29.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' April 2008

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2007

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1711)

(2008/396/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 30 u 32 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Fuq il-bażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ, il-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandhom jiġu approvati. L-approvazzjoni tkopri l-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet imressqa fid-dawl tar-rapporti stabbiliti mill-entitajiet ta' ċertifikazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (2) dwar id-data li għandha tingħata mill-Istati Membri u l-prenotament ta' kull xahar tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għandu jittieħed kont tas-sena finanzjarja 2007 ta' l-infiq mill-Istati Membri bejn is-16 ta' Ottubru 2006 u l-15 ta' Ottubru 2007.

(3)

L-iskadenzi mogħtija lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG biex jitressqu quddiem il-Kummissjoni d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 8(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 għalqu.

(4)

Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif imressaq u kkomunikat lill-Istati Membri ir-riżultati tal-verifiki tagħha, flimkien ma’ l-emendi meħtieġa qabel il-31 ta’ Marzu 2008.

(5)

Skond l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006, id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 tiddetermina, bla ħsara għad-deċiżjonijiet meħuda sussegwentament skond l-Artikolu 31(1) tar-Regolament, l-ammont tan-nefqa effetwata f'kull Stat Membru matul is-sena finanzjarja kkonċernata, rikonoxxuta bħala waħda li għandha titħallas mill-FAEG, fuq il-bażi tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u t-tnaqqis u s-sospensjonijiet tal-ħlasijiet mensili għas-sena finanzjarja kkonċernata, flimkien mat-tnaqqis imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006. Skond l-Artikolu 154 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit generali tal-Komunitajiet Ewropej (4), ir-riżultat tad-deċiżjoni ta' l-approvazzjoni, jiġifieri kwalunkwe diskrepanza li jista' jkun hemm bejn in-nefqa totali rreġistrata fil-kontijiet tas-sena finanzjarja skond l-Artikolu 151(1) u l-Artikolu 152 ta' dak ir-Regolament u n-nefqa totali kkunsidrata mill-Kummissjoni fid-deċizjoni ta' l-approvazzjoni, għandu jiġi rreġistrat, taħt artikolu uniku, bħala nefqa addizzjonali jew tnaqqis fin-nefqa.

(6)

Fid-dawl tal-verifiki li twettqu, il-kontijiet annwali u d-dokument anċillari jippermettu lill-Kummissjoni tieħu, għal ċerti aġenziji tal-ħlas, deċiżjoni dwar il-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet imressqa. Id-dettalji ta’ dawn l-ammonti ġew deskritti fir-Rapport fil-Qosor ippreżentat lill-Kumitat tal-Fond flimkien ma’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Fid-dawl tal-verifiki li saru, it-tagħrif mibgħut minn ċerti aġenziji tal-ħlas jeħtieġ aktar inkjesti u għalhekk il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni.

(8)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006 jistipula li l-ħlasijiet mensili għandhom jitnaqqsu min-nefqa mwettqa mill-Istati Membri wara l-iskadenza tat-termini stipulati fih, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2040/2000 tas-26 ta' Settembru 2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit (5) u l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Madankollu, taħt l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, kwalunkwe skadenza ta' termini matul Awissu, Settembru u Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet għajr fejn tkun ġiet innotata qabel l-aħħar deċiżjoni tas-sena finanzjarja b’rabta mal-ħlasijiet mensili. Xi parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul il-perjodu msemmi aktar kmieni saret wara l-iskadenza tat-termini u għal ċerti miżuri l-Kummissjoni ma aċċettat l-ebda ċirkustanza ta' skuża. Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha tiffissa t-tnaqqis rilevanti. Skond l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, ser tittieħed deciżjoni aktar tard, li tiffissa definittivament in-nefqa li għaliha ma jingħatax finanzjament Komunitarju rigward dak it-tnaqqis u kwalunkwe nefqa oħra li jista' jinstab li setgħet saret wara l-iskadenza tat-termini stipulati.

