2001R0214 — MT — 28.06.2009 — 010.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 214/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 (ĠU L 037, 7.2.2001, p.100) |
Emendat bi:
Ikkoreġut b'
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 214/2001
tat-12 ta’ Jannar 2001
li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward interventi fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ( 1 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1040/2000 ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 ( 3 ) u wkoll, inter alia, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 777/87 ( 4 ) li jittratta dwar l-arranġamenti ta' xiri għal ħażna ta' butir u trab tal-ħalib xkumat. Minħabba dawk l-arranġamenti ġodda u fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, ir-regoli dettaljati li jirregolaw l-intervent fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat għandhom ikunu emendati. Biex ikun hemm ċarezza, għalhekk, il-kitba mill-ġdid tar-regolamenti speċifiċi li qabel kienu jirregolaw l-aspetti diversi ta’ interventi, jiġifieri r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2213/76 ta’ l-10 ta’ Settembru 1976 dwar il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat minn ħażna pubblika ( 5 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2080/96 ( 6 ), (KEE) Nru 1362/87 tat-18 ta’ Mejju 1987 li jippreskrivi regolamenti dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 777/87 dwar ix-xiri għal ħażna u l-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta' trab tal-ħalib xkumat ( 7 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 569/96 ( 8 ), (KEE) Nru 1158/91 tat-3 ta’ Mejju 1991 dwar ix-xiri għal ħażna bl-offerti tat-trab tal-ħalib xkumat lill-aġenziji ta' intervent ( 9 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 124/1999 ( 10 ), u (KE) Nru 322/96 tat-22 ta’ Frar 1996 li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għall-ħażna pubblika tat-trab tal-ħalib xkumat ( 11 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 419/98 ( 12 ), għandhom ikunu implimentati u d-disposizzjonijiet tagħhom għandhom jinġabru flimkien f’regolament wieħed. |
|
(2) |
L-aġenziji ta' intervent jistgħu jixtru biss dak it-trab tal-ħalib xkumat għal ħażna li jikkonforma mal-ħtiġijiet preskritti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 kif ukoll mal-kondizzjonijiet ta' kwalità u preżentazzjoni, li jeħtieġu jkunu definiti. Il-metodi ta’ analiżi u r-regoli dettaljati li jirregolaw il-kwalità tal-kontroll għandhom ikunu speċifikati wkoll u, jekk is-sitwazzjoni hekk tirrikjedi, għandha ssir disposizzjoni għal kontrolli dwar radjoattività fit-trab tal-ħalib xkumat, li l-livelli massimi tiegħu jeħtieġ li jkunu stabbiliti, fejn ikun il-każ, mill-liġijiet tal-Komunità. |
|
(3) |
Biex ikun żgurat li l-arranġamenti ta’ intervent jaħdmu sew, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ l-impriżi ta' manifattura u għall-verifika ta' konformità magħhom. Biex ikun żgurat li l-arranġamenti huma effettivi, għandha ssir disposizzjoni biex tittieħed azzjoni jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jitħarsux. Peress li t-trab tal-ħalib xkumat jista’ jinxtara għal ħażna minn aġenzija ta’ intervent li tappartjeni għal Stat Membru ieħor għajr dak li fit-territorju tiegħu kien prodott, l-aġenzija ta’ intervent li tagħmel ix-xiri għal ħażna għandha tkun kapaċi tivverifika li l-kondizzjonijiet dwar il-kwalità u l-preżentazzjoni jkunu mħarsa f'dawn il-każi. |
|
(4) |
In-nuqqas ta' tħaris ta' dawn il-kondizzjonijiet m’għandux ikun ta' piż fuq il-budget tal-Komunità; it-trab tal-ħalib xkumat li ma jikkonformax għandu għalhekk jittieħed lura mill-operatur, li għandu jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-ħażna li tħallsu. |
|
(5) |
Il-kwantità minima offerta għall-bejgħ għandha tkun speċifikata. L-offerti għandhom ikunu akkumpanjati minn garanzija, sabiex ikun żgurat li l-offerta tinżamm u li t-trab tal-ħalib xkumat jitwassal fil-limiti ta’ żmien li għandhom ikunu stabbiliti. |
|
(6) |
Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-aġenziji ta’ intervent jistgħu jixtru għal ħażna biss it-trab tal-ħalib xkumat li fih kontenut minimu ta’ proteina. Barra minn hekk, il-prezz tax-xiri għal ħażna jista’ jvarja skond il-kontenut ta’ proteina. Il-metodu biex ikun ikkalkolat il-prezz tax-xiri għal ħażna għandu jkun definit. |
|
(7) |
L-obbligi ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu speċifikati bl-għan ta’ amministrazzjoni korretta ta’ ħażniet f’magażinaġġ, billi tkun stabbilita distanza massima għall-post tal-ħażna u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu meta dik id-distanza tinqabeż, u jeħtieġu, partikolarment, li l-ħażniet ikunu aċċessibbli, li l-lottijiet ikunu identifikati u li t-trab tal-ħalib xkumat maħżun ikun assigurat kontra riskji. Sabiex tkun żgurata uniformità fil-frekwenza u l-livell ta’ kontrolli, jeħtieġ li tkun speċifikata n-natura u n-numru ta’ spezzjonijiet tal-postijiet tal-ħażna li għandhom jitwettqu mill-aworitajiet nazzjonali. Peress li l-aġenziji ta’ intervent huma marbuta b' kuntratti eżistenti għall-perjodu kurrenti ta’ ħażna, għandha ssir disposizzjoni fejn il-ħtiġijiet il-ġodda li għandhom jitħarsu fil-postijiet tal-ħażna dwar id-dħul u l-ħruġ mill-ħażna jkunu japplikaw biss għall-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat mixtri għall-intervent mill-1 ta’ Settembru 2000. |
|
(8) |
Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, ix-xiri għal ħażna ta' trab tal-ħalib xkumat jista’ jkun sospiż hekk kif il-kwantitajiet offerti għal intervent fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu sa 31 t’Awissu kull sena jaqbżu 109000 tunnellati metriċi. Meta jiġri dan, xiri għal ħażna jista’ jsir b'sejħa permanenti għal offerti, li għalihom iridu jiġu preskritti regoli dettaljati. Il-komponenti ta' l-offerta, partikolarment il-kwantità minima, il-limiti ta’ żmien għas-sottomissjoni u l-prezz massimu tax-xiri għal ħażna għandhom ikunu definiti. Biex tiġi żgurata konformità mal-ħtiġijiet rigward il-kwalità u l-preżentazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat fiż-żmien ta’ l-offerta u wara d-dħul għall-ħażna, dawk li jitfgħu l-offerti huma meħtieġa jagħtu garanzija bil-miktub għal dan l-iskop, flimkien ma’ l-offerta tagħhom. Garanzija għandha wkoll takkumpanja l-offerta, sabiex ikun żgurat li l-offerta tinżamm sa wara d-data ta’ l-egħluq għat-tfigħ ta’ l-offerti u li t-trab tal-ħalib xkumat jitwassal f’ċerti limiti ta’ żmien li għandhom ikunu stabbiliti. Barra minn hekk, il-metodu użat biex ikun ikkalkolat il-prezz tax-xiri għal ħażna bir-riferenza għall-kontenut ta’ proteini tat-trab tal-ħalib xkumat mixtri għal ħażna għandu jkun definit. |
