membru ġdid ta’ identifikazzjoni. |
||||||||||
|
4 |
Il-persuna taxxabbli b’mod persistenti ma tikkonformax mar-regoli tal-iskema speċjali. |
L-intermedjarju b’mod persistenti ma jikkonformax mar-regoli tal-iskema speċjali. |
ANNESS III
Dikjarazzjonijiet tal-VAT
|
|
Skema |
||||||||||
|
A |
B |
C |
D |
E |
F |
||||||
|
Nru tal-kaxxa |
Element tad-data |
Mhux tal-Unjoni |
L-Unjoni |
Importazzjoni |
Trasferiment |
||||||
|
Parti 1: Informazzjoni ġenerali |
|||||||||||
|
1 |
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 362 tad-Direttiva 2006/112/KE |
X |
|
|
|
||||||
|
1 |
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 369d u mal-Artikolu 369xd tad-Direttiva 2006/112/KE, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż |
|
X |
|
X |
||||||
|
1 |
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 369q(1) jew (3) tad-Direttiva 2006/112/KE |
|
|
X |
|
||||||
|
1a |
Jekk il-persuna taxxabbli hija rappreżentata minn intermedjarju, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dak l-intermedjarju allokat f’konformità mal-Artikolu 369q(2) tad-Direttiva 2006/112/KE |
|
|
X |
|
||||||
|
2 |
Il-perjodu tat-taxxa (1) |
X |
X |
X |
X |
||||||
|
2a |
Id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-perjodu (2) |
X |
X |
X |
X |
||||||
|
2b |
Numru ta’ referenza uniku allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni (3) |
X |
X |
X |
X |
||||||
|
It-tieni parti: Għal kull Stat Membru ta’ konsum li fih hija dovuta l-VAT/Għal kull Stat Membru li lejnu jiġu ttrasferiti l-oġġetti |
|||||||||||
|
|
X |
|
X |
|||||||
|
3.1 |
Kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tal-konsum (MSCON)/Stat Membru li għalih jiġu ttrasferiti l-oġġetti (6) |
X |
X |
X |
X |
||||||
|
4.1 |
Ammont taxxabbli tal-oġġetti trasferiti |
|
|
|
X |
||||||
|
5.1 |
Ammont taxxabbli |
X |
X |
X |
|
||||||
|
6.1 |
Tip ta’ rata standard jew imnaqqsa tal-VAT, jew eżentata bid-dritt ta’ tnaqqis (7) |
X |
X |
X |
|
||||||
|
7.1 |
Rata tal-VAT (8) |
X |
X |
X |
|
||||||
|
8.1 |
L-ammont totali tal-VAT |
X |
X |
X |
|
||||||
|
9.1 |
L-ammont totali tal-VAT pagabbli għall-provvisti ta’ servizzi dikjarati fil-parti 2a u l-provvisti ta’ oġġetti dikjarati fil-parti 2b |
X |
X |
X |
|
||||||
|
|
X |
|
X |
|||||||
|
10.1 |
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali tal-istabbiliment fiss jew, jekk mhux disponibbli, in-numru ta’ referenza tat-taxxa, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż (9): |
|
X |
|
X |
||||||
|
|
X |
|
|
|||||||
|
|
X |
|
|
|||||||
|
|
|
|
X |
|||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali/numru ta’ referenza tat-taxxa mingħajr stabbiliment fiss fl-Istat Membru li minnu/fih jiġu pprovduti l-oġġetti (9) |
|
X |
|
|
|||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali/numru ta’ referenza tat-taxxa mingħajr stabbiliment fiss fl-Istat Membru li minnu jiġu ttrasferiti l-oġġetti (9) |
|
|
|
X |
|||||||
|
Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru li minnu jiġu pprovduti/ittrasferiti l-oġġetti (9), f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
|
X |
|
X |
|||||||
|
11.1 |
Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tal-konsum (MSCON)/Stat Membru li lejnu jiġu ttrasferiti l-oġġetti (10) |
|
X |
|
X |
||||||
|
12.1 |
Ammont taxxabbli tal-oġġetti ttrasferiti |
|
|
|
X |
||||||
|
13.1 |
Ammont taxxabbli |
|
X |
|
|
||||||
|
14.1 |
Tip ta’ rata standard jew imnaqqsa tal-VAT, jew eżentata bid-dritt ta’ tnaqqis (7) |
|
X |
|
|
||||||
|
15.1 |
Rata tal-VAT (11) |
|
X |
|
|
||||||
|
16.1 |
L-ammont totali tal-VAT |
|
X |
|
|
||||||
|
17.1 |
L-ammont totali tal-VAT pagabbli għall-provvisti ta’ servizzi dikjarati fil-parti 2d u l-provvista ta’ oġġetti dikjarati fil-parti 2e |
|
X |
|
|
||||||
|
|
X |
|
|
|||||||
|
18.1 |
Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru ta’ konsum (MSCON, Member State of consumption) (12) |
|
X |
|
|
||||||
|
19.1 |
L-ammont ta’ VAT pagabbli għal kull aġġustament tat-tnaqqis (13) |
|
|
|
|
||||||
|
20.1 |
Fattur(i) li jagħti/u lok għal kull aġġustament kif determinat mill-Istat Membru rilevanti (14) |
|
X |
|
|
||||||
|
21.1 |
Għall-oġġetti kapitali, id-data tal-bidu tal-perjodu ta’ aġġustament wara t-trasferiment |
|
X |
|
|
||||||
|
22.1 |
L-ammont ta’ VAT pagabbli għall-aġġustament tat-tnaqqis |
|
X |
|
|
||||||
|
|
X |
|
|
|||||||
|
23.1 |
L-ammont totali tal-VAT (Kaxxa 9.1 + Kaxxa 17.1 + Kaxxa 22.1) (15) |
|
X |
|
|
||||||
|
Parti 3: Għal kull Stat Membru ta’ konsum, jew kull Stat Membru li għalih l-oġġetti jiġu ttrasferiti, li għalih issir korrezzjoni |
|||||||||||
|
24.1 |
Il-perjodu tat-taxxa (1) |
X |
X |
X |
X |
||||||
|
25.1 |
Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru li minnu jiġu ttrasferiti l-oġġetti |
|
|
|
X |
||||||
|
26.1 |
Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tal-konsum, tal-Istat Membru li għalih jiġu ttrasferiti l-oġġetti |
X |
X |
X |
X |
||||||
|
27.1 |
L-ammont totali tal-VAT li jirriżulta minn korrezzjonijiet ta’ provvisti (16) |
X |
X |
X |
|
||||||
|
28.1 |
L-ammont taxxabbli li jirriżulta minn korrezzjonijiet ta’ trasferimenti (16) |
|
|
|
X |
||||||
|
29.1 |
Raġuni għall-korrezzjoni (17) |
X |
X |
X |
X |
||||||
|
Parti 4: Bilanċ tal-VAT dovut għal kull Stat Membru ta’ konsum |
|||||||||||
|
30.1 |
L-ammont totali tal-VAT dovut, inklużi l-korrezzjonijiet ta’ dikjarazzjonijiet preċedenti għal kull Stat Membru (Kaxxa 23.1 + Kaxxa 27.1) (15) |
X |
X |
X |
|
||||||
|
Parti 5: Ammont totali tal-VAT dovut għall-Istati Membri kollha ta’ konsum |
|||||||||||
|
31 |
L-ammont totali tal-VAT dovut għall-Istati Membri kollha (Kaxxa 30.1 + 30.2. …) (18) |
X |
X |
X |
|
||||||
|
