3.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9782 — Experian/Bertelsmann/Informa)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 183/06)

1.   

Fl-20 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Bertelsmann SE & Co. KGaA (“Bertelsmann”, il-Ġermanja),

—

Experian plc (“Experian”, ir-Renju Unit),

—

Informa Solutions GmbH (“Informa”, il-Ġermanja).

Experian u Bertelsmann jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Informa kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Experian: kumpanija dinjija ta’ servizzi tal-informazzjoni li tipprovdi software u servizzi lin-negozji li jippermettulhom biex jiġġestixxu r-riskju tal-kreditu, jimminimizzaw l-inċidenza tal-frodi u jivverifikaw l-identità tal-individwi.

—

Bertelsmann: kumpanija tal-media, servizzi u edukazzjoni domiċiljata fil-Ġermanja u li topera f’madwar 50 pajjiż, b’mod partikulari, fit-televiżjoni, il-pubblikazzjoni ta’ rivisti, pubblikazzjoni tal-mużika, servizzi tal-edukazzjoni;

—

Informa: bħalissa hija sussidjarja indiretta u proprjetà kollha kemm hi ta’ Bertelsmann. Wara t-tranżazzjoni, hija se ġġib flimkien l-attivitajiet ta’ Experian u Bertelsmann f’servizzi ta’ uffiċċju ta’ referenza tal-kreditu, prevenzjoni tal-frodi u servizzi ta’ identità, data tal-affidabbiltà kreditizja u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ punteġġ, l-awtomatizzazzjoni tal-proeċessi ta’ ġestjoni tal-pretensjonijiet u s-servizzi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u analitiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9782 — Experian/Bertelsmann/Informa

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.