Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu VII - Disposizzjonijiet dwar kooperazzjoni msaħħa - Artikolu 44
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0032 - 0033
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0029 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0169 - Consolidated version
Artikolu 44 1. Għall-finijiet ta’ l-adozzjoni ta’ l-atti u d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa msemmija fl-Artikolu 43, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet istituzzjonali ta’ dan it-Trattat u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Madankollu, filwaqt li il-membri kollha tal-Kunsill ikunu jistgħu jieħdu sehem fid-diskussjonijiet, dawk biss li jirrappreżentaw l-Istati Membri f’kooperazzjoni msaħħa jistgħu jieħdu sehem fl-adozzjoni tad-deċiżjonijiet. Il-maġġoranza kwalifikata għandha tiġi definita bħala l-istess proporzjon tal-voti peżati u l-istess proporzjon tan-numru tal-membri involuti tal-Kunsill, kif hemm spjegat fl-Artikolu 205 (2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, u fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ l-Artikolu 23(2) ta’ dan it-Trattat rigward kooperazzjoni msaħħa stabbilita a bażi ta’ l-Artikolu 27ċ. L-unanimità tiġi kostitwita bil-voti biss ta’ dawk il-membri involuti tal-Kunsill. Atti u deċiżjonijiet bħal dawn m’għandhomx jiffurmaw parti mill-acquis ta’ l-Unjoni. 2. L-istati Membri għandhom japplikaw,sa fejn ikollhom x’jaqsmu huma, l-atti u d-deċiżjonijiet adottati għall-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa li fiha jipparteċipaw Dawn l-atti u deċiżjonijiet jorbtu lil dawk l-Istati Membri biss li jipparteċipaw f’kooperazzjoni bħal din u għandhom ikunu, kif ikun il-każ, direttament applikabbli biss f' dawk l-Istati. Stati Membri li ma jipparteċipawx f’kooperazzjoni bħal din m’għandomx ifixklu l-implimentazzjoni tagħha ill-Istati Membri li jkunu jipparteċipaw. --------------------------------------------------