|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3796 |
17.7.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/3796)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Almansa”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A0044-AM07 — 27.4.2026
1. Isem il-prodott
Almansa
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Spanja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel. Id-Direttorat Ġenerali għall-Ikel. Is-Subdirettorat Ġenerali għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Ikel u l-Laboratorji Agroalimentari
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-awtorità kompetenti tikkunsidra din l-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP Almansa bħala emenda standard; ma tistax titqies bħala emenda tal-Unjoni peress li ma tikkorrispondi għall-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Speċifikament, ma: tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija tal-prodott jew tal-prodotti identifikati bl-indikazzjoni ġeografika; tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
ŻIEDA TA’ VARJETÀ ĠDIDA
Deskrizzjoni
Żdiedet varjetà bajda ġdida, Garnacha Blanca.
Din l-emenda taffettwa l-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 8 tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“Almansa”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A0044-AM07 — 27.4.2026
1. Isem/Ismijiet
Almansa
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Spanja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Inbejjed bojod u rożè xotti
Karatteristiċi organolettiċi
INBID ABJAD
Ebda tqaddim fl-injam: jippredominaw tonalitajiet sofor, li jista’ jkollhom firxa minn isfar mill-iktar ċar għal isfar medju, inklużi kuluri sofor lewn it-tiben, bil-possibbiltà wkoll ta’ sfumaturi li jagħtu fl-aħdar.
Imqaddem fl-injam għal mhux iktar minn 6 xhur: jistgħu jvarjaw minn isfar mill-iktar ċar għal isfar dehbi mill-iktar qawwi, inklużi kuluri sofor lewn it-tiben, bil-possibbiltà wkoll ta’ sfumaturi li jagħtu fl-aħdar.
Imqaddem fl-injam għal iktar minn 6 xhur: jippredominaw tonalitajiet sofor, li jista’ jkollhom firxa minn kuluri sofor mill-iktar ċari għal kuluri sofor dehbin, inklużi kuluri sofor lewn it-tiben. It-tonalitajiet dehbin iktar qawwijin li huma tipiċi għat-tqaddim fil-btieti huma wkoll possibbli.
INBID ROŻÈ
L-inbejjed għandhom tonalitajiet roża u jista’ jkollhom kulur roża ċar, u sfumaturi ta’ lewn il-lampun, il-frawli jew is-salamun.
INBID ABJAD
Ebda tqaddim fl-injam: nadif, b’intensità tajba u b’sensazzjonijiet dominanti tal-frott.
Imqaddem fl-injam għal mhux iktar minn 6 xhur: nadif, b’intensità tajba. Is-sensazzjonijiet tal-frott jiddominaw, iżda jistgħu jikkumbinaw ma’ aromi ta’ xiwi u tal-injam li huma tipiċi għat-tqaddim fil-btieti.
Imqaddem fl-injam għal iktar minn 6 xhur: nadif, b’intensità tajba. Jiddominaw sensazzjonijiet kumplessi bejn tal-frott u l-injam, li huma tipiċi għat-tqaddim fil-btieti. L-aromi tal-iżvilupp tal-ossidazzjoni li huma karatteristiċi tat-tqaddim korrett fl-injam huma possibbli.
INBID ROŻÈ
Nadif b’intensità minn medja sa għolja u b’aromi predominanti tal-frott.
INBID ABJAD
Ebda tqaddim fl-injam: aċidità tajba, b’togħmiet friski u tal-frott.
Imqaddem fl-injam għal mhux iktar minn 6 xhur: aċidità tajba, b’togħmiet friski u tal-frott. Jistgħu joħorġu togħmiet mixwijin u ħfief tal-injam li huma speċifiċi għat-tqaddim fil-btieti.
Imqaddem fl-injam għal iktar minn 6 xhur: aċidità tajba, b’togħmiet nodfa u kumplessi li jikkombinaw il-frott u l-injam. Jistgħu joħorġu togħmiet mixwijin li huma speċifiċi għat-tqaddim fil-btieti.
INBID ROŻÈ
Aċidità tajba, qawwi u bbilanċjat. B’togħma tal-frott u lixx.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
11,5 |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
11,7 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
180 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
-
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbejjed bojod, rożè u ħomor semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin
Karatteristiċi organolettiċi
L-istess kif deskritt hawn fuq għall-inbejjed xotti, skont jekk humiex bojod, rożè jew ħomor skont it-tqaddim tagħhom.
