Brussell, 14.1.2025

COM(2025) 7 final

ANNESS

ta’

Proposta għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 fir-rigward tal-estensjoni tal-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Polonja biex tapplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud







ANNESS

“ANNESS

Lista tal-provvisti ta’ merkanzija u servizzi koperti mill-Artikolu 1

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-kategoriji li ġejjin ta’ provvisti ta’ merkanzija u servizzi:

(1)trasferiment ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra;

(2)xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u assemblaġġ;

(3)azzar u prodotti tal-azzar;

(4)metalli u prodotti magħmulin minn dawn il-metalli;

(5)metalli prezzjużi u prodotti magħmulin minn dawn il-metalli prezzjużi, ġojjellerija, perli, ħaġar prezzjuż;

(6)ċerti prodotti u apparati elettriċi u ċerti prodotti u apparati elettroniċi (b’mod partikolari: tablets, laptops, notebooks, mowbajls, kameras diġitali, proċessuri, consoles u magni tal-logħob vidjo, apparati tal-memorja);

(7)fjuwils;

(8)faħam u prodotti tal-enerġija tal-faħam;

(9)ċerti materjali użati, ruttam, skart;

(10)żjut u xaħmijiet mill-annimali u mill-ħxejjex;

(11)cartridges għall-apparati, inkluż toners, linka u oħrajn simili;

(12)plastik u oġġetti tal-plastik, b’mod partikolari riti li jiġġebbdu;

(13)partijiet u aċċessorji tal-vetturi bil-mutur.”.