(9)

Il-Kummissjoni, b’konformità ma’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2040/2000, l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, diġà naqqset jew issospendiet għadd ta' ħlasijiet mensili mad-dħul fil-kontijiet ta' l-infiq għas-sena finanzjarja 2007. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, biex tiġi evitata kwalunkwe rifużjoni prematura jew temporanja ta’ l-ammonti kkonċernati, m'għandhomx jiġu rikonoxxuti f'din id-Deċiżjoni, bla ħsara għal analiżi ulterjuri skond l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(10)

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil kull Stat Membru, skond id-deċiżjoni ta' l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(1) ta' l-imsemmi Regolament, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-ħlasijiet mensili matul is-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2007, min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skond il-paragrafu 1. Ammonti bħal dawn għandhom jitnaqqsu, jew jinżiedu mal-ħlas mensili marbut man-nefqa li ssir fit-tieni xahar wara d-deċiżjoni ta' l-approvazzjoni tal-kontijiet.

(11)

Skond l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta’ rkupru ta' l-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru kkonċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit Komunitarju, jekk l-irkupru ta' dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) ta’ l-imsemmi Regolament jobbliga lill-Istati Membri li jissottomettu lill-Kummissjoni rapport fil-qosor dwar il-proċeduri ta’ l-irkupru meħuda b'rispons għal irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' l-obbligu ta' l-Istati Membri li jħejju rapport dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 885/2006. L-Anness III ta’ l-imsemmi Regolament jipprovdi l-mudelli ta’ tabelli 1 u 2 li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri fl-2008. Fuq il-bażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta' rkupru ta' irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba' snin jew minn tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skond l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(12)

Skond l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista' tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jeċċedu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skond il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta' l-irkupru għandu jaqa' fuq il-baġit Komunitarju. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti ma għandhomx ikunu ddebitati lill-Istati Membri kkonċernati u għalhekk għandhom jitħallsu mill-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skond l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(13)

Skond l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nefqa li ma ġietx effettwata skond ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-Artikolu 2, il-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007, huma approvati permezz ta' din id-deċiżjoni.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew imħallsa lil, kull Stat Membru skond din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness 1.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2007, il-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati Membri għan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG, stipulati fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu s-suġġett ta' Deċiżjoni dwar approvazzjoni fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).

(2)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 114/2008 (ĠU L 33, 7.2.2008, p. 6).

(3)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1233/2007 ĠU L 279, 23.10.2007, p. 10).

(4)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(5)   ĠU L 244, 29.9.2000, p. 27.


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TA' L-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

Sena finanzjarja 2007 – EAGF

Ammont li għandu jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lill-Istat Membru

NB:

Nomenklatura 2008: 05070106, 05021602, 6701, 6702, 6803

MS

 

2007 – Nefqa ta' l-Aġenziji tal-Ħlas/Dħul Assenjat lill-Aġenziji tal-Ħlas, li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja sħiħa (1)

Tnaqqis skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005

Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

Pagamenti lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja (2)

Ammont li għandu jiġi rkuprat (–) mill-Istat Membru jew imħallas (+) lill-Istat Membru (3)

approvati

mhux approvati

= nefqa/dħul assenjat iddikjarata/iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= it-total tan-nefqa/tad-dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xha

 

 