|
(9) |
L-amministrazzjoni korretta ta’ l-istokk ta’ intervent teħtieġ li t-trab tal-ħalib xkumat jerġa’ jinbiegħ hekk kif postijiet tal-bejgħ ikunu disponibbli. Biex ikun żgurat aċċess indaqs għat-trab tal-ħalib xkumat għall-bejgħ, il-partijiet kollha interessati jridu jkunu jistgħu jixtru. Sabiex ma jkunx distabilizzat is-suq, il-prezz tal-bejgħ għandu jkun iffissat skond il-qagħda tas-suq. Kondizzjonijiet tal-bejgħ, li jirrikjedu depożitu ta’ garanzija ta’ esekuzzjoni, għandhom jiġu preskritti, partikolarment rigward it-teħid tat-trab tal-ħalib xkumat u l-limiti ta’ żmien għall-pagament. Sabiex tkun monitorjata s-sitwazzjoni dwar ħażniet, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħa. |
|
(10) |
L-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jippreskrivi għajnuna li għandha tingħata għall-ħażna privata ta' trab tal-ħalib xkumat. Biex ikun żgurat li l-arranġamenti jkunu monitorjati sew, għandha ssir disposizzjoni għal kuntratt u għal sett ta’ speċifikazzjonijiet rigward il-kondizzjonijiet tal-ħażna. Għall-istess raġuni, regoli dettaljati għandhom ukoll jiġu preskritti rigward id-dokumentazzjoni, il-kontijiet u l-frekwenza ta' proċeduri dwar kontrolli u spezzjonijiet, partikolarment rigward il-ħtiġijiet preskritti fl-Artikolu 7(3). Biex ikunu ffaċilitati l-kontrolli dwar il-preżenza ta' prodotti maħżuna skond kuntratti għal ħażna privata, għandu jkun hemm disposizzjoni għalihom biex jitneħħew mill-ħażna f'lottijiet sakemm l-Istat Membru ma jawtorizzax it-tneħħija ta' kwantità iżgħar. |
|
(11) |
Il-miżuri preskritti f'dan ir-Regolament jikkonformaw ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
L-GĦAN
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli dettaljati għal intervent fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat kif previst fl-Artikolu 10(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 ( 13 ), rigward:
(a) ix-xiri bil-prezz fiss kif jissemma fl-Artikolu 13(1)(d) flimkien mal-Artikolu 18(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;
(b) ix-xiri li jaqa′ taħt sejħa għal offerti li qiegħda fis-seħħ kif imsemmija fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;
(c) il-bejgħ ta' trab tal-ħalib xkumat minn ħażna pubblika waqt sejħa għal offerti li qiegħda fis-seħħ.
KAPITOLU II
IL-ĦAŻNA PUBBLIKA
Sezzjoni 1
Il-kondizzjonijiet dwar xiri għal ħażna
Artikolu 2
1. L-aġenzija tal-intervent għandha tixtri biss trab tal-ħalib xkumat li jkun konformi mal-Artikolu 10(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u mal-paragrafi 2 sa 7 ta′ dan l-Artikolu u li jkun offrut għal intervent fil-perjodu bejn l-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awwissu.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispezzjonaw il-kwalità tat-trab tal-ħalib xkumat billi jużaw il-metodi analitiċi stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi ta' kampjuni meħuda skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament. L-ispezzjonijiet għandhom jistabbilixxu li, ħlief il-materja prima awtorizzata użata għall-aġġustament tal-proteina kif imsemmija fl-Anness I(4)(b) għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE ( 14 ) it-trab tal-ħalib xkumat ma jkunx fih prodotti oħra, partikolarment xorrox tal-butir jew xorrox, kif definit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
L-aġġustament tal-proteina, jekk applikabbli, għandu jsir fil-fażi likwida.
Madankollu, jekk il-Kummissjoni taqbel, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta' awtokontroll li taqa′ taħt is-superviżjoni tagħhom stess għal ċerti rekwiżiti ta' kwalità u ċerti impriżi approvati.
3. Il-livelli ta' radjoattività fit-trab tal-ħalib xkumat ma jistgħux jaqbżu l-livelli massimi permessi, fejn ikun il-każ, skond ir-regoli tal-Komunità.
Il-livell ta’ kontaminazzjoni radjoattiva tal-prodott għandha tkun monitorjata jekk is-sitwazzjoni hekk titlob u matul il-perjodu meħtieġ biss. Fejn hemm bżonn, iż-żmien u l-iskop tal-kontrolli għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.
4. It-trab tal-ħalib xkumat irid ikun manifatturat matul it-tletin ġurnata ta’ qabel il-jum meta l-aġenzija ta’ intervent tkun irċeviet l-offerta biex tbiegħ. Jekk it-trab tal-ħalib xkumat ikun maħżun f’silos, irid ikun manifatturat matul l-erba’ ġimgħat qabel dik il-ġimgħa li matulha l-offerta kienet riċevuta.
5. Il-kwantità minima offerta għal bejgħ għandha tkun 20 tunnellata metrika. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li t-trab tal-ħalib xkumat ikun offert f’tunnellati metriċi sħaħ biss.
6. It-trab tal-ħalib xkumat għandu jitpoġġa f’boroż b’toqol nett ta’ 25 kg skond il-ħtiġijiet preskritti fl-Anness II u juru d-dettalji li ġejjin, f’kodiċi fejn ikun approprjat:
(a) in-numru ta’ approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru tal-manifattura;
(b) id-data jew, fejn ikun il-każ, il-ġimgħa tal-manifattura;
(ċ) in-numru tal-lott manifatturat;
(d) id-deskrizzjoni “trab tal-ħalib xkumat għal bexx”.
7. It-trab tal-ħalib xkumat għandu jitwassal fuq paletti addattati għal ħażna fit-tul:
Jekk it-twassil isir fuq paletti li jistgħu jintremew, il-prezz tax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għal ħażna irid ikopri x-xiri tal-paletta.
Jekk il-konsenja ssir fuq paletti EUR jew fuq paletti ta’ kwalità simili, għandhom ikunu ritornati lura lill-bejjiegħ jew mibdula ma’ paletti ekwivalenti mhux aktar tard minn meta jitneħħew mill-ħażna.
Artikolu 3
1. Impriżi kif imsemmijin fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/95 ikunu approvati biss jekk ikunu:
(a) huma approvati bi qbil ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ) u għandhom it-tagħmir tekniku xieraq;
(b) jintrabtu li jżommu reġistri permanenti fil-forma stabbilita mill-aġenzij kompetenti ta’ kull Stat Membru, li jelenkaw l-oriġini tal-materja prima, il-kwantitajiet ta' trab tal-ħalib xkumat, xorrox tal-butir jew xorrox miksuba u l-preparazzjoni għas-suq, identifikazzjoni u d-data tal-ħruġ ta’ kull lott ta' trab tal-ħalib xkumat, xorrox tal-butir u xorrox;
(ċ) jiftiehmu li jibagħtu l-produzzjoni tagħhom tat-trab tal-ħalib xkumat li jista’ jkun offert għal intervent għal spezzjoni uffiċjali speċifika;
(d) jintrabtu li jinformaw il-korp responsabbli mill-ispezzjoni, mill-inqas jumejn tax-xogħol bil-quddiem, mill-intenzjoni tagħhom li jimmanifatturaw it-trab tal-ħalib xkumat għal intervent pubbliku; madankollu, l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi perjodu ta’ żmien iqsar.