L-istess kif deskritt hawn fuq għall-inbejjed xotti, skont jekk humiex bojod, rożè jew ħomor skont it-tqaddim tagħhom.
L-istess kif deskritt hawn fuq għall-inbejjed xotti, skont jekk humiex bojod, rożè jew ħomor skont it-tqaddim tagħhom.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
3 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
16,7 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 180 mg/l jekk it-total taz-zokkor jeċċedi l-5 g/l espressi bħala fruttożju flimkien mal-glukożju.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbid aħmar xott
Karatteristiċi organolettiċi
Ebda tqaddim fl-injam: l-inbejjed jistgħu jvarjaw minn kulur ta’ intensità medja sa għolja, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar għal vjola, vjola skur, lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin.
Imqaddem fl-injam għal mhux iktar minn 6 xhur: l-inbejjed jistgħu jvarjaw minn kulur ta’ intensità medja sa għolja, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar għal vjola, vjola skur, lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin, u jistgħu jippreżentaw sfumaturi ħomor lewn il-brikks.
Imqaddem fl-injam għal iktar minn 6 xhur: l-inbejjed jistgħu jvarjaw minn kulur ta’ intensità medja sa għolja, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar għal vjola, vjola skur, lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin, u jistgħu jippreżentaw sfumaturi ħomor lewn il-brikks jew oranġjo.
Ebda tqaddim fl-injam: intensità medja sa għolja b’aromi nodfa u tal-frott.
Imqaddem fl-injam għal mhux iktar minn 6 xhur: intensità medja sa għolja b’aromi nodfa u tal-frott, filwaqt li jippermettu wkoll aromi ħfief mixwijin.
Imqaddem fl-injam għal iktar minn 6 xhur: intensità medja sa għolja b’aromi nodfa u kumplessi, filwaqt li jippermettu wkoll aromi ta’ xiwi u tal-injam.
Ebda tqaddim fl-injam: intensità medja sa għolja, b’bilanċ u struttura tajbin.
Imqaddem fl-injam għal mhux iktar minn 6 xhur: dawn l-inbejjed, li għandhom intensità medja sa għolja, ibbilanċjata u strutturata tajjeb, jista’ jkollhom togħmiet karatteristiċi tal-injam bi ħjiliet ta’ xiwi.
Imqaddem fl-injam għal iktar minn 6 xhur: dawn l-inbejjed, li għandhom intensità medja sa għolja, u li huma bbilanċjati sew u strutturati sew, jista’ jkollhom togħmiet karatteristiċi tal-injam bi ħjiliet ta’ xiwi u togħmiet tal-iżvilupp tal-ossidazzjoni li huma karatteristiċi tat-tqaddim korrett fil-btieti.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
12 |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
16,7 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
150 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
—
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbejjed spumanti ta’ kwalità (ħomor, bojod u rożè)
Karatteristiċi organolettiċi
Bżieżaq fini u dejjiema, sfumaturi minn ċari sa dehbiena u brillanti għall-inbejjed bojod, u sfumaturi minn roża sa lewn it-terrakotta għall-inbejjed rożè.
L-aromi huma nodfa u tal-frott. L-inbejjed “Reserva” għandhom aromi intensi.
Ibbilanċjata fil-ħalq, bi struttura li hija faċli fuq il-palat.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
10 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
185 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
-
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
—
Prattika enoloġika speċifika
Meta jiġi estratt il-most jew l-inbid u jiġi sseparat mill-karfa tal-għeneb, trid tiġi applikata l-pressjoni adatta biex jiġi żgurat li r-rendiment ma jaqbiżx l-74 litru nbid għal kull 100 kilogramma għeneb aħmar u s-70 litru nbid għal kull 100 kilogramma għeneb abjad.
Għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor, iż-żmien minimu ta’ maċerazzjoni huwa ta’ 48 siegħa.
Il-coupage tal-varjetajiet ta’ għeneb abjad u għeneb aħmar ma huwiex permess.
Il-kontenituri tal-injam użati fil-proċessi tat-tqaddim iridu jkunu magħmulin mill-ballut u jkollhom kapaċità li hija konformi mal-limiti tal-volum stabbiliti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ għall-użu ta’ ċerti termini tradizzjonali. Tqaddim fil-btieti.