a

b

ċ = a + b

d

e

f = ċ + d + e

g

h = f – g

AT

EUR

691 238 394,17

0,00

691 238 394,17

0,00

–21 739,47

691 216 654,71

690 990 943,42

225 711,28

BE

EUR

736 445 918,64

0,00

736 445 918,64

0,00

–1 106 152,33

735 339 766,32

736 152 708,30

– 812 941,98

BG

EUR

177 176,06

0,00

177 176,06

0,00

0,00

177 176,06

177 176,06

0,00

CY

EUR

26 890 098,24

0,00

26 890 098,24

–15 492,01

0,00

26 874 606,23

26 890 080,04

–15 473,81

CZ

CZK

488 379 458,45

0,00

488 379 458,45

0,00

0,00

488 379 458,45

491 509 622,21

–3 130 163,76

CZ

EUR

293 016 738,72

0,00

293 016 738,72

0,00

0,00

293 016 738,72

293 016 738,73

–0,01

DE

EUR

5 260 675 187,24

0,00

5 260 675 187,24

–1 352 592,38

–6 539 870,54

5 252 782 724,32

5 259 323 042,08

–6 540 317,76

DK

DKK

688 884 705,07

0,00

688 884 705,07

0,00

– 232 822,10

688 651 882,98

688 720 057,58

–68 174,61

DK

EUR

947 732 557,97

0,00

947 732 557,97

–5 152,13

0,00

947 727 405,84

947 727 405,84

0,00

EE

EEK

0,00

43 218 699,70

43 218 699,70

0,00

0,00

43 218 699,70

43 218 699,70

0,00

EE

EUR

0,00

35 126 777,91

35 126 777,91

0,00

0,00

35 126 777,91

35 126 777,91

0,00

EL

EUR

0,00

2 374 149 976,67

2 374 149 976,67

0,00

0,00

2 374 149 976,67

2 374 149 976,67

0,00

ES

EUR

5 694 144 882,46

0,00

5 694 144 882,46

– 426 741,80

–4 327 592,67

5 689 390 547,99

5 692 998 642,14

–3 608 094,15

FI

EUR

0,00

577 803 602,60

577 803 602,60

0,00

0,00

577 803 602,60

577 803 602,60

0,00

FR

EUR

8 853 391 266,60

0,00

8 853 391 266,60

6 502 717,04

–4 472 850,71

8 855 421 132,94

8 859 711 514,10

–4 290 381,16

HU

HUF

– 241 823 969

0,00

– 241 823 969,00

0,00

0

– 241 823 969,00

305 634 962

– 547 458 931,00

HU

EUR

435 756 893,09

0,00

435 756 893,09

–1 652 789,71

0,00

434 104 103,38

434 104 103,38

0,00

IE

EUR

1 387 786 868,62

0,00

1 387 786 868,62

–93 944,01

– 258 830,85

1 387 434 093,76

1 387 751 816,34

– 317 722,58

IT

EUR

4 525 324 547,86

101 180 324,61

4 626 504 872,47

–27 293 119,73

– 114 581 208,51

4 484 630 544,23

4 607 194 902,42

– 122 564 358,19

LT

EUR

159 310 284,28

0,00

159 310 284,28

0,00

0,00

159 310 284,28

159 310 807,04

– 522,76

LU

EUR

35 697 439,90

0,00

35 697 439,90

0,00

– 531,84

35 696 908,06

35 644 576,70

52 331,36

LV

LVL

1 490 766,10

0,00

1 490 766,10

0,00

0,00

1 490 766,10

1 490 766,10

0,00

LV

EUR

47 512 721,67

0,00

47 512 721,67

0,00

0,00

47 512 721,67

47 512 721,67

0,00

MT

EUR

0,00

1 953 932,59

1 953 932,59

0,00

0,00

1 953 932,59

1 953 932,59

0,00

NL

EUR

0,00

1 014 343 940,20

1 014 343 940,20

0,00

0,00

1 014 343 940,20

1 014 343 940,20

0,00

PL

PLN

263 322 807,73

0,00

263 322 807,73

0,00

0,00

263 322 807,73

263 367 198,62

–44 390,89

PL

EUR

942 803 612,80

0,00

942 803 612,80

–1 894 213,61

0,00

940 909 399,19

940 894 117,06

15 282,13

PT

EUR

0,00

717 209 444,82

717 209 444,82

0,00

0,00

717 209 444,82

717 209 444,82

0,00

RO

EUR

6 893 687,59

0,00

6 893 687,59

0,00

0,00

6 893 687,59

6 893 687,59

0,00

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

– 135 767,20

– 135 767,20

0,00

– 135 767,20

SE

EUR

742 999 262,85

0,00

742 999 262,85

–3,89

0,00

742 999 258,96

742 999 118,43

140,53

SI

EUR

45 576 005,09

0,00

45 576 005,09

0,00

0,00

45 576 005,09

45 575 778,34

226,75

SK

SKK

800 320 363,82

0,00

800 320 363,82

0,00

0,00

800 320 363,82

800 363 751,30

–43 387,48

SK

EUR

115 938 795,22

0,00

115 938 795,22

0,00

0,00

115 938 795,22

115 938 789,95

5,27

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

–26 522,72

–26 522,72

0,00

–26 522,72

UK

EUR

4 024 180 917,04

0,00

4 024 180 917,04

–84 722 735,17

0,00

3 939 458 181,87

3 926 958 376,57

12 499 805,30


MS

 

Nefqa (4)

Dħul assenjat (4)

Fond għaz-Zokkor

l-Artikolu 32 (= e)

Total (= h)

Nefqa (5)

Dħul assenjat (5)