2. Biex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetent għandhom iwettqu spezzjonijiet mingħajr avviż fuq il-post, fuq il-bażi ta’ l-iskeda ta’ produzzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat għall-intervent ta’ l-impriżi konċernati.
Għandhom iwettqu mill-anqas:
(a) spezzjoni waħda kull 28 jum ta’ manifattura għal intervent, b’mill-anqas spezzjoni waħda kull sitt xhur, biex teżamina r-reġistri msemmija fil-paragrafu 1(b);
(b) spezzjoni waħda kull sitt xhur, biex jivverifikaw konformità mal-ħtiġijiet l-oħra għall-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
3. L-approvazzjoni għandha tiġi rtirata jekk il-ħtiġijiet ta’ qabel preskritti fil-paragrafu 1(a) ma jkunux imħarsa aktar. L-approvazzjoni tista’ tingħata lura wara mhux anqas minn sitt xhur, fuq talba ta’ l-impriża kkonċernata, wara li ssir spezzjoni bir-reqqa.
Meta impriża tinstab li ma ħarsitx waħda mir-rabtiet tagħha kif imsemmija fil-paragrafu 1(b), (ċ) u (d), ħlief f’każi ta’ force majeure, l-approvazzjoni tkun sospiża għal perjodu ta’ bejn 1 u 12-il xahar, skond kemm tkun serja l-irregolarità.
Stat Membru m'għandux jimponi l-imsemmija sospensjoni fejn isib li l-irregolarità ma saritx apposta jew bħala riżultat ta’ traskuraġni serja u li hija ta’ importanza mill-anqas fit-termini ta’ kemm huma effettivi l-kontrolli previsti fil-paragrafu 2.
4. Rapport għandu jitħejja dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru skond il-paragrafi 2 u 3 li jispeċifika:
(a) id-data tal-kontroll;
(b) iż-żmien li jkun ħa;
(ċ) l-operazzjonijiet li twettqu.
Ir-rapport irid ikun iffirmat mill-ispettur responsabbli u notifikat lill-impriża.
5. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda rigward l-ispezzjonijiet preskritti fil-paragrafi 2 u 3 fi żmien xahar mill-addozjoni tagħhom.
Artikolu 4
1. Meta trab tal-ħalib xkumat ikun offrut għal intervent fi Stat Membru għajr dak li fih kien manifatturat, ix-xiri għal ħażna jrid ikun suġġett għal preżentazzjoni, mhux aktar tard minn 45 jum wara l-jum li fiha l-offerta kienet riċevuta, ta’ ċertifikat provdut mill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-manifattura.
Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) tal-Artikolu 2(6) u l-konferma li t-trab tal-ħalib xkumat ġie prodott minn ħalib xkumat f′attività approvata fil-komunità u li l-aġġustament tal-proteina, jekk applikabbli, tkun saret fil-fażi likwida, kif stabbilit fl-Artikolu 10(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
2. Meta l-Istat Membru tal-manifattura jkun wettaq il-kontrolli msemmijin fl-Artikolu 2(2), iċ-ċertifikat irid ikun fih ukoll ir-riżultati ta’ dawk il-kontrolli u jikkonferma li l-prodott konċernat huwa trab tal-ħalib xkumat fis-sens ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. F’dak il-każ, il-boroż imsemmijin fl-Artikolu 2(6) għandhom ikunu ssiġillati b’tabella nnumerata maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-manifattura. In-numru għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1.
Taqsima 2
Il-proċedura għax-xiri bi prezz fiss
Artikolu 5
1. L-offerti għandhom jinkludu:
(a) l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ;
(b) il-kwantità offerta;
(ċ) il-post fejn jinżamm it-trab tal-ħalib xkumat.
2. L-aġenzija ta’ intervent għandha tirreġistra d-data meta l-offerta tkun riċevuta, il-kwantitajiet korrispondenti u d-dati ta’ manifattura u l-post fejn it-trab tal-ħalib xkumat ikun maħżun.
▼M12 —————
L-offerti ppreżentati nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f′festa pubblika għandhom jitqiesu li jkunu waslu mill-aġenzija tal-intervent fl-ewwel ġurnata ta' xogħol wara l-ġurnata li fiha jkunu tressqu.
L-offerti ppreżentati fil-perjodu bejn is-6 u t-13 ta' April 2009 għandhom jitqiesu li jkunu waslu għand l-aġenzija tal-intervent fl-14 ta' April 2009.
3. Offerti jkunu validi biss jekk:
(a) jirrigwardaw kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat li jħares il-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 2(5);
(b) huma akkumpanjati minn garanzija bil-miktub mill-bejjiegħ li se jħares l-Artikoli 2(4) u 9;
(ċ) tiġi provduta evidenza li l-bejjiegħ iddepożita garanzija ta' 5 EUR għal kull 100 kg fl-Istat Membru li fih giet ippreżentata l-offerta, mhux aktar tard minn ġurnata wara dik li fiha tkun waslet l-offerta.
4. Il-garanzija prevista fil-paragrafu 3(b), jekk għall-ewwel tkun mibgħuta lill-aġenzija ta’ l-intervent, tkun valida b’tiġdid taċitu għall-offerti ta’ wara sakemm tkun kanċellata espliċitament mill-bejjiegħ jew mill-aġenzija ta’ l-intervent, sakemm:
(a) l-offerta oriġinali tippreskrivi li l-bejjiegħ bi ħsiebu juża din id-disposizzjoni;
(b) l-offerti ta’ wara jirriferixxu għal din id-disposizzjoni (b’riferenza għall-“Artikolu 5(4)”)u għad-data ta’ l-offerta oriġinali.
5. L-offerti ma jistgħux jiġu rtirati wara li jkunu waslu għand l-aġenzija tal-intervent.
Artikolu 6
Iż-żamma tal-offerta, il-kunsinna tat-trab tal-ħalib xkumat fil-maħżen iddeżinjat mill-aġenzija tal-intervent fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament u l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżiti ewlenin skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 ( 16 ).
Artikolu 7
1. Wara li tkun eżaminat l-offerta, u wara l-ħames ġurnata ta' xogħol wara dik li fiha tkun waslet l-offerta ta' bejgħ, l-aġenzija tal-intervent għandha toħroġ ordni ta' kunsinna sakemm il-Kummissjoni ma tadottax miżuri speċjali skont l-Artikolu 9a(3).
L-ordni ta' kunsinna għandha tkun iddatata u nnumerata u għandha turi:
(a) il-kwantità ta' trab tal-ħalib xkumat li jrid jitwassal;
(b) id-data finali għall-kunsinna;
(c) il-post tal-maħżen fejn trid titwassal.