7.2. Rendimenti massimi
Varjetajiet bojod imħarrġin f’forma ta’ sġajriet
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
7 860 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
Varjetajiet bojod imħarrġin f’forma ta’ sġajriet
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
55 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitri għal kull ettaru |
Varjetajiet ħomor imħarrġin f’forma ta’ sġajriet
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
6 430 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
Varjetajiet ħomor imħarrġin f’forma ta’ sġajriet
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
47,58 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitri għal kull ettaru |
Varjetajiet bojod mħarrġa ma’ kannizzata
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
11 430 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
Varjetajiet bojod mħarrġa ma’ kannizzata
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
80 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitri għal kull ettaru |
Varjetajiet ħomor mħarrġa ma’ kannizzata
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
10 000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
Varjetajiet ħomor mħarrġa ma’ kannizzata
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
74 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitri għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
CABERNET FRANC |
|
— |
CABERNET SAUVIGNON |
|
— |
CHARDONNAY |
|
— |
GARNACHA BLANCA |
|
— |
GARNACHA TINTA |
|
— |
GARNACHA TINTORERA |
|
— |
MACABEO - VIURA |
|
— |
MERLOT |
|
— |
MONASTRELL |
|
— |
MOSCATEL DE GRANO MENUDO |
|
— |
PETIT VERDOT |
|
— |
PINOT NOIR |
|
— |
SAUVIGNON BLANC |
|
— |
SYRAH |
|
— |
TEMPRANILLO |
|
— |
VERDEJO |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Il-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
— |
Almansa |
|
— |
Alpera |
|
— |
Bonete |
|
— |
Corral Rubio |
|
— |
Higueruela |
|
— |
Hoya Gonzalo |
|
— |
Pétrola |
|
— |
Chinchilla: iż-żona kkonfinata mit-triq li tagħti servizz AB-402 (li tmur minn Horna sa Venta de Alhama) u fuq naħa tmiss mal-muniċipalitajiet ta’ Pétrola u Corral Rubio u min-naħa l-oħra mal-muniċipalitajiet ta’ Bonete, Higueruela u Hoya Gonzalo. |
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Iż-żona tal-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini Almansa tinsab f’żona ta’ tranżizzjoni klimatika. Il-vinji jinsabu f’artijiet fil-baxx ikkaratterizzati minn ħamrija permeabbli li hija rikka fil-ġebel tal-ġir u nieqsa min-nutrijenti. Il-preċipitazzjoni medja hija baxxa, ta’ 250 mm fis-sena. L-ammont baxx ta’ xita, il-permeabbiltà tal-ħamrija u r-rendiment baxx jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed b’aroma qawwija u b’kulur intensiv.
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
It-temperaturi estremi u l-ħamrija rikka bil-ġebel tal-ġir jippermettu l-kultivazzjoni tal-varjetajiet awtorizzati, li jagħtu korporatura u bilanċ lill-inbejjed. B’mod simili, in-nuqqas ta’ xita u s-sigħat ta’ dawl tax-xemx jipproduċu qawwa alkoħolika naturali li jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed bil-livelli stabbiliti ta’ qawwa alkoħolika. Għall-produzzjoni tal-inbejjed spumanti, l-inbejjed imsemmijin fil-paragrafu ta’ qabel jintużaw bħala l-cuvée, u għalhekk id-deskrizzjoni tar-rabta tagħhom tapplika wkoll għall-inbejjed spumanti.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
TIKKETTAR
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Sabiex jintuża l-isem ta’ varjetà speċifika waħda tad-dwieli, jeħtieġ li mill-inqas 85 % tal-għeneb jiġi minn dik il-varjetà u li din tiġi rreġistrata fir-reġistri tal-inbid.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
PROJBIZZJONI FUQ L-IMBALLAĠĠ ’IL BARRA MIŻ-ŻONA DEFINITA
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Imballaġġ fiż-żona ġeografika definita
Sabiex jiġi żgurat l-użu xieraq tad-DOP, l-inbejjed protetti kollha għandhom jintbagħtu fl-imballaġġ. Il-produzzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini ma tintemmx bil-proċess tat-trasformazzjoni tal-most fi nbid permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u proċessi supplimentari oħrajn, iżda pjuttost bl-imballaġġ. Dan irid jitqies bħala l-aħħar stadju fil-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, peress li jinvolvi prattiki enoloġiċi oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi speċjali, jiġifieri: il-filtrazzjoni, l-istabbilizzazzjoni u diversi tipi ta’ miżuri korrettivi.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://apliagri.castillalamancha.es/sites/default/files/2025-11/PC_DOP_ALMANSA_20250709.pdf
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3796/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)