05070106

6701

05021602

6803

6702

i

j

k

l

m

n = i + j + k + l + m

AT

EUR

247 450,75

0,00

0,00

0,00

–21 739,47

225 711,28

BE

EUR

293 210,34

0,00

0,00

0,00

–1 106 152,33

– 812 941,98

BG

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

CY

EUR

–15 473,81

0,00

0,00

0,00

0,00

–15 473,81

CZ

CZK

–3 127 713,66

–2 450,10

0,00

0,00

0,00

–3 130 163,76

CZ

EUR

0,00

–0,01

0,00

0,00

0,00

–0,01

DE

EUR

– 447,22

0,00

0,00

0,00

–6 539 870,54

–6 540 317,76

DK

DKK

164 647,49

0,00

0,00

0,00

– 232 822,10

–68 174,61

DK

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

EE

EEK

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

EE

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

EL

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

ES

EUR

719 498,52

0,00

0,00

0,00

–4 327 592,67

–3 608 094,15

FI

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

FR

EUR

182 469,54

0,00

0,00

0,00

–4 472 850,71

–4 290 381,16

HU

HUF

– 547 458 931,00

0,00

0,00

0,00

0,00

– 547 458 931,00

HU

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

IE

EUR

–17 611,31

–41 280,42

0,00

0,00

– 258 830,85

– 317 722,58

IT

EUR

–7 966 758,79

–16 390,89

0,00

0,00

– 114 581 208,51

– 122 564 358,19

LT

EUR

– 522,76

0,00

0,00

0,00

0,00

– 522,76

LU

EUR

52 863,20

0,00

0,00

0,00

– 531,84

52 331,36

LV

LVL

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

LV

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

MT

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

NL

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

PL

PLN

–29 704,77

–14 686,12

0,00

0,00

0,00

–44 390,89

PL

EUR

15 282,13

0,00

0,00

0,00

0,00

15 282,13

PT

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

RO

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

– 135 767,20

– 135 767,20

SE

EUR

561,90

– 421,37

0,00

0,00

0,00

140,53

SI

EUR

226,75

0,00

0,00

0,00

0,00

226,75

SK

SKK

–43 387,48

0,00

0,00

0,00

0,00

–43 387,48

SK

EUR

87 173,95

–87 168,68

0,00

0,00

0,00

5,27

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

–26 522,72

–26 522,72

UK

EUR

12 531 543,78

–31 738,48

0,00

0,00

0,00

12 499 805,30


(1)  Fir-rigward ta' SI, tnaqqis li sar li huwa marbut ma' pagamenti tard (–11 173,87 EUR) u tnaqqis ieħor (–14 688,91 EUR) diġá ġew ikkontjati mill-Istat Membru fil-kotba tal-kontijiet. It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li jkunu ġew ikkunsidrati fis-sistema tal-ħlas, li magħhom ġew miżjuda b'mod partikolari l-korrezzjonijiet dwar in-nuqqas ta' ħarsien għall-iskadenzi tal-ħlas stabbiliti f'Awissu, Settembru u Ottubru 2007.

(2)  Pagamenti li jsiru f' EUR huma mqassmin skond il-munita tad-dikjarazzjonijiet Fil-każ ta' CZ, DK, EE, HU, LV, PL u SK in-nefqa totali tqassmet f'EUR u f'partijiet mill-munita nazzjonali (Art. 2 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006).

(3)  Għall-kalkolazzjoni ta' l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lill-Istat Membru l-ammont li ġie kkunsidrat huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kolonna a) jew, it-total tad-dikjarazzjonjiet ta' kull xhar għan-nefqa mhux approvata (kolonna b). Ir-rata ta' skambju applikata: l-Artikolu 7 (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

(4)  Jekk il-parti tad-dħul Assenjat ikun favur l-Istat Membru, irid jiġi ddikkjarat taħt 05070106.

(5)  Jekk il-parti tad-dħul Assenjat tal-Fond għaz-Zokkor, ikun favur l-Istat Membri, irid jiġi ddikjarat taħt 05021602.

NB:

Nomenklatura 2008: 05070106, 05021602, 6701, 6702, 6803


ANNESS II

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TA' L-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

Sena finanzjarja 2007 – EAGF

Lista ta' Agenziji tal-Ħlas li għalihom il-kontijiet għadhom ma ġewx approvati u li huma soġġetti għal deċiżjoni ta' approvazzjoni iżjed tard

Stat Membru

Agenzija tal-Ħlas

L-Estonja

PRIA

Il-Greċja

OPEKEPE

Il-Filandja

MAVI

L-Italja

ARBEA

Malta

MRAE

L-Olanda

Dienst Regelingen

Il-Portugall

IFADAP

INGA

IFAP