L-ordnijiet tal-kunsinna ma għandhomx jinħarġu għall-kwantitajiet li ma jkunux ġew innotifikati skont l-Artikolu 9a(1).
2. It-trab tal-ħalib xkumat irid jitwassal fi żmien 28 ġurnata mill-ġurnata ta’ l-irċevuta ta’ l-offerta għall-bejgħ. It-twassil jista’ jsir f’ħafna konsenji.
3. Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 5(3)(ċ) ghandha tinħeles fil-mument li, l-bejjiegħ ikun wassal l-kwantità indikata fl-ordni tal-kunsinna fit-terminu ta’ żmien stabbilit fiha u tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2.
Jekk it-trab tal-ħalib xkumat ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2, it-trab tal-ħalib xkumat għandu jitwarrab u l-garanzija għandha tintilef fir-rigward tal-kwantitajiet imwarrba.
4. It-trab tal-ħalib xkumat għandu jitqies li jkun ittieħed mill-aġenzija tal-intervent fil-ġurnata meta l-kwantità kollha tat-trab tal-ħalib xkumat kopert mill-ordni tal-kunsinna tidħol fil-post tal-ħażna ddeżinjat mill-aġenzija tal-intervent, iżda mhux qabel il-ġurnata li tinħareġ l-ordni tal-kunsinna.
5. Ħlief għall-każi ta’ force majeure, meta l-bejjiegħ jonqos li jikkonsenja fil-limitu ta’ żmien preskritt, mhux biss tintilef il-garanzija prevista fil-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 5(3) fil-proporzjon tal-kwantitajiet mhux ikkonsenjati, iżda x-xiri għal ħażna wkoll ikun ikkanċellat għar-rigward tal-kwantitajiet li jibqa'.
Artikolu 8
L-aġenzija ta’ intervent għandha tħallas tat-trab tal-ħalib xkumat li ttieħed bejn il-45 u l-65 ġurnata wara d-data tat-teħid, sakemm jinstab li dan ikun konformi mal-ħtiġijiet preskritti fl-Artikolu 2.
Artikolu 9
Meta jagħmel l-offerta l-bejjiegħ jintrabat, jekk l-ispezzjoni turi li t-trab tal-ħalib xkumat ma jħarisx il-ħtiġijiet preskritti fl-Artikolu 2:
(a) li jieħu lura l-oġġetti kkonċernati;
(b) qabel ma jittieħdu lura l-oġġetti, li jħallas l-ispejjeż tal-ħażna tal-kwantitajiet ikkonċernati mid-data meta jittieħdu sad-data tat-tneħħija tagħhom mill-ħażna.
L-ispejjeż tal-ħażna dovuti jkunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-ammonti b’rati xorta għal spejjeż ta' dħul, tneħħija u ħażna, iffissati skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 ( 17 ).
Artikolu 9a
1. Mhux aktar tard mis-14.00 (ħin ta' Brussell) ta' kull nhar ta' Tnejn, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' trab tal-ħalib xkumat li, matul il-ġimgħa preċedenti, kienu s-suġġetti ta' offerta ta' bejgħ skont l-Artikolu 5.
2. Malli jkun osservat li l-offerti msemmija fl-Artikolu 5, f’sena partikolari, joqorbu t-80 000 tunnellata, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri minn liema data għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kull ġurnata ta' xogħol qabel is-14.00 (ħin ta’ Brussell) għall-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat offruti fil-ġurnata preċedenti.
3. Sabiex tikkonforma mal-limiti msemmija fl-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) tal-istess Regolament:
(a) biex tagħlaq intervent ta' xiri bi prezz fiss;
(b) li tistabbilixxi perċentwali waħdieni li bih titnaqqas il-kwantita' totali tal-offerti li tirċievi f’dik il-ġurnata minn kull bejjiegħ, meta l-aċċettazzjoni tal-kwantità kollha offruta f’ġurnata partikolari twassal biex tinqabeż il-kwantità massima;
(c) fejn huwa xieraq, li tiċħad offerti li ma tkun ħarġet l-ebda ordni ta’ kunsinna għalihom.
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(5) ta' dan ir-Regolament, bejjiegħ li huwa soġġett għal aċċettazzjoni mnaqqsa tal-offerta tiegħu kif imsemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, jista’ jiddeċiedi li jirtira l-offerta tiegħu fi żmien ħamest ijiem mill-pubblikazzjoni tar-Regolament li jiffissa l-perċentwali ta’ tnaqqis.
Sezzjoni 3
Dħul fil-ħażna u tneħħija.
Artikolu 10
1. L-imħażen imsemmija fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandhom ikunu:
(a) nexfin, miżmuma fi stat tajjeb u ħielsa minn annimali parassiti;
(b) ħielsa minn irwejjaħ estranji;
(ċ) jippermettu ventilazzjoni tajba;
(d) ta’ kapaċità ta’ mill-anqas 1000 tunellata metrika u b’faċilitajiet ta’ tneħħija li kapaċi jakkomodaw it-tneħħija kuljum ta’ mill-anqas 3 % tal-kwantità fil-maħżen, b’rata minima ta’ 100 tunnellata metrika kuljum. Għall-finijiet ta’ din il-ħtieġa, il-kwantitajiet biss tat-trab tal-ħalib xkumat li nxtara mill-1 ta’ Settembru 2000 ikunu kkunsidrati.
Ir-riskji tal-ħażna tat-trab tal-ħalib xkumat ikunu koperti b’assikurazzjoni f’forma jew ta’ obbligu kuntrattwali minn dawk li jaħżnu jew li tkun assigurata għal kollox ir-responsabbiltà min-naħa ta’ l-aġenzija ta’ intervent. L-Istat Membru jista’ wkoll jagħmilha ta’ l-assikuratur tiegħu stess.
2. L-aġenziji ta’ intervent ikunu jeħtieġu li t-trab tal-ħalib xkumat jitqiegħed u jinżamm maħżun fuq paletti u f’lottijiet li jintgħarfu faċilment u aċċessibbli malajr.
3. L-awtorità kompetenti responsabbli għall-ispezzjoni għandha tagħmel kontrolli fuq il-preżenza tal-prodotti fil-maħżen kif preskritt fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/96 ( 18 ).
Artikolu 11
1. L-aġenzija tal-intervent tagħżel il-maħżen disponibbli li jkun l-eqreb għall-post fejn ikun maħżun it-trab tal-ħalib xkumat.
Madankollu, l-aġenzija tal-intervent tista' tagħżel maħżen ieħor li jkun jinsab mhux aktar minn 350 km bogħod sakemm l-għażla ta' dak il-maħżen ma tirriżultax fi spejjeż addizzjonali ta' ħżin.
L-aġenzija tal-intervent tista’ tagħżel maħżen li jkun jinsab lil hinn minn dik id-distanza jekk l-ispiża li tirriżulta, inklużi spejjeż ta’ ħżin u transport, tkun aktar baxxa. F'dak il-każ l-aġenzija tal-intervent trid tavża minnufih lill-Kummissjoni bl-għażla tagħha.