(1) Għall-iskemi tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni, il-perjodu tat-taxxa huwa relatat ma’ trimestri kalendarji: T1.ssss – T2.ssss – T3.ssss – T4.ssss. Għall-iskemi ta’ importazzjoni u ta’ merkanzija proprja, il-perjodu tat-taxxa huwa relatat ma’ xhur kalendarji: M01.ssss – M02.ssss – M03.ssss – eċċ. (2) Trid timtela’ biss f’każijiet meta l-persuna taxxabbli tippreżenta aktar minn dikjarazzjoni waħda tal-VAT għall-perjodu tat-taxxa. Tirrigwarda l-jiem kalendarji: jj.xx.ssss – jj.xx.ssss. (3) In-numru ta’ referenza uniku kif allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jikkonsisti mill-kodiċi tal-pajjiż għall-MSI/għan-numru/għall-perjodu tal-VAT – jiġifieri CZ/xxxxxxxxx/Q1.yyy (jew /M01.yyyy għall-iskema ta’ importazzjoni) + żid il-kronogramma. In-numru għandu jiġi allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni qabel it-trażmissjoni tad-dikjarazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati. (4) Inklużi l-provvisti ffaċilitati permezz ta’ interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 14a(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, anke meta l-interfaċċa elettronika tkun ġiet stabbilita f’dan l-Istat Membru. (5) Inklużi provvisti ta’ oġġetti skont l-Artikoli 36, 37 u 39 tad-Direttiva 2006/112/KE. (6) Meta jkun hemm aktar minn Stat Membru wieħed ta’ konsum (MSCON)/Stat Membru li lejnu jiġu ttrasferiti l-oġġetti, uża l-kaxxi 3.2 sa 9.2, eċċ. (7) F’konformità mal-Artikoli 98, 101a, 105a u 151. (8) Meta tiġi applikata aktar minn rata waħda matul il-perjodu ta’ ritorn, uża l-kaxxi 5.x.2, 6.x.2, 7.x.2, 8.x.2, eċċ. Meta l-provvista tkun eżentata bid-dritt ta’ tnaqqis, trid tissemma rata ta’ 0 %. (9) Meta jkun hemm aktar minn stabbiliment fiss wieħed, numru ta’ identifikazzjoni mingħajr stabbiliment fiss wieħed jew kodiċi tal-pajjiż wieħed, uża l-kaxxi 10.2 sa 17.2, eċċ. (10) Meta jkun hemm aktar minn Stat Membru ta’ konsum (MSCON) wieħed/Stat Membru wieħed li lejnu ġew ittrasferiti l-oġġetti, uża l-kaxxi 11.x.2 sa 17.x.2, eċċ. (11) Meta tiġi applikata aktar minn rata waħda matul il-perjodu ta’ ritorn, uża l-kaxxi 13.x.x.2, 14.x.x.2, 15.x.x.2, 16.x.x.2, eċċ. Meta l-provvista tkun eżentata bid-dritt ta’ tnaqqis, trid tissemma rata ta’ 0 %. (12) Meta jkun hemm aktar minn Stat Membru ta’ konsum (MSCON) wieħed, uża l-kaxxi 18.2, 19.2, 20.2, 21.2.x, 22.2.x, eċċ. (13) Meta jkun hemm aktar minn aġġustament wieħed għal kull Stat Membru ta’ konsum, uża l-kaxxi 19.x.2 u 20.x.2, eċċ. (14) Lista predefinita ta’ raġunijiet bħall-bidla fl-użu; l-użu għal eżenzjoni mingħajr tnaqqis; oħrajn. (15) Meta jkun hemm aktar minn Stat Membru ta’ konsum (MSCON) wieħed, uża l-kaxxi 9.2 + 17.2 + 22.2, eċċ. u l-kaxxi 23.2 + 27.2, eċċ. (16) Dan l-ammont jista’ jkun negattiv. (17) Lista predefinita ta’ raġunijiet bħall-annullament tat-tranżazzjoni (eż. ritorn tal-oġġetti), żball fir-rati tal-VAT, dettalji tat-tranżazzjonijiet żbaljati (eż. servizzi minflok oġġetti, żbalji fl-ammont taxxabbli, munita, MSCON żbaljat), oħrajn. (18) Ammonti negattivi fil-kaxxi 30.1, 30.2, eċċ. ma jistgħux jitqiesu. |
|||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1869/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)