2. Meta l-aġenzija tal-intervent li tixtri t-trab tal-ħalib xkumat tkun fi Stat Membru li ma jkunx dak li fit-territorju tiegħu qed jiġi maħżun it-trab tal-ħalib xkumat, m'għandhiex titqies, fil-kalkolazzjoni tad-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1, id-distanza bejn il-maħżen tal-bejjiegħ u l-konfini tal-Istat Membru tal-aġenzija tal-intervent li tixtri.
3. Lil hinn mid-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1, l-ispejjeż addizzjonali ta’ trasport li tagħmel tajjeb għalihom l-aġenzija tal-intervent għandhom ikunu EUR 0.05 għal kull tunnellata u għal kull kilometru.
Artikolu 12
1. Fil-ħin tat-tneħħija mill-ħażna, l-aġenzija ta’ l-intervent għandha tagħmel it-trab tal-ħalib xkumat disponibbli fuq il-paletti fil-post tal-ħatt fil-maħżen, mgħobbi fuq il-mezzi tat-trasport iżda mhux stivat.
Meta t-trab tal-ħalib xkumat ikun disponibbli fuq il-paletti EUR jew fuq paletti ta’ kwalità komparabbli, ix-xerrej irid jirritorna paletti ekwivalenti lill-aġenzija ta’ l-intervent mat-tneħħija mill-ħażna.
2. L-ispejjeż ta' l-istivar u l-ispejjeż tat-tneħħija mill-paletti jitħallsu mix-xerrej tat-trab tal-ħalib xkumat. Dawn l-ispejjeż ikunu ffissati mill-Istat Membru fuq bażi ta’ rata xorta u avżati fuq talba lil-partijiet interessati. Il-Kummissjoni trid tkun infurmata b'dan fi żmien xahar wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u qabel xi tibdiliet li jsiru aktar tard.
Sezzjoni 4
Regoli speċjali applikabbli għax-xiri għal ħażna bi proċedura tat-tfigħ ta’ offerti
Artikolu 13
Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li t-trab tal-ħalib xkumat għandu jinxtara b'sejħa miftuħa permanenti għall-offerti skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 flimkien ma' 18(2)(e) tal-imsemmi Regolament u skont il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 195(2) tiegħu, l-Artikoli 2, 3, 4, 10, 11 u 12 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw sakemm mhux preskritt mod ieħor f'din it-Taqsima.
Artikolu 14
1. Avviżi ta' sejħa għall-offerti għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
2. Il-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħiet individwali għal offerti għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tielet nhar ta' Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjoni tar-raba′ nhar ta' Tlieta ta' Awwissu. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika il-limitu ta’ żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.
Artikolu 15
1. Il-partijiet interessati jieħdu sehem fil-proċedura tat-tfigħ ta’ l-offerti avżati mill-aġenzija ta’ l-intervent ta’ Stat Membru, jew billi jitfgħu offerta bil-miktub kontra rċevuta jew permezz ta’ telekomunikazzjoni bi prova ta' rċevuta.
2. L-offerti għandu jkollhom:
(a) l-isem u l-indirizz ta' l-offerent;
(b) il-kwantità offerta;
(ċ) il-prezz propost għal kull 100 kg ta' trab tal-ħalib xkumat, li ma jinkludix taxxi nazzjonali, imwassal fuq il-paletti sal-post tat-tagħbija fil-maħżen, f’ewro sa mhux aktar minn żewġ punti deċimali;
(d) il-post fejn ikun maħżun it-trab tal-ħalib xkumat.
3. L-offerti jkunu validi biss jekk:
(a) dawn jirrigwardaw trab tal-ħalib xkumat manifatturat matul il-31 ġurnata jew, fejn xieraq, erba′ ġimgħat qabel id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti kif imsemmi fl-Artikolu 14(2);
(b) jirrigwardaw kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat konformi ma' l-Artikolu 2(5);
(ċ) huma akkumpanjati minn garanzija bil-miktub mill-offerent li se jħares il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u ta’ l-Artikolu 9;
(d) tingħata evidenza li l-offerent iddepożita garanzija ta' EUR 5 għal kull 100 kg għas-sejħa għall-offerta kkonċernata, fl-Istat Membru li fih ġiet ippreżentata l-offerta, qabel id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti.
4. Il-garanzija prevista fil-punt (ċ) tal-paragrafu 3, jekk inizjalment mibgħuta lill-aġenzija ta’ l-intervent, tkun valida b’tiġdid taċitu għal offerti ta’ wara sakemm tkun kanċellata espliċitament mill-offerent jew mill-aġenzija ta’ l-intervent, sakemm:
(a) l-offerta oriġinali tippreskrivi li l-offerent bi ħsiebu juża din id-disposizzjoni,
(b) offerti ta’ wara jirriferixxu għal din id-disposizzjoni (b’riferenza għall-“Artikolu 15(4)”)u għad-data ta’ l-offerta oriġinali.
5. L-offerti ma jistgħux ikunu rtirati wara d-data ta’ l-egħluq imsemmija fl-Artikolu 14(2) għat-tfigħ ta’ l-offerti dwar is-sejħa għall-offerti konċernata.
Artikolu 16
Iż-żamma tal-offerta, il-kunsinna tat-trab tal-ħalib xkumat fil-maħżen iddeżinjat mill-aġenzija tal-intervent fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 19(3) ta’ dan ir-Regolament u l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2 tiegħu għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżiti ewlenin skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85.
Artikolu 17
1. Fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 14(2), l-Istati Memebri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet u prezzijiet offerti mill-proponenti.
Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan dik l-istess skandenza.
2. Fid-dawl tal-offerti li waslu għal kull sejħa għal offerti, il-Kummissjoni għandha tistipula prezz massimu għax-xiri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
3. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tagħmel l-ebda għotja għal xi serje.
Artikolu 18
1. Offerti jiġu rifjutati jekk il-prezz offert ikun ogħla mill-prezz massimu msemmi fl-Artikolu 17(2) iffissat għas-sejħa għall-offerti kkonċernata.
2. Drittijiet u obbligi li jinħolqu mis-sejħiet għal offerti ma jkunux trasferibbli.
Artikolu 19
1. L-aġenzija ta’ l-intervent tavża lill-offerenti minnufih bir-riżultat tas-sehem tagħhom fis-sejħa għall-offerti.
Fejn offerti ma jintlaqgħux, il-garanzija msemmija fil-punt (d) ta’ l-Artikolu 15(3) tkun rilaxxata minnufih.
2. L-aġenzija tal-intervent għandha toħroġ immedjatament lill-offerenti magħżula ordni ta' kunsinna ddatata u nnumerata li tindika:
(a) il-kwantità li sejra titwassal;
(b) id-data finali għall-kunsinna tat-trab tal-ħalib xkumat;
(c) il-post tal-maħżen fejn din trid titwassal.
L-ordnijiet tal-kunsinna ma għandhomx jinħarġu għall-kwantitajiet li ma jkunux ġew innotifikati skont l-Artikolu 17(1).
3. L-offerenti b'suċċess għandhom iwasslu t-trab tal-ħalib xkumat mhux aktar tard minn 28 ġurnata wara d-data ta’ l-egħluq għat-tfigħ ta’ l-offerti. It-twassil jista’ jsir f’diversi konsenji.
4. Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 15(3)(d) ghandha tinħeles fil-mument li, l-bejjiegħ ikun wassal l-kwantità indikata fl-ordni tal-kunsinna fit-terminu ta’ żmien stabbilit fiha u tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2.
Jekk it-trab tal-ħalib xkumat ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2, it-trab tal-ħalib xkumat għandu jitwarrab u l-garanzija għandha tintilef fir-rigward tal-kwantitajiet imwarrba.
5. Ħlief f'każi ta’ force majeure, meta dak li ntlaqgħatlu l-offerta jonqos li jikkonsenja fil-limitu ta’ żmien preskritt, mhux biss il-garanzija prevista fil-punt (d) ta’ l-Artikolu 15(3) tintilef fil-proporzjon tal-kwantitajiet mhux imwassla, iżda x-xiri għal ħażna wkoll ikun ikkanċellat rigward il-kwantitajiet li jibqa'.
Artikolu 20
1. L-aġenzija tal-intervent għandha tħallas lill-offerent magħżul il-prezz indikat fl-offerta tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(c) bejn il-45 u l-65 ġurnata ta’ wara d-data li fiha jittieħed it-trab tal-ħalib xkumat, sakemm jinstab li huwa konformi mal-Artikolu 2(1), (2), (3), (5), (6) u (7) u mal-Artikolu 15(3)(a).
▼M12 —————
3. It-trab tal-ħalib xkumat jitqies li ttieħed mill-aġenzija ta’ l-intervent fil-ġurnata meta l-kwantità kollha tat-trab tal-ħalib xkumat kopert mill-offerta jidħol fil-maħżen nominat mill-aġenzija ta’ l-intervent, iżda mhux qabel il-ġurnata wara li tinħareġ l-ordni tal-konsenja.
Sezzjoni 5
Bejgħ bl-irkant ta’ trab tal’ ħalib xkumat ta’ l-istokk pubbliku
Artiklu 21
1. Il-bejgħ tal-trab tal-ħalib xkumat li daħal fl-istokk qabel ►M10 ►C3 1 ta’ Lulju 2005 ◄ ◄ għandu jsir bil-proċedura ta’ rkant permanenti li ddaħħlet għall-organi kollha li jintervjenu.
2. L'organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jistabbilixxi opinjoni ta’ l-irkant permanenti li jindika sew it-terminu u l-post tal-preżentazzjoni ta’ l-offerti. Għall-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat li jżomm, l-organu indikat li jkun qiegħed jintervjeni għandu jindika wkoll,
a) is-sit ta’ l-imħażen fejn ikun maħżun it-trab tal-ħalib xkumat għall-bejgħ;
b) il-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat allokati għall-bejgħ f’kull depożitu.
Opinjoni ta’ rkant permanenti tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għall-inqas tmient ijiem qabel l-iskadenza ta' l-ewwel terminu għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti.
3. L'organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jipprovdi fil-jum konċernat, u għad-dispożizzjoni ta’ dawk interessati, fuq talba tagħhom, lista bl-indikazzjonijiet ikkunsidrati f’paragrafu 2. Barra minn hekk, għandu jipproċedi regolarment, bil-mod xieraq muri fl-opinjoni ta’ l-irkant permanenti, għall-pubblikazzjoni ta’ din il-lista fil-jum konċernat.
4. L-organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jippermetti lil dawk interessati:
a) li għandhom jeżaminaw, bi spejjeż tagħom, qabel jitfgħu l-offerta, kampjuni tal-trab tal-ħalib xkumat għall-bejgħ;
b) li jivverifikaw ir-riżultati ta’ l-analiżi kkunsidrati f'artiklu 2 paragrafu 2.
Artiklu 22
1. L-organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jipproċedi, matul il-perijodu ta’ l-irkant permanenti, għal irkanti partikulari.
2. It-terminu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħiet individwali għal offerti għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tielet nhar ta' Tlieta tax-xahar. Madankollu, f’Awwissu għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fir-raba’ nhar ta’ Tlieta, u f’Diċembru għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni nhar ta’ Tlieta. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika it-terminu ta’ żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.
Artiklu 23
1. Dawk interessati jipparteċipaw fl-irkant partikulari, kemm bid-depożitu ta’ l-offerta bil-miktub mill-organu li jkun qiegħed jintervjeni, kontra riċevuta, kemm b’kull mezz ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub, kontra riċevuta.
L'offerta tiġi introdotta mill-organu li jkun qiegħed intervjeni li jkollu t-trab tal-ħalib xkumat.
2. L-offerta għandha tindika:
a) l-isem u l-indirizz ta’ min qegħdin jissottomettu;
b) il-kwantità mitluba;
ċ) il-prezz offrut kull 100 kg tat-trab tal-ħalib xkumat, mingħajr it-taxxi u l-impożizzjonijiet interjuri, tluq mill-maħżen, espressi f’Euros;
d) jekk ikun il-każ, il-maħżen fejn ikun it-trab tal-ħalib xkumat u eventwalment maħżen fejn jittieħdu.
3. Offerta ma tapplikax ħlief jekk:
a) tikkonċerna kwantità ta’ għall-inqas 10 tunellati ħlief fil-każ li l-kwantità disponibbli f’maħżen tkun inqas minn għaxar tunnellati;
b) tkun akkumpanjata bis-sottomissjoni bil-miktub li jiġu rispettati d-dispożizzjonijet tar-regolamenti preżenti;
ċ) tinġieb il-prova s-sottomissjoni tikkostitwixxi, fl-Istat membru fejn tiġi introdotta l-offerta u qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti kkunsidrati f’artiklu 22, paragrafu 2, garanzija ta’ rkant ta’ 50 Euro kull tunnellata għall-irkant partikulari konċernat.
4. L'offerta ma tistax tiġi rtirata wara l-iskadenza tat-terminu kkunsidrat f'artiklu 22, paragrafu 2.
Artiklu 24
Fejn tidħol il-garanzija ta’ l-irkant, ikkunsidrata f'artiklu 23, paragrafu 3, punt ċ), it-tkomplija ta’ l-offerta wara l-iskadenza tat-terminu kkunsidrat f’artiklu 22, paragrafu 2 u l-ħlas tal-prezz fit-terminu kkunsidrat f’artiklu 24 septies, paragrafu 2, jikkostitwixxu esiġenzi prinċipali fil-kuntest ta’ artiklu 20 tar-regolamenti (KEE) Nru 2220/85.
Sezzjoni 6
Tmexxija ta’ l-irkantant
Artiklu 24a
1. L-Istati membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fl-istess jum li jiskadi t-termininu kkunsidrat f'artiklu 22, paragrafu 2, il-kwantità u l-prezz offruti minn dawk li jkun qegħdin jissottomettu kif ukoll il-kwantità tat-trab tal-ħalib xkumat għall-bejgħ.
L-Istati membri jittrażmettu dawn l-indikazzjonijiet flimkien ma’ l-identifikazzjoni ta’ l-operatur fil-forme ta’ numru ta’ kodiċi, mhux magħruf mis-servizzi tal-Kummissjoni. Għandhom jindikaw jekk l-istess operatur ikun għamel offerti multipli.
Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerti l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan l-istess dewmien jekk trab tal-ħalib mingħajr xkuma hu disponibbli għall-bejgħ fl-Istat Membru kkonċernat.
2. Wara li jiġu kkunsidrati l-offerti rċevuti għal kull irkant partikulari, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minnu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat, skond il-proċedura kkunsidrata f'artiklu 42 tar-regolamenti (KE) Nru 1255/1999. Dan il-prezz jista’ jiġi distint skond id-data tad-dħul fl-istokk u l-allokazzjoni tal-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat għall-bejgħ.
Jista’ jiġi deċiż li l-irkant ma jitkompliex.
Id-deċiżjoni dwar l-irkant partikulari tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artiklu 24b
L-offerta għandha tiġi rifjutata jekk il-prezz propost ikun inqas mill-prezz minimu.
Artiklu 24c
1. L-organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jipproċedi għall-allokazzjoni ta’ l-irkant filwaqt li jitqiesu r-regoli kkunsidrat f’paragrafi 2 sa 5.
2. It-trab tal-ħalib xkumat huwa allokat skond id-data tad-dħul fl-istokk, nibdew mill-prodott l-aktar antik tal-kwantità totali disponibbli fil-maħżen jew imħażen maħsub/a mill-operatur.
3. Il-persuna li tieħu l-irkant hija dik li toffri l-aktar prezz għoli. Jekk il-kwantità ma tiġix eżawrita, l-irkant jiġi allokat, għall-bqija tal-kwantita, għal oħrajn li joffru fl-irkant skond il-prezzijiet offruti nibdew mill-aktar prezz għoli.
4. F’każ li l-aċċettazzjoni ta’ offerta twassal biex tinqabeż il-kwantità tat-trab tal-ħalib xkumat li jkun għad baqha, għall-maħżen konċernat, l-irkant ma jiġix allokat lil min ikun qegħdin jissottomettu fir-rigward ħlief għal dik il-kwantità.
Fl-istess ħin, l-organu li jkun qiegħed jintervjeni jista’ jfassal, bi qbil ma’ min ikunu qegħdin jissottomettu, depożiti oħra biex tintlaħaq il-kwantità ta’ l-offerta.
5. F’każ li, bl-aċċettazzjoni ta’ diversi offerti li jindikaw l-istess prezz għall-istess maħżen, tinqabeż il-kwantità disponibbli, din tgħaddi għall-allokazzjoni ta' l-irkant bil-qsim tal-kwantità disponibbli proporzjonalment bejn il-kwantitajiet li jidhru fl-offerti konċernati.
Fl-istess ħin, f’każ li tali qsim iwassal għall-allokazzjoni ta’ kwantitajiet inqas minn ħames tunnellati, dan jgħaddi għall-allokazzjoni bil-polza.
6. Jekk wara l-aċċettazzjoni tal-offerti kollha magħżula l-kwantità li tibqa’ fil-maħżen tkun anqas minn 5 000 kg, din il-kwantità żejda għandha tkun offruta mill-aġenzija tal-intervent lill-offerenti magħżula u tibda minn dak li offra l-ogħla prezz. L-offerent magħżul għandu jingħata l-għażla li jixtri l-kwantità żejda bl-istess prezz ta’ dik mogħtija lilu.
7. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-isem u l-indirizz ta' kull offerent li jikkorrispondi man-numru kkodifikat imsemmi fl-Artikolu 24a(1) mhux aktar tard mit-tielet ġurnata ta' xogħol tal-ġimgħa wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 24a(2).
Artiklu 24d
Id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-irkant m’humiex trasferibbli.
Artiklu 24e
1. Kulmin jissottometti jiġu mgħarrfa minnufih, mill-organu li jkun qiegħed jintervjeni, bir-riżultat tal-parteċipzzjoni tagħhom fl-irkant partikulari.
Il garanzija kkunsidrata f'artiklu 23, paragrafu 3, punt ċ), għandha tiġi rilaxxata bla dawmien fil-każ ta’ l-offerti li ma jintlaqgħux.
2. Min jieħdu l-irkant għandhom jgħaddu lill-organu li jkun qiegħed intervjeni, qabel il-ġbir tal-trab tal-ħalib xkumat u fit-terminu kkunsidrat f’artiklu 24 septies, paragrafu 2, għal kull kwantità li għandu l-interess jirtira, l-ammont li jikkorrispondi ma’ l-offerta tiegħu.
3. Ħlief fil-każijiet ta' force majeure, jekk l-offerent magħżul ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti provduti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-garanzija tal-offerta msemmija fl-Artikolu 23(3)(ċ) għandha tintilef u l-bejgħ tal-kwantitajiet involuti għandu jitħassar.
Artiklu 24f
1. Meta jsir it-trasferiment ta’ l-ammont ikkunsidrat f'artiklu 24 sexties, paragrafu 2, l'organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jgħaddi riċevuta li tindika:
a) il-kwantità li għaliha tħallas l-ammont;
b) il-maħżen fejn jitqiegħed it-trab tal-ħalib xkumat;
c) id-data sa meta jrid jittieħed it-trab tal-ħalib xkumat;
2. Min jieħdu l-irkant għandhom, f’terminu ta’ tletin jum wara l-iskadenza tat-terminu kkunsidrat f’artiklu 22, paragrafu 2, jipproċedu biex jiġbru t-trab tal-ħalib xkumat li jkunu ġew allokati lilhom. Dan il-ġbir jista ‘ jinqasam f’lottijiet kull wieħed ta’ mhux inqas minn 5 tunnellati. F’każ li l-kwantità attwali li jkun baqa’ fil-maħżen tkun inqas minn dan il-minimu, din tkun tista’, madankollu tinġabar.
Ħlief f’każ ta’ force majeure, jekk il-ġbir tal-trab tal-ħalib xkumat ma jsirx fit-terminu kkunsidrat fl-ewwel sub-inċiż, l-ispejjeż tal-ħażna ikolljom jitħallsi minn min jieħu l-irkant, b’effett mill-ewwel jum wara l-jum ta’ l-iskadenza ta’ l-imsemmi terminu. Ir-responsabbiltà tal-ħażna tgħaddi wkoll lil min jieħu l-irkant.
3. Il-garanzija kostitwita bl-applikazzjoni ta' artiklu 23, paragrafu 3, punt ċ), għandha tiġi rilaxxata minnufih, għall-kwantitajiet miġbura fit-terminu preskritt f’paragrafu 2, l-ewwel sub-inċiż, ta’ l-artiklu preżenti.
Fil-każi ta’ force majeure ikkunsidrati f’paragrafu 2, it-tieni sub-inċiż, l'organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jieħu l-miżuri li jidhrulu neċessarji meta jqis iċ-ċirkustanzi invokati.
▼M12 —————
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 37
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2213/76, (KEE) Nru 1362/87, (KEE) Nru 1158/91 u (KE) Nru 322/96 huma b'dan imħassrin.
Ir-riferenzi għar-regolamenti mħassra għandhom jiġu interpretati bhala riferenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 38
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
REKWIŻITI TA’ KOMPOŻIZZJONI, KARATTERISTIĊI TA’ KWALITÀ U METODI ANALITIĊI
|
Parametri |
Karatteristiċi ta’ kontenut u kwalità |
Metodu ta' referenza |
|
Kontenut tal-proteina |
Minimu ta' 34,0 % ta' materja xotta bla xaħam |
|
|
Kontenut ta’ xaħam |
Massimu ta’ 1.00 % |
|
|
Kontenut ta' ilma |
Massimu ta’ 3,5 % |
|
|
aċidità titrattabbli espressa f'ml ta' soluzzjoni tas-sodju idrossidu deċinormali |
Massimu ta’ 19,5 ml |
|
|
Kontenut ta' ħalib |
Massimu 150 mg/100 g |
|
|
Addittivi |
Xejn |
|
|
Test tal-phosphatase |
Negattiv, i.e., mhux aktar minn 350 mU ta' attività fosfatika għal kull litru ta' ħalib rikostitwit |
|
|
Indiċi ta' solubilità |
Massimu ta' 0,5 ml (24 °C) |
|
|
Indiċi ta' partiċelli maħruqa |
Massimu ta' 15,0 mg, i.e. minimu ta' diska B |
|
|
Kontenut ta' mikro-organiżmi |
Massimu ta' 40 000 għal kull gramma |
|
|
Sejbien tal-koliformi |
Negattiv f'0,1 g |
|
|
Sejbien ta' xorrox (2) |
Negattiv (3) |
|
|
Sejbien tat-tames tax-xorrox (4) |
Xejn |
|
|
Sejbien ta’ xorrox aċiduż (4) |
Xejn |
Metodi approvati mill-awtorità kompetenti |
|
Togħma u riħa |
Nadif |
|
|
Dehra |
Kulur abjad jew ftit fl-isfar, mingħajr impuritajiet u partiċelli kkuluriti |
|
|
Sustanzi antimikrobiċi |
Negattiv (5) |
|
|
(1) Il-metodi ta’ referenza li se jiġu applikati għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 273/2008 (ĠU L 88, 29.3.2008, p. 1). (2) “Ix-xorrox tal-butir” tfisser il-prodott sekondarju tal-manufattura tal-butir li jiġi wara li titħawwad il-krema u jinfired ix-xaħam solidu. (3) L-assenza ta' xorrox tal-butir tista' tiġi stabbilita jew permezz ta' spezzjoni fil-post tal-pjan ta' produzzjoni mwettqa mingħajr avviż minn qabel mill-inqas darba fil-ġimgħa jew permezz ta' analiżi tal-laboratorju tal-prodott finali li jindika l-massimu ta' 69,31 mg ta' FEDP għal kull 100 g. (4) “Ix-xorrox” tfisser il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-ġobon jew kaseina li ssir permezz tal-azzjoni ta' aċidi, tames u/jew proċessi kimiċi-fiżiċi. (5) Ħalib nej użat għall-manifattura ta' trab tal-ħalib xkumat għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima IX tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
||
ANNESS II
L-IPPAKKETTJAR
|
1. |
It-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun ippakkettjat f’boroż ġodda, nodfa, nexfin u sħaħ b’piż nett ta’ 25 kg. |
|
2. |
Il-boroż irid ikollhom mill-anqas tliet saffi, li flimkien jikkorrispondu mill-anqas għal medja ta’ 420 J/m2 TEA. It-tieni saff għandu jkun miksi b’saff ta’ polietilina ta’ mill-anqas 15 g/m2. Ġewwa s-saffi tal-karti, borża tal-polietilina bi ħxuna ta’ mill-anqas 0,08 mm tkun mgħaqqda mal-qiegħ. |
|
3. |
Il-boroż iridu jkunu konformi ma’ l-istandard EN 770. |
|
4. |
Waqt il-mili, it-trab irid jiġi ppressat sew l-isfel. Trab waħdu mhux ippressat għall-ebda raġuni m’għandu jitħalla jidħol bejn is-saffi diversi. |
ANNESS III
IT-TEĦID TA' KAMPJUNI U L-ANALIŻI TAT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT OFFERT GĦALL-INTERVENT
1. Il-kampjuni jittieħdu skond il-proċedura preskritta fl-Istandard Internazzjonali ISO 707. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodu ieħor għat-teħid tal-kampjuni sakemm dan jikkonforma mal-prinċipji ta’ l-istandard imsemmi hawn fuq.
2. In-numru ta’ pakketti li għandhom jintgħażlu għall-kontrolli fuq il-kampjuni:
(a) offerti li fihom sa 800 borża ta’ 25kg: mill-anqas tmienja,
(b) offerti li fihom aktar minn 800 borża ta’ 25kg: mill-anqas tmienja, u wieħed għal kull 800 borża addizzjonali jew parti minnhom.
3. Il-piż tal-kampjun: kampjuni ta’ mill-anqas 200g għandhom jittieħdu minn kull pakkett.
4. Formazzjoni ta' gruppi ta’ kampjuni: mhux aktar minn disa’ kampjuni m’għandhom jingħaqdu f’kampjun globali.
5. Analiżi ta' kampjuni: kull kampjun globali jrid jgħaddi minn analiżi biex ikunu verifikati l-karatteristiċi kollha ta' kwalità preskritti fl-Anness I.
6. Meta l-kampjuni juru difetti:
(a) meta kampjun kompost juri difett dwar parametru wieħed, il-kwantità minn fejn ittieħed il-kampjun titwarrab;
(b) meta kampjun kompost juri difett dwar aktar minn parametru wieħed, il-kwantità minn fejn ittieħed il-kampjun titwarrab u kampjuni jittieħdu mill-kwantitajiet li jkun baqa’ mill-istess impjant; l-analiżi ta’ dawk il-kampjuni tkun deċiżiva. F'dak il-każ:
— in-numru ta’ kampjuni preskritt fil-punt 2 ikun irduppjat,
— meta kampjun kompost juri difett dwar parametru wieħed jew aktar, il-kwantità minn fejn ittieħed il-kampjun titwarrab;
( 1 ) ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.
( 2 ) ĠU L 118, tad-19.5.2000, p. 1.
( 3 ) ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.
( 4 ) ĠU L 78, ta' l-20.3.1987, p. 10.
( 5 ) ĠU L 249, tal-11.9.1976, p. 6.
( 6 ) ĠU L 279, tal-31.10.1996, p. 15.
( 7 ) ĠU L 129, tad-19.5.1987, p. 9.
( 8 ) ĠU L 80, tat-30.3.1996, p. 48.
( 9 ) ĠU L 112, ta' l-4.5.1991, p. 65.
( 10 ) ĠU L 16, tal-21.1.1999, p. 19.
( 11 ) ĠU L 45, tat-23.2.1996, p. 5.
( 12 ) ĠU L 52, tal-21.2.1998, p. 20.
( 13 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
( 14 ) ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19.
( 15 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Il-verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.
( 16 ) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.
( 17 ) ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1.
( 18 ) ĠU L 288, tad-9.11.1996, p. 6.